European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1987

30.9.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1987

tad-29 ta’ Settembru 2025

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/963 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Golf

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33, flimkien mal-Artikolu 31(2), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Mejju 2023, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Golf.

(2)

Fil-15 ta’ Mejju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/963 (1), li taħtar lis-Sur Luigi DI MAIO bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-reġjun tal-Golf mill-1 ta’ Ġunju 2023 sat-28 ta’ Frar 2025.

(3)

Jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal dak il-perjodu jiġi aġġornat.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/963 tiġi emendata skont dan.

(5)

L-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/963, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2023 sat-28 ta’ Frar 2025 għandu jkun ta’ EUR 1 997 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BØDSKOV


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/963 tal-15 ta’ Mejju 2023 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Golf (ĠU L 129, 16.5.2023, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/963/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1987/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)