|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1975 |
29.9.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2025/1975
tad-29 ta’ Settembru 2025
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1972 tad-29 ta’ Settembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (2) u fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (3), dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Lulju 2015, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), laħqu ftehim mal-Iran dwar soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. L-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt mal-Iran (“PAKK”) kellha tiżgura n-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari Iranjan, u tipprevedi t-tneħħija totali tas-sanzjonijiet kollha relatati mal-kwistjonijiet nukleari. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2231 (2015) li tapprova l-PAKK bħala soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. |
|
(4) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Dikjarazzjoni 2015/C 345/01 (4) li tinnota li l-impenn li jitneħħew is-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni relatati man-nukleari f’konformità mal-PAKK kien mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilit fil-PAKK u għall-introduzzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqas sinifikanti ta’ twettiq mill-Iran tal-impenji tiegħu skont il-PAKK. Barra minn hekk, il-Kunsill impenja ruħu li jintroduċi mill-ġdid mingħajr dewmien is-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni relatati man-nukleari li kienu ġew sospiżi jew mitmuma, f’każ ta’ nuqqas sinifikanti ta’ twettiq mill-Iran tal-impenji tiegħu skont il-PAKK fuq rakkomandazzjoni konġunta lill-Kunsill mir-Rappreżentant Għoli, Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit. |
|
(5) |
Fit-28 ta’ Awissu 2025, ir-Rappreżentant Għoli, bħala Koordinatur tal-Kummissjoni Konġunta tal-PAKK (“il-Koordinatrur”, u l-President tal-KSNU rċevew ittra mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit relatata mal-implimentazzjoni tal-PAKK. Permezz ta’ din l-ittra, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin innotifikaw lill-KSNU li, abbażi ta’ evidenza fattwali, huma kienu jemmnu li l-Iran qed jonqos b’mod sinifikanti milli jwettaq l-impenji tiegħu skont il-PAKK, u b’hekk infetħet il-proċedura biex jerġgħu jiddaħħlu s-sanzjonijiet tan-NU mneħħija skont ir-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU, f’konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU. |
|
(6) |
Fid-29 ta’ Awwissu 2025, f’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill 2015/C 345/01, ir-Rappreżentant Għoli, Franza u l-Ġermanja bagħtu rakkomandazzjoni konġunta lill-Kunsill, fejn irrakkomandaw li s-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni relatati man-nukleari li kienu ġew sospiżi jew mitmuma, jew it-tnejn li huma, jiġu introdotti mill-ġdid mingħajr dewmien ladarba s-sanzjonijiet tan-NU jkunu ġew introdotti mill-ġdid, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU. |
|
(7) |
Sas-27 ta’ Settembru 2025, il-KSNU ma kienx adotta riżoluzzjoni ġdida biex ikompli bit-tneħħija tas-sanzjonijiet fi żmien 30 jum min-notifika tat-28 ta’ Awwissu 2025. Għalhekk, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 37 tal-PAKK, id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008) u 1929 (2010) ser jiġu imposti mill-ġdid. |
|
(8) |
F’konformità mad-dispożizzjoni stabbilita fil-paragrafu 37 tal-PAKK, l-impożizzjoni mill-ġdid ta’ miżuri restrittivi ma għandhiex tapplika b’effett retroattiv għal kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025, jew ta’ kuntratti anċillari għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, dment li l-attivitajiet ikkontemplati skont, u l-eżekuzzjoni ta’, tali kuntratti jkunu konsistenti mal-PAKK u d-dispożizzjonijiet imposti mill-ġdid. |
|
(9) |
Fid-29 ta’ Settembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1972, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(10) |
Is-setgħa li jiġu emendati l-listi fl-Annessi VIII u IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jenħtieġ li tiġi eżerċitata mill-Kunsill, sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-proċess għall-emendar tal-annessi għad-Deċiżjoni (PESK) 2025/1972. |
|
(11) |
Il-miżuri f’dan ir-Regolament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 2 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, dirett jew indirett, tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Annessi I jew II, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani jew għal użu fl-Iran. 2. L-Anness I għandu jinkludi oġġetti u teknoloġija, inkluż softwer, li huma oġġetti jew teknoloġija b'użu doppju kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (*2), għajr għal ċerti oġġetti u teknoloġija kif speċifikati fil-parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien erba' ġimgħat, dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 428/2009, fir-rigward tal-oġġetti u t-teknoloġija kif speċifikat fil-parti A tal-Anness I għal dan ir-Regolament. 4. L-Anness II jinkludi oġġetti u teknoloġija oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid, jew relatati mal-ilma tqil tal-Iran, għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari, jew għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ suġġetti oħrajn li dwarhom l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) esprimiet tħassib jew identifikathom bħala pendenti, inklużi dawk determinati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat ta' Sanzjonijiet. 5. L-Annessi I u II ma għandhomx jinkludu oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (*3) (‘il-Lista Militari Komuni’). Artikolu 3 1. Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness IIA, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni u kemm jekk le, lil persuna, entità jew korp Iranjani jew għall-użu fl-Iran, jirrekjedi awtorizzazzjoni minn qabel. 2. Għall-esportazzjonijiet kollha li jeħtieġu awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu, din l-awtorizzazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur u għandha tkun f'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha. 3. L-Anness IIA għandu jinkludi kwalunkwe oġġett u teknoloġija, għajr dawk inklużi fl-Annessi I u II, li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid jew relatati mal-ilma tqil, għall-iżvilupp ta' sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari, jew għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ suġġetti oħra li dwarhom l-IAEA esprimiet tħassib jew identifikathom bħala pendenti. 4. L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. 5. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni tal-oġġetti jew it-teknoloġija inklużi fl-Anness IIA, jekk huma jkollhom raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija jkunu u jistgħu jkunu maħsubin għall-użu marbut ma’ xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
6. Bil-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni li huma jkunu diġà taw. 7. Meta xi awtorità kompetenti tiċħad li tagħti awtorizzazzjoni, jew tannulla, tissospendi, tillimita sostanzjalment jew tirrevoka awtorizzazzjoni f'konformità mal-paragrafu 5 jew 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar dan u jikkondividi l-informazzjoni relevanti magħhom, filwaqt li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta' tali informazzjoni li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (*4). 8. Qabel ma Stat Membri jagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 5 għal tranżazzjoni li hija essenzjalment identika għal tranżazzjoni li hija s-soġġett ta ' ċaħda li tkun għadha valida maħruġa minn Stat Membru ieħor jew minn Stati Membri oħra taħt il-paragrafi 6 u 7, l-ewwel jikkonsulta lill-Istat jew Stati Membri li jkunu ħarġu ċ-ċaħda. Jekk, wara dawn il-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li jagħti l-awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha biex jispjega d-deċiżjoni. Artikolu 4 Għandhom jiġu pprojbiti x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran, direttament jew indirettament, tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness I u II kemm jekk l-oġġett ikkonċernat joriġina mill-Iran u kemm jekk le.” (*2) Ir-Regolament (KE) 428/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/428/oj)." (*3) L-aħħar verżjoni ppubblikata fil-ĠU C, C/2025/1499, 6.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1499/oj." (*4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/515/oj.)”;" ; |
|
(3) |
Jitħassru l-Artikoli 2a, 2b, 2c, 2d, 3a, 3b, 3c u 3d; |
|
(4) |
l-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. Il-forniment ta' dawn li ġejjin għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti kkonċernata:
3. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jekk huma jkollhom raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-azzjoni hija jew tista’ tkun maħsuba sabiex tikkontribwixxi għal waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
|
|
(5) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 6 L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 5(1) ma għandux jgħodd:.
Artikolu 7 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(b) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu, skont tali termini u kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, awtorizzazzjoni għal tranżazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) jew assistenza jew servizzi ta' senserija msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, sakemm:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, fi żmien erba’ ġimgħat, bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan l-Artikolu. Artikolu 8 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew ta' teknoloġija elenkati fl-Annessi VI u VIA, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Annessi VI u VIA għandhom jinkludu tagħmir u teknoloġija ewlenin għas-setturi ewlenin li ġejjin tal-industrija taż-żejt u l-gass fl-Iran:
3. L-Annessi VI u VIA għandhom jinkludu wkoll tagħmir u teknoloġija ewlenin għall-industrija petrokimika fl-Iran. 4. L-Annessi VI u VIA ma għandhomx jinkludu elementi inklużi fil-Lista Militari Komuni, jew fl-Anness I, II jew IIA. Artikolu 9 Huma pprojbiti:
Artikolu 10 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 8 u 9 ma għandhomx japplikaw għal:
bil-kundizzjoni li l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jkunu qegħdin ifittxu li jidħlu f'dawn it-tranżazzjonijiet, jew li jipprovdu assistenza għal dawn it-tranżazzjonijiet, ikunu nnotifikaw it-tranżazzjoni jew l-assistenza, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. 2. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 12(1), il-purt (b), u l-Artikolu 14(1), il-punt (b), sakemm dawk l-obbligi jirriżultaw minn kuntratti ta' servizz jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħhom u sakemm l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti kkonċernata u l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni. Artikolu 10a 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew ta' teknoloġija navali ewlenin elenkati fl-Anness VIB, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Anness VIB għandu jinkludi tagħmir jew teknoloġija navali ewlenin għall-bini, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-bastimenti, inkluż tagħmir jew teknoloġija użati fil-kostruzzjoni ta' tankers taż-żejt. Artikolu 10b Għandu jkun ipprojbit:
Artikolu 10c 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 10a u 10b għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-forniment ta' tagħmir u ta' teknoloġija navali ewlenin għal bastiment li ma jkunx proprjetà ta' persuna, entità jew korp Iranjani, jew ikkontrollat minn dawn, u li jkun ġie mġiegħel jidħol f'port fl-Iran, jew f'ilmijiet territorjali Iranjani, minħabba force majeure. 2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 10a u 10b ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.” |
|
(6) |
L-Artikolu 10d huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10d 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' softwer kif elenkat fl-Anness VIIA, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Anness VIIA għandu jinkludi softwer għall-integrazzjoni ta' proċessi industrijali li huwa rilevanti għal industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew li huwa rilevanti għall-programm nukleari, militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran.” |
|
(7) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10e Għandu jkun ipprojbit:
Artikolu 10f Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 10d u 10e ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. Artikolu 11 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. Żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi ifissru l-prodotti elenkati fl-Anness IV. Artikolu 12 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 11 ma għandhomx japplikaw għal:
bil-kondizzjoni li l-persuna, entità jew korp li jkunu qegħdin ifittxu li jeżegwixxu l-kuntratt imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) ikunu nnotifikaw, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, l-attività jew it-tranżazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. 2. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 11(1), il-punt (d), ma għandhiex tapplika għall-għoti, sal-1 ta’ Jannar 2026, direttament jew indirettament, ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà lejn terzi u assigurazzjoni għal responsabbiltà ambjentali u riassigurazzjoni. Artikolu 13 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu ‘prodotti petrokimiċi’ tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness V. Artikolu 14 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 13 ma għandhomx japplikaw għal:
bil-kondizzjoni li l-persuna, entità jew korp li jkunu qegħdin ifittxu li jeżegwixxu l-kuntratt ikkonċernat ikunu nnotifikaw, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, l-attività jew it-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. 2. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 13(1), il-punt (d), ma għandhiex tapplika għall-għoti, sal-1 ta’ Jannar 2026, direttament jew indirettament, ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà lejn terzi u assigurazzjoni għal responsabbiltà ambjentali u riassigurazzjoni. Artikolu 14a 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:
3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ‘gass naturali’ tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness IVA. 4. Għall-finijiet ta' paragrafu 1, ‘tpartat’ tfisser l-iskambju ta' flussi ta' gass naturali minn oriġini differenti. Artikolu 15 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. L-Anness VII għandu jinkludi deheb, metalli prezzjużi u djamanti suġġetti għall-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.” |
|
(8) |
L-Artikolu 15 a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15a 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' grafit u ta' metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma elenkati fl-Anness VIIB, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Anness VIIb għandu jinkludi l-grafit u metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, li huma rilevanti għal industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew li huma rilevanti għall-programm nukleari, militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran. 3. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-oġġetti elenkati fl-Annessi I, II u IIA.” |
|
(9) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 15b 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi I, II u IIA. Artikolu 15c Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu15a ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. Artikolu 16 Huma pprojbiti l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' karti tal-flus u muniti ġodda, li għadhom kemm ġew stampati jew li għadhom ma ħarġux, b'denominazzjoni Iranjana, lil jew għal benefiċċju tal-Bank Ċentrali tal-Iran. KAPITOLU III RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-FINANZJAMENT TA’ ĊERTI INTRAPRIŻI Artikolu 17 1. Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani involuti:
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c) , japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.
4. Għandu jkun ipprojbit li tiġi stabbilita kooperazzjoni ma' persuna, entità jew korp Iranjani involuti fit-trasmissjoni ta' gass naturali kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b). 5. Għall-fini tal-paragrafu 4, ‘kooperazzjoni’ tfisser:
Artikolu 18 1. Il-ħolqien ta' investiment permezz ta’ tranżazzjonjijiet kif imsemmi fl-Artikolu 17(1) f’persuna, entità jew korp Iranjani impenjati fil-manifattura ta’ oġġetti jew teknoloġija elenkati fl-Anness IIA għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti kkonċernata. 2. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jekk huma jkollhom raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-azzjoni tikkontribwixxi għal waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
Artikolu 19 1. B’deroga mill-Artikolu 17(2), il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, skont it-termini u l-kondizzjonijiet li huma jqisu opportuni, jagħtu awtorizzazzjoni li jsir investiment permezz ta’ tranżazzjonjiiet kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, fi żmien erba’ ġimgħat, bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan l-Artikolu. Artikolu 20 L-Artikolu 17(2), il-punt (b), ma għandux japplika għall-għoti ta' self finanzjaru jew kreditu għall-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 21 L-Artikolu 17(2), il-punt (c), ma għandux japplika għall-għoti ta' self finanzjaru jew kreditu jew għall-akkwistjew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 22 Huwa pprojbit li jiġi aċċettat jew approvat, permezz ta' konklużjoni ta' ftehim jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li l-għoti ta' kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu, jew il-kisba jew l-estensjoni tal-parteċipazzjoni, jew il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta jsiru minn persuni, entitajiet jew korpi Iranjani, f'intrapriża impenjata fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
|
|
(10) |
Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti fl-Artikolu 24, 25, 26, 27, 28, 28a jew 29, huwa pprojbit il-forniment ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta' data finanzjarja, lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi VIII jew IX.” |
|
(11) |
Jitħassar l-Artikolu 23 a; |
|
(12) |
L-Artikoli minn 24 sa 28a huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 24 B’deroga mill-Artikolu 23, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 25 B'deroga mill-Artikolu 23, u sakemm ħlas minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness VIII jew IX huwa dovut taħt kuntratt jew ftehim li kien konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għall-persuna, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data meta dik il-persuna, entità jew korp kienu indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt tali kondizzjonijiet li huma jqisu adatt, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 26 1. B'deroga mill-Artikolu 23, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni ċertu fondi jew riżorsi ekonomiċi, dment li jintlaħqu l-kundizzjonjonijiet li ġejjin:
2. B'deroga mill-Artikolu 23, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji jew għall-ħlas jew it-trasferiment ta' oġġetti meta jiġu akkwistati għal reattur b'ilma ħafif fl-Iran li beda jinbena qabel it-30 ta’ Settembru 2025, jew għal kwalunkwe oġġett għall-iskopijiet imsemmi fl-Artikolu 6, il-punti (b) u (c), bil-kondizzjoni li fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness VIII, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat dwar dik id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat. Artikolu 27 B'deroga mill-Artikolu 23(2) u (3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għall-finijiet uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu immunitajiet skont il-liġi internazzjonali. Artikolu 28 B'deroga mill-Artikolu 23(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa:
bil-kondizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem ta' xoghol qabel l-awtorizzazzjoni. Artikolu 28a Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 23(2) u (3) ma għandhomx japplikaw għal atti u tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Anness IX:
|
|
(13) |
jitħassar l-Artikolu 28b; |
|
(14) |
L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 29 1. L-Artikolu 23(3) ma għandux jipprevjeni lil istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, sakemm kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b'dawn it-tranżazzjonijiet. 2. L-Artikolu 23(3) ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
sakemm kwalunkwe imgħax jew dħul ieħor u ħlasijiet bħal dawn huma ffriżati skont l-Artikolu 23(1) jew (2). 3. Dan l-Artikolu ma għandux jinftiehem bħala li jawtorizza t-trasferimenti ta' fondi msemmijin fl-Artikolu 30.” |
|
(15) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 30 1. Għandu jkun ipprojbit it-trasferiment ta' fondi bejn, min-naħa l-waħda, istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 49, u, min-naħa l-oħra:
sakemm dawn it-trasferimenti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2 u ġew ipproċessati skont il-paragrafu 3. 2. It-trasferimenti li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 3:
3. Trasferimenti ta' fondi li jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu pproċessati kif ġej:
4. Trasferimenti ta' fondi taħt l-EUR 10 000 jew ekwivalenti ma għandhom jeħtieġu l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika minn qabel. 5. In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d), għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament. In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet relatati mat-trasferiment ta' fondi minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d), għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament. Jekk il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-notifiki u t-talbiet għal awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati, fil-każ ta' trasferiment lil entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d), minn min jitħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' paragrafu 1, il-punti (a) u (d), minn min iħallas, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jirrisjedu, rispettivament, min iħallas jew min jitħallas 6. L-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom, fl-attivitajiet tagħhom mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d), u sabiex jimpedixxu l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jagħmlu viġilanza msaħħa skont kif ġej:
Artikolu 30a 1. It-trasferimenti ta' fondi lil u minn persuna, entità jew korp Iranjani li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 30(1) għandhom jiġu pproċessati kif ġej:
2. Trasferimenti ta' fondi taħt l-EUR 10 000 jew ekwivalenti ma għandhom jeħtieġu l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika minn qabel. 3. In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi għandhom jiġu pproċessati kif ġej:
Artikolu 30b 1. Meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skont l-Artikoli 24, 25, 26, 27, 28 jew 28a, l-Artikoli 30 u 30a ma għandhomx japplikaw. Ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferimenti ta' fondi kif previst fl-Artikoli 30(3), il-punti (b) u (c), għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tat-trasferimenti ta' fondi notifikati lil jew awtorizzati minn qabel mill-awtorità kompetenti qabel it-30 ta’ Settembru 2025. Tali trasferimenti ta’ fondi għandhom jiġu eżegwiti qabel l-1 ta’ Jannar 2026. L-Artikoli 30 u 30a ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi previsti fl-Artikolu 29. 2. L-Artikoli 30(3) u 30a(1) għandhom japplikaw indipendentement minn jekk it-trasferiment ta' fondi jkunx eżegwit f'operazzjoni waħda jew f'diversi operazzjonijiet li jidhru marbutin ma' xulxin. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ‘l-operazzjonijiet li jidhru marbutin ma' xulxin’ jinkludu:
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 30(3), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 30a(1), il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni, skont tali termini u kundizzjonjiet li huma jqisu adatti, sakemm ma jkollhomx raġunijiet validi li jiddeterminaw li t-trasferiment ta' fondi li għalih intalbet l-awtorizzazzjoni jista' jikser xi waħda mill-projbizzjonijiet jew obbligi f'dan ir-Regolament. Awtorità kompetenti tista' titlob tariffa għall-valutazzjoni ta' talbiet għal awtorizzazzjoni. 4. Għall-finijiet tal-Artikolu 30a(1), il-punt (c), awtorizzazzjoni titqies li ngħatat jekk awtorità kompetenti tkun irċeviet talba bil-miktub għal awtorizzazzjoni, u fi żmien erba' ġimgħat, l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat bil-miktub għat-trasferiment ta' fondi. Jekk l-oġġezzjoni ssir minħabba li hemm investigazzjoni pendenti, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara dan u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom aċċess f'waqtu, direttament jew indirettament, għal informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi, liema informazzjoni hija meħtieġa għat-twettiq tal-investigazzjoni. 5. Il-persuni, entitajiet jew korpi li ġejjin ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 30a:
Artikolu 31 1. Fergħat u sussidjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 49, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji domiċiljati fl-Iran għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti bit-trasferimenti kollha ta' fondi mwettqa jew riċevuti minnhom, l-ismijiet tal-partijiet u l-ammont u d-data tat-tranżazzjoni, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li jkun twettaq jew ġie rċevut it-trasferiment ta' fondi kkonċernat. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli, in-notifika għandha tispeċifika n-natura tat-tranżazzjoni u, fejn ikun il-każ, in-natura tal-oġġetti koperti mit-tranżazzjoni u għandha, b'mod partikolari, tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mill-Annessi I, II, III, IV, IVA, V, VI, VIA, VIB, VII, VIIA jew VIIB ta' dan ir-Regolament u, jekk l-esportazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, għandha tindika n-numru tal-liċenzja mogħtija. 2. Suġġett għall-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u skont dawn l-istess arranġamenti, l-awtoritajiet kompetenti nnotifikati għandhom mingħajr dewmien jittrażmettu l-informazzjoni dwar in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1, kif meħtieġ, sabiex jimpedixxu kwalunkwe tranżazzjoni li tista' tikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari ta' natura sensittiva fir-rigward tal-proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fejn il-kontropartijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet ikunu stabbiliti. Artikolu 33 1. Għandu jkun ipprojbit għal istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 49 li jagħmlu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
2. Għandu jkun ipprojbit dan li ġej:
Artikolu 34 Għandu jkun ipprojbit:
Artikolu 35 1. Huwa pprojbit l-għoti ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, jew ta’ servizz ta’ senserija għall-għoti tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, lil:
2. Il- paragrafu 1, il-punti (a) u (b), ma għandhomx japplikaw għall-għoti jew senserija ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà obbligatorja jew lejn parti terza jew riassigurazzjoni lil persuni, entitajiet jew korpi Iranjani bbażati fl-Unjoni, lanqas għall-għoti ta' assigurazzjoni lil missjonijiet Iranjani diplomatiċi u konsulari fl-Unjoni. 3. Il-paragrafu 1, il-punt (c), ma għandux japplika għall-għoti jew senserija ta' assigurazzjoni, inkluż assigurazzjoni fuq is-saħħa u dik fuq l-ivvjaġġar jew riassigurazzjoni, lil individwi li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom, ħlief il-persuni elenkati fl-Annessi VIII u IX. Il-paragrafu 1, il-punt (c), ma għandux jimpedixxi l-forniment ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jew senserija ta’ assigurazzjoni lill-proprjetarju ta' bastiment, inġenju tal-ajru jew vettura mikrija minn persuna, entità jew korp imsemmijin filparagrafu 1, il-punt (a) jew (b). Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c) persuna, entità jew korp ma għandhomx jitqiesu li qed jaġixxu fuq direzzjoni ta' persuna, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), fejn dik id-direzzjoni tkun għall-finijiet ta' ttrakkar, tgħabbija, ħatt jew transitu sikur ta' bastiment jew inġenju tal-ajru li jinsabu temporanjament fl-ilmijiet jew fl-ispazju tal-ajru Iranjan. 4. Dan l-Artikolu jipprojbixxi l-estensjoni jew it-tiġdid ta' ftehimiet tal-assigurazzjoni jew ta' riassigurazzjoni milħuqa qabel it-30 ta’ Settembru 2025, iżda, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(3), ma jipprojbixxix il-konformità ma' ftehimiet konklużi qabel dik id-data.” |
|
(16) |
l-Artikoli 36 u 37 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “KAPITOLU VI RESTRIZZJONIJIET FUQ IT-TRASPORT Artikolu 36 1. Għall-prevenzjoni tat-trasferiment ta' oġġetti u teknoloġija koperti mil-Lista Militari Komuni jew il-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni tagħhom tkun projbita minn dan ir-Regolament, u kif ukoll għall-obbligu li l-awtoritajiet doganali kompetenti jiġu pprovduti bl-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif iddeterminat fid-dispożizzjonijiet relevanti li jirrigwardaw r id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u tal-ħruġ u kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tad-dwana fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*5) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (*6), il-persuni li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni jew minn dan ir-Regolament u, fejn l-esportazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, tingħata speċifika tal-partikolaritajiet tal-liċenzja mogħtija tal-esportazzjoni. 2. L-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati jew f’forma miktuba jew bl-użu ta’ dikjarazzjoni tad-dwana kif ikun xieraq. Artikolu 37 1. Il-forniment ta' servizzi ta' bunkering jew ta' servizzi ta' provvista ta' vapuri, jew kwalunkwe servizz ieħor ta' bastimenti, lil bastimenti li jappartjenu għal jew huma kkontrollati minn, direttament jew indirettament, persuna, entità jew korp Iranjani, huwa pprojbit fejn il-fornituri tas-servizz għandhom informazzjoni, inkluż mill-awtoritajiet doganali kompetenti fuq il-bażi tal-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif imsemmi fl-Artikolu 36, li tipprovdi raġunijiet ġustifikati li jkun hemm deċiżjoni li l-bastimenti qed iġorru oġġetti koperti mil-Lista Militari Komuni jew oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huwa pprojbit taħt dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' tali servizzi mhuwiex meħtieġ għal skopijiet ta' sigurtà u umanitarji. 2. Il-forniment ta' servizzi tal-inġinerija jew ta' manutenzjoni lil inġenji tal-ajru tal-merkanzija li jappartjenu għal jew huma kkontrollati minn, direttament jew indirettament, persuna, entità jew korp Iranjani, huwa pprojbit, fejn il-fornituri tas-servizz għandhom informazzjoni, inkluż mill-awtoritajiet doganali kompetenti fuq il-bażi tal-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif imsemmi fl-Artikolu 36, li tipprovdi raġunijiet ġustifikati li jidditerminaw li l-inġenji tal-ajru tal-merkanzija qed iġorru oġġetti koperti mil-Lista Militari Komuni jew oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huwa pprojbit taħt dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' tali servizzi mhuwiex meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew ta' sigurtà. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw sakemm il-merkanzija tkun ġiet ispezzjonata u, jekk meħtieġ maqbuda jew eliminata, skont il-każ. Kwalunkwe qbid u eliminazzjoni , skont il-leġislazzjoni nazzjonali jew id-deċiżjoni ta' awtorità kompetenti, tista' titwettaq bi spejjeż għall-importatur jew jiġu irkuprati minn kwalunkwe persuna jew entità oħra responsabbli għat-tentattiv ta' forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni illeċiti.” (*5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità(ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/2913/oj)." (*6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/2454/oj).”;" ; |
|
(17) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 37a 1. Huwa pprojbit il-forniment tas-servizzi li ġejjin fir-rigward ta' tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran jew li huma proprjetà ta', mikrija, jew operati, direttament jew indirettament, minn persuna, entità jew korp Iranjani:
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.” “Artikolu 37b 1. Huwa pprojbit li jsiru disponibbli bastimenti mfassla għat-trasport jew għall-ħażna ta' żejt u prodotti petrokimiċi:
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti u mill-kuntratti anċillari msemmija fl-Artikolu 12(1), il-punti (b) u (c), u fl-Artikolu 14(1), il-punti (b) u (c), dment li l-importazzjoni u t-trasport ta' żejt mhux maħdum, ta' prodotti petroliferi jew ta' prodotti petrokimiċi jkunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12(1) jew 14(1).” |
|
(18) |
fl-Artikolu 38(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(19) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 39 Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 9, l-Artikolu 17(2), il-punt (b), u l-Artikoli 30 u 35, kwalunkwe korp, entità jew detentur ta' drittijiet derivati minn deċiżjoni oriġinali qabel it-30 ta’ Settembru 2025 minn Gvern sovran minbarra l-Iran, ta' ftehim ta' kondiviżjoni tal-produzzjoni, m'għandux jiġi kkunsidrat bħala persuna, entità jew korp Iranjan. F'każijiet bħal dawn u b'relazzjoni mal-Artikolu 8, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' teħtieġ garanziji għall-utent aħħari adatti minn kwalunkwe korp jew entità għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' kwalunkwe tagħmir jew teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VI.” |
|
(20) |
fl-Artikolu 40(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(21) |
L-Artikolu 41 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 41 Hija pprojbita l-parteċipazzjoni, bil-ħsieb u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jinkisru l-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2, 4a, 4b, 5(1), 8, 9, 10a, 10b, 10d, 10e, 11, 13, 14a, 15a, 15b, 17, 22, 23, 30, 30a, 34, 35, 37a jew 37b.” |
|
(22) |
fl-Artikolu 42, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3. L-iżvelar in bona fide, kif previst fl-Artikoli 30, u, 31 , minn persuna, entità jew korp koperti minn dan ir-Regolament jew impjegat jew direttur ta' tali persuna, entità jew korp, tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 30 u 31 ma għandux joħloq responsabbilità ta’ kwalunkwe tip għall-istituzzjoni jew il-persuna jew għad-diretturi jew l-impjegati tagħha.” |
|
(23) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 43 1. Stat Membru jista’ jieħu l-azzjonijiet kollha li huwa jqis meħtieġa sabiex jassigura illi l-obbligi legali relevanti internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-protezzjoni ambjentali jiġu rrispettati fejn il-kooperazzjoni ma' persuna, entità jew korp Iranjan tista' tiġi affettwara mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 2. Għall-fini tal-azzjoni mittieħda skont il-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 8 u 9, l-Artikolu 17(2), il-punt (b), u l-Artikolu 23(2), u l-Artikoli 30 u 35 ma għandhomx japplikaw. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-awtorizzazzjoni. F'każ ta' theddida għall-ambjent u/jew għas-saħħa u għas-sigurtà tal-ħaddiema fl-Unjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti awtorizzazzjoni mingħajr notifika minn qabel u għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni. Artikolu 43a 1. Permezz ta' deroga mill-Artikoli 8, 9, l-Artikolu 17(1) fir-rigward ta' persuna, entità jew korp Iranjani msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (b), l-Artikolu 23(2) u (3) sakemm dawn jirreferu għal persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness IX, u l-Artikoli 30 u 35, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jkun jidhrilhom adattati, l-attivitajiet relatati mal-esplorazzjoni jew l-esplojtazzjoni tal-idrokarburi fl-Unjoni, imwettqa skont liċenzja għal din l-esplorazzjoni jew l-esplojtazzjoni maħruġa minn Stat Membru lil persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IX, jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Id-deroga prevista f'paragrafu 1 għandha tingħata biss għal tali perjodu kif meħtieġ, u l-validità tagħha ma għandhiex taqbeż il-validità tal-liċenzja maħruġa lill-persuna, l-entità jew il-korp elenkati fl-Anness IX. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa surroga kuntrattwali jew dispożizzjoni ta' indennità, il-perjodu għall-validità tad-deroga ma għandux jaqbeż il-ħames snin. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li jkun bi ħsiebu jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-awtorizzazzjoni. F'każ ta' theddida għall-ambjent fl-Unjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti biex tkun evitata ħsara lill-ambjent, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti awtorizzazzjoni mingħajr notifika minn qabel u għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.” |
|
(24) |
fl-Artikolu 44(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(25) |
L-Artikoli 45 u 46 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “Artikolu 45 Il-Kummissjoni għandha:
Artikolu 46 1. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness VIII. 2. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 23(2) u (3), huwa għandu jemenda l-Anness IX skont dan. 3. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. 4. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati b’dan. 5. Fil-każ li n-Nazzjonjiet Uniti tiddeċiedi li tneħħi persuna fiżika jew ġuridika, entità, jew korp mil-lista jew li temenda d-data ta' identifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness. 6. Il-lista fl-Anness IX għandha tiġi eżaminata mill-ġdid f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.” |
|
(26) |
l-Annessi huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BØDSKOV
(1) ĠU L, 2025/1972, 29.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1972/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/413/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/267/oj).
(4) Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill 2015/C 345/1 tat-18 ta’ Ottubru 2015 (ĠU C 345, 18.10.2015, p. 1).
ANNESS
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 267/2012 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS I PARTI A Oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2(1), (2) u (4), 3(3), 5(1), 6, 8(4), 17(2) u 31(1) Dan l-Anness jinkludi l-oġġetti u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009, kif definiti fih, bl-eċċezzjoni ta’ dawk speċifikati il-Parti A. Il-projbizzjonijiet rilevanti ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sal-1 ta’ Jannar 2026 tal-kuntratti relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija speċifikati fil-Parti C konkluża qabel it-30 ta’ Settembru 2025.
PARTI B L-Artikolu 6 japplika għall-oġġetti li ġejjin:
PARTI C
|
|
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS II Oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2(1), 2(2) u 2(4), 3(3), 5(1), 8(4), 17(2), 31(1) u 45 NOTI INTRODUTTORJI
NOTI ĠENERALI
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)
II.A. PRODOTTI
II.B. TEKNOLOĠIJA
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
L-Anness IIa huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS IIa Oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 3(1), 3(3) u 3(5), 5(2), 8(4), 18(1), 31(1) u 45 NOTI INTRODUTTORJI
NOTI ĠENERALI
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)
III.A. PRODOTTI
III.B. TEKNOLOĠIJA
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
Jiżdied l-Anness IV: “ANNESS IV Lista ta' ‘żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi’ msemmija fl-Artikolu 11 u 31(1)
|
|
(5) |
Jiżdied l-Anness IVa: “ANNESS IVa Il-prodotti msemmija fl-Artikoli 14a u 31(1) Il-gass naturali u idrokarburi gassużi oħra
|
|
(6) |
Jiżdied l-Anness V: “ANNESS V Lista ta' ‘prodotti petrokimiċi’ msemmija fl-Artikolu 13 u 31(1)
|
|
(7) |
Jiżdied l-Anness VI: “ANNESS VI Lista ta’ tagħmir u teknoloġija ewlenin msemmija fl-Artikoli 8 u 31(1) NOTI ĠENERALI
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)
ESPLORAZZJONI U PRODUZZJONI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM U L-GASS NATURALI 1.A Tagħmir
1.B Tagħmir għall-ittestjar u l-ispezzjoni tat-tagħmir
1.C Materjali
1.D Software
1.E Teknoloġija
IR-RAFFINAR TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM U L-LIKWIFIKAZZJONI TAL-GASS NATURALI 2.A Tagħmir
2.B Tagħmir għall-ittestjar u l-ispezzjoni tat-tagħmir
2.C Materjali
2.D Software
2.E Teknoloġija
L-INDUSTRIJA PETROKIMIKA 3.A Tagħmir 1. Reatturi
3.B Tagħmir għall-ittestjar u l-ispezzjoni tat-tagħmir 3.C Materjali
3.D Software
3.E Teknoloġija
Nota: ‘Teknoloġija’ tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-‘iżvilupp’, ‘il-produzzjoni’ jew ‘l-użu’ tal-merkanzija. L-informazzjoni tieħu l-forma ta’ ‘data teknika’ jew ‘assistenza teknika’. ”; |
|
(8) |
Jiżdied l-Anness VIa: “ANNESS VIa Tagħmir u teknoloġija ewlenin imsemmija fl-Artikoli 8, 10(1)(c), u 31(1)
|
|
(9) |
Jiżdied l-Anness VIb: “ANNESS Vib Tagħmir u teknoloġija ewlenin imsemmija fl-Artikoli 10a, 10b, 10c u 31(1)
|
|
(10) |
Jiżdied l-Anness VII: “ANNESS VII Lista ta' deheb, metalli prezzjużi u djamanti msemmija fl-Artikolu 15 u 31(1)
|
|
(11) |
l-Anness VIIa huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS VIIa Software għall-integrazzjoni tal-proċessi industrijali msemmija fl-Artikolu 10d, 10e, 10f u 31(1) 1. Software għall-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi, imfassal speċifikament għall-użu fl-industriji nukleari, militari, tal-gass, taż-żejt, navali, tal-avjazzjoni, finanzjarji u tal-kostruzzjoni.Nota ta’ spjegazzjoni: Software għall-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi huwa software użat għall-kontabilità finanzjarja, il-kontabilità tal-ġestjoni, ir-riżorsi umani, il-manifattura, il-ġestjoni tal-katina tal-provvista, il-ġestjoni tal-proġetti, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijent, is-servizzi tad-data, jew il-kontroll tal-aċċess. ”; |
|
(12) |
l-Anness VIIb huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS VIIb Grafit u metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma msemmija fl-Artikoli 15a, 15b, 15c u 31(1) Nota ta' introduzzjoni: L-inklużjoni ta' oġġetti f'dan l-Anness hija mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli għall-oġġetti inklużi fl-Annessi I, II u III.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13) |
L-Annessi XIII u XIV huma mħassra. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1975/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)