|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1969 |
2.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1969
tal-1 ta’ Ottubru 2025
dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni mogħtija għall-merkanzija li għandha titqassam jew issir disponibbli mingħajr ħlas lill-vittmi taċ-Ċiklun Chido f’Mayotte (Franza), territorju ultraperiferiku tal-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2025) 6567)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), u b’mod partikolari tal-Artikolu 76, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2024, iċ-Ċiklun Chido laqat lil Mayotte (Franza), territorju ultraperiferiku tal-Unjoni. Dak iċ-ċiklun jikkostitwixxi diżastru skont it-tifsira tal-Kapitolu XVII, it-Taqsima C (l-Artikoli 74 sa 80) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009. Għalhekk hemm raġuni għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-merkanzija mingħajr dazju li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 74 sa 80 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-24 ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet Franċiżi talbu awtorizzazzjoni biex japplikaw eżenzjoni mid-dazji doganali fuq il-merkanzija importata maħsuba għall-vittmi taċ-Ċiklun Chido. Fit-8 ta’ Jannar 2025, intalbet aktar informazzjoni mingħand Franza. Franza bagħtet din l-informazzjoni fl-14 ta’ Frar u kkumplimentatha b’informazzjoni addizzjonali fid-29 ta’ April 2025. |
|
(3) |
Abbażi tal-informazzjoni mressqa minn Franza, huwa xieraq li Franza tingħata eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni imponibbli fuq il-merkanzija importata għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009. |
|
(4) |
Sabiex jiġu mmonitorjati l-importazzjonijiet li għalihom tingħata l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li Franza tikkomunika n-natura u l-kwantitajiet tal-merkanzija mdaħħla mingħajr dazju fuq l-importazzjoni bil-ħsieb li titqassam jew issir disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi taċ-Ċiklun Chido f’Mayotte (Franza). |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, jiġu evitati l-irregolaritajiet, u jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri, jenħtieġ li Franza tirrapporta lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita b’din id-Deċiżjoni, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll doganali applikati f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni liberu u l-użu tal-merkanzija li għaliha jingħata l-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazji doganali. |
|
(6) |
Meta jitqiesu l-isfidi estremi li Mayotte (Franza) ħabat wiċċu magħhom minħabba ċ-Ċiklun Chido, jenħtieġ li tingħata eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni għall-importazzjonijiet li saru fi Franza mis-16 ta’ Diċembru 2024 sas-16 ta’ Ġunju 2025. |
|
(7) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2025, l-Istati Membri ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 76, l-ewwel paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Mis-16 ta’ Diċembru 2024 sas-16 ta’ Ġunju 2025, il-merkanzija għandha tiddaħħal mingħajr dazji fuq l-importazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1)(a), tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, lejn Franza, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-merkanzija tkun maħsuba għal wieħed mill-użi li ġejjin:
|
|
(b) |
l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 75, 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009; |
|
(c) |
il-merkanzija tkun importata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera (fi Franza, inkluż il-Mayotte) mill-organizzazzjonijiet tal-Istat, fosthom il-korpi tal-Istat, il-korpi pubbliċi u korpi oħra rregolati mid-dritt pubbliku, jew f’isimhom, jew minn organizzazzjonijiet tal-karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza, dment li l-merkanzija tkun maħsuba li tintuża f’Mayotte (Franza). |
2. Il-merkanzija għandha tiddaħħal mingħajr dazju fuq l-importazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1)(a), tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta tkun importata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u maħsuba biex tintuża minn aġenziji għall-għajnuna f’każ ta’ diżastru sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ dawk l-aġenziji.
Artikolu 2
Sal-31 ta’ Ottubru 2025, Franza għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
f’sura konsolidata, fir-rigward tal-merkanzija mdaħħla mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 1:
|
|
(b) |
lista ta’ organizzazzjonijiet tal-Istat approvati inkarigati mid-distribuzzjoni u mit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-merkanzija li tibbenefika mill-eżenzjoni tad-dmirijiet lill-vittmi taċ-ċiklun; |
|
(c) |
il-miżuri meħuda biex tiġi ggarantita konformità mal-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009; |
|
(d) |
il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji u, fejn xieraq, tal-kontroll doganali meħuda minn Franza skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, fir-rigward tal-merkanzija mdaħħla mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Għandha tapplika mis-16 ta’ Diċembru 2024.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1186/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1969/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)