|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1942 |
30.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1942
tad-29 ta’ Settembru 2025
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-servizzi tal-validazzjoni kwalifikati għal firem elettroniċi kwalifikati u s-servizzi tal-validazzjoni kwalifikati għal siġilli elettroniċi kwalifikati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 40 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-servizzi tal-validazzjoni kwalifikati għal firem elettroniċi kwalifikati u għal siġilli elettroniċi kwalifikati jiżguraw l-integrità, l-awtentiċità u l-korrettezza tal-proċess u r-riżultati tal-validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati u tas-siġilli elettroniċi kwalifikati rispettivament. Dawk is-servizzi fiduċjarji kwalifikati jaqdu rwol kruċjali fl-ambjent tan-negozju diġitali billi jippromwovu t-tranżizzjoni minn proċessi tradizzjonali bbażati fuq il-karti lejn proċessi elettroniċi ekwivalenti. |
|
(2) |
Il-preżunzjoni tal-konformità stabbilita fl-Artikolu 33(2) u fl-Artikolu (40) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 jenħtieġ li tapplika biss meta s-servizzi tal-validazzjoni kwalifikati għall-firem elettroniċi kwalifikati u għas-siġilli elettroniċi kwalifikati jkunu jikkonformaw mal-istandards tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk l-istandards jenħtieġ li jkunu jirriflettu prattiki stabbiliti u jiġu rikonoxxuti b’mod wiesa’ fis-setturi rilevanti. Jenħtieġ li dawn jiġu adattati biex ikunu jinkludu kontrolli addizzjonali li jiżguraw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati, kif ukoll l-abbiltà ta’ verifika tal-istatus kwalifikat u l-validità teknika tal-firem elettroniċi kwalifikati u tas-siġilli elettroniċi kwalifikati. |
|
(3) |
Jekk fornitur tas-servizzi fiduċjarji josserva r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-korpi superviżorji jenħtieġ li jippreżumu l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u jikkunsidraw kif xieraq dik il-preżunzjoni biex jagħtu jew jikkonfermaw l-istatus kwalifikat tas-servizz fiduċjarju. Madankollu, fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati xorta jista’ jistrieħ fuq prattiki oħra biex juri l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tivvaluta regolarment teknoloġiji, prattiki, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda. F’konformità mal-Premessa 75 tar-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina u taġġorna dan ir-Regolament, jekk ikun meħtieġ, biex iżżommu konformi mal-iżviluppi globali, teknoloġiji, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda, u biex issegwi l-aqwa prattiki fis-suq intern. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) japplikaw għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fis-6 ta’ Ġunju 2025. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Standards ta’ referenza u speċifikazzjonijiet
L-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33(2) u fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
(3) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(4) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ANNESS
Lista tal-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi tal-validazzjoni kwalifikati għal firem elettroniċi kwalifikati u għas-servizzi tal-validazzjoni kwalifikati għal siġilli elettroniċi kwalifikati
L-istandards ETSI TS 119 441 V1.2.1 (2023-10) (1) (“ETSI TS 119 441 ”), u ETSI TS 119 172-4 V1.1.1 (2021-05) (2) (“ETSI TS 119 172-4”) japplikaw bl-addatamenti li ġejjin:
|
1. |
Għal ETSI TS 119 441
|
|
2. |
Għal ETSI TS 119 172-4
|
(1) ETSI TS 119 441 - Firem u Infrastrutturi Elettroniċi (ESI); Rekwiżiti ta’ politika għat-TSP li jipprovdu servizzi tal-validazzjoni tal-firma, V1.2.1 (2023-10).
(2) ETSI TS 119 172-4 - Firem u Infrastrutturi Elettroniċi (ESI); Politiki dwar il-Firem; Parti 4: Regoli dwar l-applikabbiltà tal-firem (politika tal-validazzjoni) għall-firem/s-siġilli elettroniċi kwalifikati Ewropej bl-użu ta’ listi ta’ fiduċja, V1.1.1 (2021-05).
(3) ĠU L, 2024/482, 7.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/482/oj.
(4) https://certification.enisa.europa.eu/publications/eucc-guidelines-cryptography_en.
(5) ĠU L, 2024/3144, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3144/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1942/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)