European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1939

25.9.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1939

tal-24 ta’ Settembru 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402 fir-rigward tal-istandards armonizzati tal-miters tas-sħana abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-istrumenti tal-kejl li jkunu konformi mal-istandards armonizzati, jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrument ta’ dik id-Direttiva li huma koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8558 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-ħidma fuq l-istandards armonizzati, b’appoġġ għad-Direttiva 2014/32/UE għal ċerti strumenti tal-kejl (“it-talba”).

(3)

Abbażi tat-talba, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati li ġejjin dwar il-miters tas-sħana: EN 1434-1:2022 Miters tas-sħana — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali, EN 1434-2:2022 Miters tas-sħana — Parti 2: Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni, EN 1434-4:2022 Miters tas-sħana — Parti 4: Testijiet tal-approvazzjoni tal-mudelli, EN 1434-5:2022 Miters tas-sħana — Parti 5: Testijiet tal-verifika inizjali, u EN 1434-6:2022 Miters tas-sħana — Parti 6: Installazzjoni, kummissjonar, monitoraġġ operazzjonali u manutenzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN 1434-1:2022, EN 1434-2:2022, EN 1434-4:2022, EN 1434-5:2022 u EN 1434-6:2022 jikkonformawx mat-talba.

(5)

L-istandards armonizzati EN 1434-1:2022, EN 1434-2:2022, EN 1434-4:2022, EN 1434-5:2022 u EN 1434-6:2022 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan ikopru, u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/32/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi għal dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1402 (4) jipprovdi r-referenzi għall-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/32/UE. Biex ikun żgurat li r-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/32/UE jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi għall-istandards armonizzati EN 1434-1:2022, EN 1434-2:2022, EN 1434-4:2022, EN 1434-5:2022 u EN 1434-6:2022 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tat-tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/32/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8558 final tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti strumenti tal-kejl.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1402 tal-25 ta’ Awwissu 2021 dwar standards armonizzati għall-miters tal-gass u strumenti tal-kejl oħra abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 26.8.2021, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1402/oj).


ANNESS

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“9.

 

EN 1434-1:2022

 

Miters tas-sħana — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

10.

 

EN 1434-2:2022

 

Miters tas-sħana — Parti 2: Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni

11.

 

EN 1434-4:2022

 

Miters tas-sħana — Parti 4: Testijiet tal-approvazzjoni tal-mudell

12.

 

EN 1434-5:2022

 

Miters tas-sħana — Parti 5: Testijiet tal-verifika inizjali

13.

 

EN 1434-6:2022

 

Miters tas-sħana — Parti 6: Installazzjoni, kummissjonar, monitoraġġ operazzjonali u manutenzjoni”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1939/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)