|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1937 |
23.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1937
tat-22 ta’ Settembru 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(2) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-437/23 (2), jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/36/oj.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2025, Hala Almaghout vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-437/23, ECLI:EU:T:2025:701.
ANNESS
L-entrata li ġejja titħassar mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012:
318.
Hala Tarif ALMAGHOUT.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1937/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)