European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1934

22.9.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1934

tad-19 ta' Settembru 2025

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1), il-punt (b) u 232(3), il-punt (b), tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji terzi jridu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji terzi kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fil-provinċja ta’ Alberta, li ġew ikkonfermati fid-9 ta’ Settembru 2025 u fl-10 ta’ Settembru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Devon, l-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fil-31 ta’ Awwissu 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tmien tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ North Dakota (2) u South Dakota (6), li ġew ikkonfermati bejn it-28 ta’ Awwissu 2025 u l-11 ta’ Settembru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-inqas10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-HPAI.

(10)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit, u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat f’dawk il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi sospiż biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-pajjiżi terzi fit-tabelli stabbiliti fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B u l-Parti 2, u fit-tabella stabbilita fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(11)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom fir-rigward tat-tifqigħat preċedenti tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(12)

Fil-11 ta’ Settembru 2025, fil-15 ta’ Settembru 2025 u fis-16 ta’ Settembru 2025, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħa b’rabta ma’ ħames tifqigħat tal-HPAI fil-pollam, li ġew ikkonfermati bejn it-28 ta’ Lulju 2025 u t-8 ta’ Awwissu 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

Fit-12 ta’ Settembru 2025, l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħa b’rabta mas-sitt tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Arizona (4), New Mexico (1), u Pennsylvania (1) li ġew ikkonfermati bejn it-8 ta’ April 2025 u t-2 ta’ Lulju 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(14)

Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti informaw lill-Kummissjoni li wara dawk it-tifqigħat preċedenti tal-HPAI, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew it-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati.

(15)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati ta’ dawk il-pajjiżi terzi, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti f’dawk it-tabelli f’dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(16)

Filwaqt li jitqiesu li t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mar-Renju Unit u mal-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2025

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.268, CA-2.269 u CA-2.270 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.267:

CA

il-Kanada

CA-2.268

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

9.9.2025

 

CA-2.269

N, P1

 

9.9.2025

 

CA-2.270

N, P1

 

10.9.2025”;

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.385 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.385

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.7.2025

11.9.2025”;

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.387 sa GB-2.390 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.387

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.7.2025

16.9.2025

GB-2.388

N, P1

 

1.8.2025

12.9.2025

GB-2.389

N, P1

 

6.8.2025

16.9.2025

GB-2.390

N, P1

 

8.8.2025

16.9.2025”;

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.392 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.391:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.392

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

31.8.2025”;

 

(v)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1022 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

l-Istati Uniti

US-2.1022

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

8.4.2025

7.9.2025”;

(vi)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1035 u US-2.1036 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

l-Istati Uniti

US-2.1035

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

19.5.2025

30.8.2025

US-2.1036

N, P1

 

27.5.2025

13.9.2025”;

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1038, US-2.1039 u US-2.1040 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

l-Istati Uniti

US-2.1038

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.5.2025

13.9.2025

US-2.1039

N, P1

 

5.6.2025

13.9.2025

US-2.1040

N, P1

 

2.7.2025

25.8.2025”;

(viii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1042 sa US-2.1049 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1041:

US

l-Istati Uniti

US-2.1042

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.8.2025

 

US-2.1043

N, P1

 

2.9.2025

 

US-2.1044

N, P1

 

4.9.2025

 

US-2.1045

N, P1

 

9.9.2025

 

US-2.1046

N, P1

 

10.9.2025

 

US-2.1047

N, P1

 

11.9.2025

 

US-2.1048

N, P1

 

4.9.2025

 

US-2.1049

N, P1

 

10.9.2025”;

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.268, CA-2.269 u CA-2.270 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.267:

“Il-Kanada

CA-2.268

Alberta – Latitude 53.7, Longitude -112.94

The municipalities involved are:

3km PZ: Fort Saskatchewan, Josephburg, and Scotford

10km SZ: Fort Saskatchewan, Hu Haven, Josephburg, Lamoureux, Strathcona, Sturgeon

CA-2.269

Alberta – Latitude 53.24, Longitude -112.25

The municipalities involved are:

3km PZ: Holden

10km SZ: Beaver, Holden, Poe, and Ryley

CA-2.270

Alberta – Latitude 53.32, Longitude -111.66

The municipalities involved are:

3km PZ: Minburn and Vegreville

10km SZ: Beaver, Lavoy, Minburn, Ranfurly, Vegreville, and Viking”;

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona GB-2.392 tiżdied wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.391:

“Ir-Renju Unit

GB-2.392

near Exminster, Teignbridge, Devon, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N50.69 and Long: W3.55”;

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1042 sa US-2.1049 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1041:

“L-Istati Uniti

US-2.1042

State of South Dakota

Faulk 05

Faulk County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 99.0443717°W 45.2282303°N)

US-2.1043

State of South Dakota

Beadle 17

Beadle County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 97.9602797°W 44.7087578°N)

US-2.1044

State of South Dakota

McPherson 12

McPherson County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 99.0991193°W 45.6946911°N)

US-2.1045

State of South Dakota

Beadle 18

Beadle County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.2057664°W 44.6534632°N)

US-2.1046

State of South Dakota

Beadle 19

Beadle County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 97.9009159°W 44.4150837°N)

US-2.1047

State of South Dakota

Spink 13

Spink County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.2225844°W 44.7543512°N)

US-2.1048

State of North Dakota

Dickey 06

Dickey County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.4439654°W 46.1626533°N)

US-2.1049

State of North Dakota

LaMoure 05

LaMoure County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.5754950°W 46.4017860°N)”;

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.268, CA-2.269 u CA-2.270 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.267:

CA

il-Kanada

CA-2.268

POU, RAT

N, P1

 

9.9.2025

 

GBM

P1

 

9.9.2025

 

CA-2.269

POU, RAT

N, P1

 

9.9.2025

 

GBM

P1

 

9.9.2025

 

CA-2.270

POU, RAT

N, P1

 

10.9.2025

 

GBM

P1

 

10.9.2025”;

 

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.385 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.385

POU, RAT

N, P1

 

28.7.2025

11.9.2025

GBM

P1

 

28.7.2025

11.9.2025”;

(c)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.387 sa GB-2.390 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.387

POU, RAT

N, P1

 

30.7.2025

16.9.2025

GBM

P1

 

30.7.2025

16.9.2025

GB-2.388

POU, RAT

N, P1

 

1.8.2025

12.9.2025

GBM

P1

 

1.8.2025

12.9.2025

GB-2.389

POU, RAT

N, P1

 

6.8.2025

16.9.2025

GBM

P1

 

6.8.2025

16.9.2025

GB-2.390

POU, RAT

N, P1

 

8.8.2025

16.9.2025

GBM

P1

 

8.8.2025

16.9.2025”;

(d)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.392 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.391:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.392

POU, RAT

N, P1

 

31.8.2025

 

GBM

P1

 

31.8.2025”;

 

(e)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1022 hija sostitwita b’dan li ġej:

US

l-Istati Uniti

US-2.1022

POU, RAT

N, P1

 

8.4.2025

7.9.2025

GBM

P1

 

8.4.2025

7.9.2025”;

(f)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1035 u US-2.1036 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

l-Istati Uniti

US-2.1035

POU, RAT

N, P1

 

19.5.2025

30.8.2025

GBM

P1

 

19.5.2025

30.8.2025

US-2.1036

POU, RAT

N, P1

 

27.5.2025

13.9.2025

GBM

P1

 

27.5.2025

13.9.2025”;

(g)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.1038, US-2.1039 u US-2.1040 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

l-Istati Uniti

US-2.1038

POU, RAT

N, P1

 

30.5.2025

13.9.2025

GBM

P1

 

30.5.2025

13.9.2025

US-2.1039

POU, RAT

N, P1

 

5.6.2025

13.9.2025

GBM

P1

 

5.6.2025

13.9.2025

US-2.1040

POU, RAT

N, P1

 

2.7.2025

25.8.2025

GBM

P1

 

2.7.2025

25.8.2025”;

(h)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1042 sa US-2.1049 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1041:

US

l-Istati Uniti

US-2.1042

POU, RAT

N, P1

 

28.8.2025

 

GBM

P1

 

28.8.2025

 

US-2.1043

POU, RAT

N, P1

 

2.9.2025

 

GBM

P1

 

2.9.2025

 

US-2.1044

POU, RAT

N, P1

 

4.9.2025

 

GBM

P1

 

4.9.2025

 

US-2.1045

POU, RAT

N, P1

 

9.9.2025

 

GBM

P1

 

9.9.2025

 

US-2.1046

POU, RAT

N, P1

 

10.9.2025

 

GBM

P1

 

10.9.2025

 

US-2.1047

POU, RAT

N, P1

 

11.9.2025

 

GBM

P1

 

11.9.2025

 

US-2.1048

POU, RAT

N, P1

 

4.9.2025

 

GBM

P1

 

4.9.2025

 

US-2.1049

POU, RAT

N, P1

 

10.9.2025

 

GBM

P1

 

10.9.2025”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1934/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)