European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1918

23.9.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1918

tas-16 ta’ Settembru 2025

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

—

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2025 ġie adottat definittivament fis-27 ta’ Novembru 2024 (2);

—

fl-4 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2025;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025 ġiet adottata fis-16 ta’ Settembru 2025.

It-test sħiħ (3) huwa disponibbli għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: https://www.consilium.europa.eu/documents-publications/public-register/public-register-search/.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BJERRE


(1)   ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.

(2)   ĠU L, 2025/31, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2025/31/oj.

(3)  Dokument 12353/25 + ADD 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1918/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)