European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1880

15.9.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/1880

tal-4 ta’ Settembru 2025

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2181 (EUMAM Mozambique/1/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta’ Lulju 2021 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE fil-Mozambique (EUMAM Mozambique), inkluż id-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra ta’ Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fis-27 ta’ Awwissu 2024, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2181 (2), il-KPS ħatar lill-Brigadier Ġeneral Luís Fernando MACHADO BARROSO bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUMAM Mozambique.

(3)

Fl-14 ta’ Awwissu 2025, l-awtoritajiet Portugiżi pproponew lill-Komodor César Manuel PIRES CORREIA biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Luís Fernando MACHADO BARROSO bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Mozambique (“il-ħatra proposta”).

(4)

Fit-18 ta’ Awwissu 2025, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE rrakkomanda li l-Komodor César Manuel PIRES CORREIA jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUMAM Mozambique mill-10 ta’ Settembru 2025.

(5)

Fil-21 ta’ Awwissu 2025, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Komodor César Manuel PIRES CORREIA jinħatar bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għal EUMAM Mozambique.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor César Manuel PIRES CORREIA bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUMAM Mozambique mill-10 ta’ Settembru 2025.

(7)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2181 jenħtieġ li titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komodor César Manuel PIRES CORREIA huwa maħtur bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique) mill-10 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2181 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Settembru 2025.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 247, 13.7.2021, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1143/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2181 tas-27 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1790 (EUMAM Mozambique/1/2024) (ĠU L, 2024/2181, 6.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2181/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1880/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)