European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1870

15.9.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1870

tat-12 ta’ Settembru 2025

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2174 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format tat-tikketti għal ċerti prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(17) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2174 (2) fiha żball fl-Artikolu 1(11) fir-rigward tal-użu tal-metodu tal-għoti tal-informazzjoni stabbilit fil-paragrafu 10 ta’ dak l-Artikolu. L-iżball ibiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni u jaffettwa s-sustanza tagħha.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2174 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Minħabba l-fatt li l-korrezzjoni ma tkun qed tneħħi b’mod attiv l-ebda dritt jew ma tkun qed timponi l-ebda obbligu, u fid-dawl tal-interess ġenerali li tiġi salvagwardjata l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, jixraq li l-korrezzjoni tibda tapplika fid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2174.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2174,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2024/573, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/573/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2174 tat-2 ta’ Settembru 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format tat-tikketti għal ċerti prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2068 (ĠU L, 2024/2174, 3.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2174/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1870/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)