European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1863

2.10.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 128/2025

tat-13 ta’ Ġunju 2025

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/1863]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/350 tal-21 ta’ Frar 2025 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/351 tal-21 ta’ Frar 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel, li jemenda r-Regolament (UE) 2022/1616 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2023/2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel fir-rigward tal-plastik riċiklat u kwistjonijiet oħra relatati mal-kontroll tal-kwalità u mal-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 54zzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006) u 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011):

“—

32025 R 0351: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/351 tal-21 ta’ Frar 2025 (ĠU L, 2025/351, 24.2.2025).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 56 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2022/1616):

“, kif emendat bi:

32025 R 0351: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/351 tal-21 ta’ Frar 2025 (ĠU L, 2025/351, 24.2.2025).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 264 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/167):

“265.

32025 R 0350: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/350 tal-21 ta’ Frar 2025 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L, 2025/350, 24.2.2025).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2025/350 u (UE) 2025/351 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ġunju 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, fit-13 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2025/350, 24.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/350/oj.

(2)   ĠU L, 2025/351, 24.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/351/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1863/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)