|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1860 |
2.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 124/2025
tat-13 ta’ Ġunju 2025
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/1860]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2895 tal-20 ta’ Novembru 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tal-Listeria monocytogenes (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2463 tat-12 ta’ Settembru 2024 li jistabbilixxi l-metodi analitiċi applikabbli għall-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità tal-operaturi tan-negozji tal-ikel mar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32024 R 2895: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2895 tal-20 ta’ Novembru 2024 (ĠU L, 2024/2895, 21.11.2024).” |
Artikolu 2
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005):
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005):
|
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (UE) 2024/2895 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2463 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ġunju 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, fit-13 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2024/2895, 21.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2895/oj.
(2) ĠU L, 2024/2463, 13.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2463/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1860/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)