European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1846

12.9.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1846

tal-11 ta’ Settembru 2025

li jikkanċella l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 0-0,1” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1478

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Mejju 2024, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1478 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029359-0000 lid-detentur tal-awtorizzazzjoni Nordkalk AB għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 0-0,1” f’konformità mal-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

Fil-15 ta’ Mejju 2025, f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Nordkalk AB ippreżentat talba lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) biex dik l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tiġi kkanċellata. It-talba ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-MD105909-40 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali.

(3)

Fit-28 ta’ Mejju 2025, Nordkalk AB ippreżentat motivazzjoni għat-talba għall-kanċellazzjoni, fejn qalet li kienet iddeċidiet li twaqqaf il-produzzjoni ta’ “Nordkalk QL 0-0,1” abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali.

(4)

Fit-3 ta’ Ġunju 2025, l-Aġenzija bagħtet it-talba lill-Kummissjoni.

(5)

Għalhekk, jixraq li l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 0-0,1” tiġi kkanċellata fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u, konsegwentement, li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1478.

(6)

Huwa xieraq ukoll li jingħata perjodu ta’ konċessjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-ħażniet eżistenti f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 0-0,1” mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1478 lil Nordkalk AB bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029359-0000 hija kkanċellata.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1478 jitħassar.

Artikolu 3

Il-prodott bijoċidali “Nordkalk QL 0-0,1” ma għandux ikompli jitqiegħed fis-suq mill-31 ta’ Marzu 2026 u l-ħażniet eżistenti ta’ tali prodott bijoċidali ma għandhomx jibqgħu jintużaw mis-27 ta’ Settembru 2026.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1478 tad-29 ta’ Mejju 2024 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku Nordkalk QL 0-0,1 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L, 2024/1478, 30.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1478/oj).

.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1846/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)