|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1843 |
2.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 137/2025
tat-13 ta’ Ġunju 2025
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/1843]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/295 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/301 tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u r-rapport intermedju u dak finali dwarhom, u l-kontenut tan-notifika volontarja għal theddid ċibernetiku sinifikanti (2) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31qc (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1774) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“31qg. |
32025 R 0295: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/295 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza (ĠU L, 2025/295, 13.2.2025). |
|
31qh. |
32025 R 0301: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/301 tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u r-rapport intermedju u dak finali dwarhom, u l-kontenut tan-notifika volontarja għal theddid ċibernetiku sinifikanti (ĠU L, 2025/301, 20.2.2025).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2025/295 u (UE) 2025/301 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ġunju 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2025 tal-20 ta’ Frar 2025 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, fit-13 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2025/295, 13.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/295/oj.
(2) ĠU L, 2025/301, 20.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/301/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(3) ĠU L, 2025/770, 8.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/770/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1843/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)