|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1820 |
2.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 123/2025
tat-13 ta’ Ġunju 2025
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/1820]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2052 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti kriterji tal-prestazzjoni tal-metodi analitiċi għar-residwi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi użati fl-annimali li jipproduċu l-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2563 tal-24 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1646 fir-rigward tal-kontenut addizzjonali tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali bbażati fuq ir-riskju u l-pjan ta’ sorveljanza nazzjonali aleatorju, is-sottomissjoni ta’ dawk il-pjanijiet u tad-data mill-Istati Membri u l-frekwenzi minimi tal-kampjunar (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 11i (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u fil-punt 31x (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646) tal-Kapitolu II: “, kif emendat bi:
|
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 14 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808) tal-Parti 7.2 tal-Kapitolu I:
|
Artikolu 2
Dan li ġej jiżdied fil-punt 164zf (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32024 R 2563: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2563 tal-24 ta’ Settembru 2024 (ĠU L, 2024/2563, 27.9.2024).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2052 u (UE) 2024/2563 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ġunju 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, fit-13 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2024/2052, 31.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2052/oj.
(2) ĠU L, 2024/2563, 27.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2563/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1820/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)