|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1803 |
12.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1803
tal-11 ta’ Settembru 2025
li jikkanċella l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 90” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1672
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Ġunju 2024, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1672 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029368-0000 lid-detentur tal-awtorizzazzjoni Nordkalk Oy Ab għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 90” f’konformità mal-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Mejju 2025, f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Nordkalk Oy Ab ippreżentat talba biex dik l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tiġi kkanċellata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). It-talba ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-MB105915-51 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Mejju 2025, Nordkalk Oy Ab ippreżentat motivazzjoni għat-talba għall-kanċellazzjoni, fejn qalet li kienet iddeċidiet li twaqqaf il-produzzjoni ta’ “Nordkalk QL 90” abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali. |
|
(4) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2025, l-Aġenzija bagħtet it-talba motivata lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jixraq li l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 90” tiġi kkanċellata fuq talba motivata tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u konsegwentement li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1672. |
|
(6) |
Huwa xieraq ukoll li jingħata perjodu ta’ konċessjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-ħażniet eżistenti f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 90” mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1672 lil Nordkalk Oy Ab bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029368-0000 hija kkanċellata.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1672 jitħassar.
Artikolu 3
Il-prodott bijoċidali “Nordkalk QL 90” ma għandux ikompli jitqiegħed fis-suq mill-31 ta’ Marzu 2026 u l-istokkijiet eżistenti ta’ tali prodotti bijoċidali ma għandhomx jibqgħu jintużaw mis-27 ta’ Settembru 2026.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1672 tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk QL 90” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1672, 14.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1672/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1803/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)