European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1793

11.9.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1793

tal-10 ta’ Settembru 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2944 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-apparati domestiċi tat-tisjir li jaħarqu l-gass, l-apparati ta’ sikurezza u kontroll għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass, l-apparati termoelettriċi għas-superviżjoni tal-fjamma, il-bojlers tat-tisħin ċentrali li jaħdmu bil-gass u l-valvijiet tal-ventilazzjoni awtomatiċi għall-berners tal-gass u għall-apparati li jaħarqu l-gass

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir u l-fittings li jkunu f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 4789 (3), il-Kummissjoni ressqet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, European Committee for Standardization) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC, European Committee for Standardization) għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti abbozzati abbażi tal-mandat ta’ standardizzazzjoni M/BC/CEN/06-89 tad-29 ta’ April 1990 biex jiġi żgurat li dawn ikomplu jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku ġeneralment rikonoxxut sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/426.

(3)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023)4789, is-CEN irreveda diversi standards armonizzati eżistenti. B’riżultat ta’ dan, is-CEN adotta l-istandards armonizzati riveduti li ġejjin b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/426: EN 30-2-1:2024 dwar l-apparati domestiċi tat-tisjir li jaħarqu l-gass għal użu razzjonali tal-enerġija, EN 88-2:2022+A1:2024 u EN 88-3:2022+A1:2024 għal apparati ta’ sikurezza u kontroll għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass, EN 125:2022+A1:2024 dwar l-apparati termoelettriċi ta’ superviżjoni tal-fjamma għal apparati li jaħarqu l-gass, EN 15502-2-2:2024 dwar il-bojlers tat-tisħin ċentrali li jaħdmu bil-gass għal apparati tat-tip B1, u EN 16304:2022+A1:2024 dwar il-valvijiet tal-ventilazzjoni awtomatiċi għall-berners tal-gass u għall-apparati li jaħarqu l-gass.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards EN 30-2-1:2024, EN 88-2:2022+A1:2024, EN 88-3:2022+A1:2024, EN 125:2022+A1:2024, EN 15502-2-2:2024 u EN 16304:2022+A1:2024, jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023)4789.

(5)

L-istandards armonizzati li ġejjin jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/426: EN 30-2-1:2024, EN 88-2:2022+A1:2024, EN 88-3:2022+A1:2024, EN 125:2022+A1:2024, EN 15502-2-2:2024 u EN 16304:2022+A1:2024. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Barra minn hekk, is-CEN ħareġ korrezzjoni għall-istandard armonizzat EN 15502-2-1:2022+A1:2023 dwar standard speċifiku għall-bojlers tat-tisħin ċentrali li jaħdmu bil-gass għal apparati tat-tip C u għal apparati tat-tip B2, B3 u B5 b’input tas-sħana nominali li ma jaqbiżx l-1 000 kW, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2944 (4). Dan irriżulta fl-istandard armonizzat EN 15502-2-1:2022+A1:2023 kif ikkoreġut minn EN 15502-2-1:2022+A1:2023/AC:2024. Il-korrezzjoni EN 15502-2-1:2022+A1:2023/AC:2024 hija indispensabbli għall-applikazzjoni korretta ta’ EN 15502-2-1:2022+A1:2023 bħala standard armonizzat. Għalhekk jixraq li r-referenza ta’ EN 15502-2-1:2022+A1:2023 kif ikkoreġut minn EN 15502-2-1:2022+A1:2023/AC:2024 tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2944 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jagħtu preżunzjoni tal-konformità mar-Regolament (UE) 2016/426. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/426 ikunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi ta’ dawk l-istandards u l-korrezzjoni ta’ EN 15502-2-1:2022+A1:2023 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2944 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tagħti preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2944 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/426/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 4789 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir u l-fittings tal-gass b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2944 tat-28 ta’ Novembru 2024 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir li jaħraq karburanti gassużi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/224 (ĠU L, 2024/2944, 2.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2944/oj).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2944 huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:

“2a.

EN 30-2-1:2024

Apparati domestiċi tat-tisjir li jaħarqu l-gass - Parti 2-1: Użu razzjonali tal-enerġija – Ġenerali”;

“3a.

EN 88-2:2022+A1:2024

Apparati ta’ sikurezza u kontroll għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass - Parti 2: Regolaturi tal-pressjoni għal pressjonijiet fil-bokka minn 50 kPa sa u inkluż 500 kPA”;

“3b.

EN 88-3:2022+A1:2024

Apparati ta’ sikurezza u kontroll għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass - Parti 3: Regolaturi tal-pressjoni u/jew tar-rata tal-fluss għal pressjonijiet fil-bokka sa u inkluż 500 kPa, tipi elettroniċi”;

“3c.

EN 125:2022+A1:2024

Apparati għas-superviżjoni tal-fjamma għal apparati li jaħarqu l-gass - apparati termoelettriċi għas-superviżjoni tal-fjamma”;

“14a.

EN 15502-2-2:2024

Bojlers tat-tisħin ċentrali li jaħdmu bil-gass - Parti 2-2: Standard speċifiku għall-apparati tat-tip B1”;

“14b.

EN 16304:2022+A1:2024

Valvijiet tal-ventilazzjoni awtomatiċi għall-berners tal-gass u għall-apparati li jaħarqu l-gass”;

(2)

ir-ringiela 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“14.

 

EN 15502-2-1:2022+A1:2023

 

Bojlers tat-tisħin ċentrali li jaħdmu bil-gass - Parti 2-1: Standard speċifiku għall-apparati tat-tip C u għall-apparati tat-tip B2, B3 u B5 b’input tas-sħana nominali li ma jaqbiżx l-1 000  kW

 

EN 15502-2-1:2022+A1:2023/AC:2024”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1793/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)