|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1788 |
8.9.2025 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2025/1788
tal-24 ta’ Ġunju 2025
li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini
(riformulazzjoni)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 22(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Għandhom isiru għadd ta’ emendi fid-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE (2). Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi riformulata. |
|
(2) |
L-Artikolu 20(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 22(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkonferixxu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini d-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti. Id-dritt, li huwa affermat ukoll fl-Artikolu 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), jesprimi b’mod speċifiku l-prinċipju tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta. Dan isegwi wkoll mid-dritt ta’ moviment u ta’ residenza libera stabbilit fl-Artikolu 20(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u fl-Artikolu 21 TFUE u fl-Artikolu 45 tal-Karta. |
|
(3) |
L-arranġamenti dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew huma stabbiliti fid-Direttiva 93/109/KE. |
|
(4) |
Fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2020, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġu aġġornati, iċċarati u msaħħa r-regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew sabiex jiġi żgurat li jappoġġaw il-parteċipazzjoni wiesgħa u inklużiva taċ-ċittadini mobbli tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, u waqt li titqies l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva 93/109/KE għall-elezzjonijiet suċċessivi u l-bidliet introdotti bl-emendi għat-Trattati, jenħtieġ li diversi dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva jiġu aġġornati. |
|
(5) |
L-Artikolu 22(2) TFUE huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 223(1) TFUE, li jipprevedi l-istabbiliment ta’ proċedura uniformi fl-Istati Membri kollha f’konformità mal-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru li tiegħu ma mhumiex ċittadini (“ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru”) ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti tagħhom, il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-reġistrazzjoni u l-parteċipazzjoni f’tali elezzjonijiet jenħtieġ li jiġu ċċarati sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali ta’ ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat u ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat. B’mod partikolari, iċ-ċittadini tal-Unjoni li jfittxu li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jenħtieġ li jiġu ttrattati b’mod ugwali fir-rigward ta’ kwalunkwe perjodu ta’ residenza li jrid jiġi ssodisfat bħala kundizzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt, kif ukoll il-provi meħtieġa sabiex tintwera l-konformità ma’ tali kundizzjoni. |
|
(7) |
Il-libertà taċ-ċittadini tal-Unjoni li jagħżlu f’liema Stat Membru jridu jipparteċipaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew trid tiġi rrispettata, filwaqt li jittieħdu miżuri xierqa biex ikun żgurat li ħadd ma jkun jista’ jivvota aktar minn darba jew li joħroġ għall-elezzjoni f’iktar minn pajjiż wieħed. |
|
(8) |
B’mod konformi mal-istandards internazzjonali u Ewropej, inklużi r-rekwiżiti tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, jenħtieġ li l-Istati Membri mhux biss jirrikonoxxu u jirrispettaw id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni tal-vot u tal-kandidatura imma li jiżguraw ukoll aċċess faċli għad-drittijiet elettorali tagħhom billi jneħħu kemm jista’ jkun ostakoli għall-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet. |
|
(9) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju miċ-ċittadini tal-Unjoni tad-dritt tagħhom tal-vot u tal-kandidatura fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, dawn iċ-ċittadini jenħtieġ li jiddaħħlu fir-reġistru elettorali fi żmien biżżejjed minn qabel il-jum tal-votazzjoni. Il-formalitajiet applikabbli għar-reġistrazzjoni jenħtieġ li jkunu kemm jista’ jkun sempliċi. Sabiex jiġu rreġistrati, jenħtieġ li jkun biżżejjed għaċ-ċittadini tal-Unjoni kkonċernati li jipproduċu dokument tal-identità validu u dikjarazzjoni formali li tinkludi elementi li juru l-intitolament tagħhom li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet. Ladarba jkunu rreġistrati, iċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jenħtieġ li jibqgħu fuq ir-reġistru elettorali bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot. Fejn applikabbli, iċ-ċittadini tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni ta’ kuntatt lill-awtoritajiet kompetenti biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jżommuhom aġġornati fuq bażi regolari. |
|
(10) |
Filwaqt li l-Istati Membri huma kompetenti biex jiddeterminaw id-dritt tal-vot jew tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fir-rigward ta’ ċittadini li jirrisjedu barra t-territorju tagħhom, il-fatt li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jkunu ddaħħlu fir-reġistru elettorali tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jenħtieġ li fih innifsu ma jikkostitwixxix raġuni għat-tneħħija tagħhom mir-reġistru elettorali tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom għal tipi oħra ta’ elezzjoni. |
|
(11) |
Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali ta’ ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru li jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tal-kandidatura għall-elezzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, dawn iċ-ċittadini jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippreżentaw l-istess dokumenti ġustifikattivi bħal dawk meħtieġa minn kandidati li huma ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, sabiex jistabbilixxu li dawn iċ-ċittadini jkunu benefiċjarji tad-dritt stipulat fl-Artikolu 20(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u fl-Artikolu 22(2) TFUE, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni formali li tinkludi l-elementi neċessarji biex juru l-intitolament tagħhom ta’ kandidatura fl-elezzjonijiet inkwistjoni. |
|
(12) |
Sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni akkurata tal-votanti u tal-kandidati rreġistrati kemm fl-Istat Membru domiċiljari kif ukoll fl-Istat Membru ta’ residenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu li d-data li għandha tiġi pprovduta minn ċittadini tal-Unjoni, meta jibagħtu applikazzjoni biex jiddaħħlu fir-reġistru elettorali jew biex joħorġu bħala kandidat fl-Istat Membru ta’ residenza, tinkludi wkoll numru tal-identifikazzjoni personali jew in-numru tas-serje ta’ dokument validu tal-identità jew tal-ivvjaġġar. |
|
(13) |
Iċ-ċittadini tal-Unjoni li ġew imċaħħda mid-dritt tagħhom tal-vot jew tal-kandidatura, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni individwali tal-liġi kriminali jew tal-liġi ċivili meħuda mill-awtorità kompetenti, jenħtieġ li ma jitħallewx jeżerċitaw dan id-dritt fl-Istat Membru ta’ residenza fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu li ċittadini tal-Unjoni li qed jirreġistraw bħala votanti jipprovdu dikjarazzjoni formali li tikkonferma li ma ġewx imċaħħda mid-dritt tal-vot tagħhom. Meta joħorġu bħala kandidati fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, iċ-ċittadini tal-Unjoni jenħtieġ li jintalbu jipprovdu dikjarazzjoni li tikkonferma li ma ġewx imċaħħda mid-dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. |
|
(14) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru ta’ residenza li jivverifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni li esprimew ix-xewqa li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-kandidatura ma ġewx imċaħħda minn dak id-dritt fl-Istat Membru domiċiljari. Jekk Stat Membru jirċievi talba għal dak il-għan mill-Istat Membru ta’ residenza, dan jenħtieġ li jipprovdi l-konferma neċessarja f’perjodu limitat li jippermetti li l-ammissibbiltà tal-kandidatura tiġi vvalutata b’mod effettiv. Id-data personali li tkun qed tiġi skambjata tista’ tiġi pproċessata biss għal dak il-għan. Minħabba l-importanza fundamentali tad-drittijiet elettorali, in-nuqqas tal-Istat Membru domiċiljari li jipprovdi fil-ħin l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni jenħtieġ li ma jirriżultax fiċ-ċaħda tad-dritt tal-kandidatura fl-Istat Membru ta’ residenza. F’każijiet fejn l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta fi stadju aktar tard, l-Istat Membru ta’ residenza jenħtieġ li jiżgura, permezz ta’ miżuri adattati u f’konformità mal-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali tiegħu, li ċ-ċittadini tal-Unjoni mċaħħda mid-dritt tal-kandidatura fl-Istat Membru domiċiljari tagħhom li ġew irreġistrati bħala kandidati jew li diġà ġew eletti jiġu prevenuti milli jiġu eletti jew milli jeżerċitaw il-mandat tagħhom. |
|
(15) |
Minħabba li l-proċedura ta’ ammissibbiltà fi Stat Membru neċessarjament tinkludi passi amministrattivi għal ċittadin ta’ Stat Membru ieħor flimkien ma’ dawk għaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ kandidatura minn ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru li hija differenti minn dik stabbilita għaċ-ċittadini tal-Unjoni tal-Istat Membru. Kwalunkwe differenza fl-iskadenza jenħtieġ li tkun limitata sal-punt li dan ikun neċessarju u proporzjonali sabiex ikun permess li n-notifika tal-informazzjoni mill-Istat Membru domiċiljari tittieħed f’konsiderazzjoni f’waqtu. L-istabbiliment ta’ tali skadenza separata jenħtieġ li ma jaffettwax skadenzi għal obbligi għal Stati Membri oħrajn biex jagħmlu notifiki skont din id-Direttiva. |
|
(16) |
Għall-prevenzjoni ta’ votazzjoni multipla jew istanzi fejn l-istess persuna toħroġ bħala kandidat aktar minn darba fl-istess elezzjonijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jiskambjaw informazzjoni miġbura mid-dikjarazzjonijiet formali prodotti mill-votanti tal-Unjoni u miċ-ċittadini tal-Unjoni bi dritt li joħorġu bħala kandidati. Peress li l-Istati Membri jiddependu fuq data differenti biex jidentifikaw iċ-ċittadini, jenħtieġ li tkun prevista ġabra komuni ta’ data biex il-votanti tal-Unjoni u ċ-ċittadini tal-Unjoni bi dritt li joħorġu bħala kandidati jiġu identifikati b’mod preċiż u biex jitwaqqfu milli jivvutaw jew joħorġu bħala kandidati aktar minn darba. Id-data personali skambjata jenħtieġ li tkun limitata għall-minimu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni suffiċjentement qabel il-jum tal-votazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-iskambju ta’ informazzjoni b’mod li ma joħloqx piż amministrattiv bla bżonn għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-dħul ta’ votanti fir-reġistru elettorali u s-sottomissjoni ta’ kandidaturi, l-Istat Membru ta’ residenza jenħtieġ li jibda jipprovdi d-data disponibbli mhux aktar tard mid-data ta’ sitt ġimgħat qabel ma jibda l-perjodu elettorali. Id-data skambjata bejn l-Istati Membri jenħtieġ li tkun preċiża kemm jista’ jkun, u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaġġornawha, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-dħul ta’ votanti fir-reġistru elettorali u s-sottomissjoni tal-kandidaturi. |
|
(17) |
L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri għall-prevenzjoni ta’ votazzjoni multipla jew każijiet fejn l-istess persuna toħroġ bħala kandidat aktar minn darba fl-istess elezzjoni, jenħtieġ li ma jimpedixxix liċ-ċittadini tagħhom milli jivvutaw jew joħorġu bħala kandidati f’tipi oħra ta’ elezzjonijiet. Biex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jaħtru punt ta’ kuntatt wieħed għal dak l-iskambju ta’ informazzjoni. Fil-passat il-Kummissjoni żviluppat qafas biex jintuża biss mill-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħhom biex jiskambjaw id-data neċessarja. Dak il-qafas jenħtieġ li jiġi inkorporat f’din id-Direttiva, biex ikompli jappoġġa l-iskambji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri se jaġixxu bħala kontrolluri separati għall-ipproċessar tagħhom ta’ data personali f’dan ir-rigward. Dak il-qafas jenħtieġ li jagħti aċċess lill-Istati Membri biss għad-data taċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fit-territorju elettorali tagħhom li esprimew b’mod espliċitu x-xewqa tagħhom li jiddaħħlu fir-reġistru elettorali tagħhom jew joħorġu bħala kandidati u ċ-ċittadini tagħhom stess li esprimew b’mod espliċitu x-xewqa li jivvutaw jew li joħorġu bħala kandidati fl-Istati Membri ta’ residenza. |
|
(18) |
Għad-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, l-obbligi u l-istandards tekniċi għat-tħaddim tal-qafas, f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(19) |
L-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet u l-proċeduri elettorali hija komponent ewlieni fl-iżgurar tal-eżerċizzju effettiv tad-dritt minqux fl-Artikolu 20(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u fl-Artikolu 22(2) TFUE. Dan ifisser, b’mod partikolari, li tali informazzjoni jenħtieġ li ssir aċċessibbli mhux biss għall-persuni b’diżabilità, iżda wkoll għal dawk li m’għandhomx ħiliet diġitali, speċjalment persuni akbar fl-età, billi jiġi żgurat li l-komunikazzjoni ma ssirx esklussivament permezz ta’ mezz wieħed. |
|
(20) |
In-nuqqas ta’ informazzjoni adegwata, fil-kuntest tal-proċeduri elettorali, jaffettwa liċ-ċittadini fl-eżerċizzju tad-drittijiet elettorali tagħhom bħala parti mid-drittijiet ta’ ċittadini tal-Unjoni. Jaffettwa wkoll il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u li jwettqu l-obbligi tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jaħtru awtoritajiet b’responsabbiltajiet speċjali biex jipprovdu informazzjoni xierqa liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 20(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 22(2) TFUE u r-regoli u l-proċeduri nazzjonali rigward il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-organizzazzjoni tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-komunikazzjonijiet, l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta f’lingwaġġ ċar u sempliċi. Dan ifisser li dik l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata b’mod li l-persuna kkonċernata tifhem jew tista’ tkun raġonevolment mistennija li tifhem. |
|
(21) |
Sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni elettorali, din l-informazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli, pereżempju fuq sit web ġeneralment aċċessibbli, f’mill-inqas lingwa uffiċjali tal-Unjoni, għajr dik tal-Istat Membru ospitanti, li tkun ġeneralment mifhuma mill-akbar għadd ta’ ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fit-territorju tiegħu. It-traduzzjonijiet f’dawk il-lingwi l-oħra jenħtieġ li jkunu purament informattivi u jenħtieġ li ma jkollhom ebda effett legali. Jekk jinqalgħu xi mistoqsijiet fir-rigward tal-preċiżjoni tal-informazzjoni li tinsab f’dawk it-traduzzjonijiet, jenħtieġ li l-verżjonijiet fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru biss jitqiesu legalment vinkolanti. L-Istati Membri jistgħu jużaw lingwi uffiċjali differenti tal-Unjoni f’partijiet speċifiċi tat-territorju tagħhom jew tar-reġjuni tagħhom skont il-lingwa li tinftiehem mill-akbar grupp ta’ ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu hemm. |
|
(22) |
Kwalunkwe deroga mir-regoli ġenerali ta’ din id-Direttiva għandha tkun ġustifikata, skont l-Artikolu 22(2) TFUE, minn problemi speċifiċi għal xi Stat Membru u għandha tkun f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52 tal-Karta, inkluż ir-rekwiżit li kwalunkwe limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandha tkun prevista bil-liġi u tkun soġġetta għall-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-neċessità. Barra minn hekk, kwalunkwe deroga għandha tkun f’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta. |
|
(23) |
Problemi speċifiċi jistgħu jinħolqu fi Stat Membru li fih il-proporzjon taċ-ċittadini tal-Unjoni f’età tal-vot li jirrisjedu hemm iżda li mhumiex ċittadini jkun ’il fuq sewwa mill-medja. Id-derogi rigward id-dritt tal-vot huma ġustifikati fejn dawn iċ-ċittadini jammontaw għal iktar minn 20 % tal-elettorat kollu. Tali derogi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterju tal-perjodu tar-residenza. |
|
(24) |
L-Istati Membri li fihom il-proporzjon taċ-ċittadini tal-Unjoni li mhumiex ċittadini tal-Istat Membru f’età tal-vot jaqbeż l-20 % tan-numru totali taċ-ċittadini tal-Unjoni f’età tal-vot li jirrisjedu hemm jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jistipulaw, f’konformità mal-Artikolu 22(2) TFUE, dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kompożizzjoni tal-lista tal-kandidati. |
|
(25) |
Għandu jitqies il-fatt illi f’ċerti Stati Membri r-residenti li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra għandhom id-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament nazzjonali. Konsegwentement ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jitħallew barra f’dawk l-Istati Membri. |
|
(26) |
Id-data statistika dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-applikazzjoni elettorali ta’ din id-Direttiva tista’ tkun utli fl-identifikazzjoni tal-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni. Tali data statistika tista’ tgħin fl-evalwazzjoni tal-miżuri stabbiliti biex jappoġġaw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-elezzjonijiet u tista’ tirriżulta f’soluzzjonijiet aktar effiċjenti. B’mod partikolari, fejn disponibbli, id-data statistika dwar il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet ta’ ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru, bħal data dwar ir-reġistrazzjoni tal-votanti u l-kandidati u dwar il-parteċipazzjoni tal-votanti, kif ukoll data anonimizzata aggregata dwar in-nazzjonalità, l-età, il-lingwa u l-post, tista’ tkun utli għall-miżuri ta’ politika tal-Unjoni u nazzjonali li jappoġġaw parteċipazzjoni għolja u jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet elettorali. Il-ġbir ta’ tali data, b’rispett sħiħ tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, jista’ jitwettaq, permezz ta’, fost oħrajn, stħarriġ jew kwalunkwe metodu ta’ kisba ta’ informazzjoni minn sorsi pubbliċi jew amministrattivi. In-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet jista’ jappoġġa tali proċess billi jiżviluppa referenzi komuni għall-ġbir ta’ data dwar il-parteċipazzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru fl-elezzjonijiet. |
|
(27) |
Sabiex jitjieb il-ġbir tad-data għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew huwa neċessarju li jiġu introdotti monitoraġġ u rappurtar regolari tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tappoġġa tali monitoraġġ u rappurtar, inkluż billi tiċċirkola, suffiċjentement qabel id-data tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, kwestjonarju lill-Istati Membri dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-elezzjonijiet. Dak il-kwestjonarju jitħejja f’kooperazzjoni mal-membri tan-network Ewropew ta’ Kooperazzjoni għall-Elezzjonijiet. B’mod parallel, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport li jinkludi ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew. |
|
(28) |
Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali għall-għan tal-produzzjoni ta’ data statistika dwar il-parteċipazzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru fl-elezzjonijiet, kif ukoll il-forniment ta’ tali data lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, jenħtieġ li jitwettqu f’konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), inkluż il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-ħżin, u l-integrità u l-kunfidenzjalità. B’mod partikolari, l-ipproċessar ta’ data personali għal għanijiet ta’ statistika jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, f’konformità mal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li d-data tiġi kondiviża bl-użu ta’ teknoloġiji li jtejbu l-privatezza li huma mfassla speċifikament biex jimplimentaw dawk il-prinċipji. Id-data statistika pproċessata għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi aggregata sa tali punt li l-individwi ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, u jenħtieġ li ssir anonima qabel l-aggregazzjoni tagħha. |
|
(29) |
Huwa neċessarju li l-Kummissjoni twettaq l-evalwazzjoni tagħha stess tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien raġonevoli wara mill-inqas żewġ elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. |
|
(30) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu liċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru biex jissottomettu data addizzjonali speċifika bħala parti mid-dikjarazzjonijiet formali li għandhom jipprovdu fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-drittijiet elettorali tagħhom. Sabiex jittieħed kont ta’ rekwiżiti u prattiki nazzjonali li jevolvu, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward għall-emendar tal-lista ta’ tali data biss billi żżid elementi fiha. Il-miżuri kollha adottati fl-eżerċizzju ta’ dik id-delega jenħtieġ li jkunu neċessarji u proporzjonati biex jiksbu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6). B’mod partikolari, biex jiġi żgurat l-aċċess f’waqtu għal kull informazzjoni rigward it-tħejjija ta’ atti delegati, il-Kunsill jirċievi d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tiegħu jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(31) |
L-Istati Membri, bir-ratifika tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, u l-Unjoni, bil-konklużjoni ta’ dik il-Konvenzjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE (7), impenjaw ruħhom li jiżguraw il-konformità ma’ dik il-Konvenzjoni. Insostenn tal-parteċipazzjoni elettorali inklużiva u ugwali għall-persuni b’diżabbiltà, l-arranġamenti għaċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru biex jeżerċitaw id-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jenħtieġ li jqisu kif xieraq l-eżiġenzi taċ-ċittadini b’diżabbiltà u anzjani. |
|
(32) |
Ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 japplikaw għad-data personali pproċessata meta tiġi implimentata din id-Direttiva. |
|
(33) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta kummenti formali fis-17 ta’ Jannar 2022. |
|
(34) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta, b’mod partikolari l-Artikoli 21 u 39 tagħha. Għaldaqstant, huwa essenzjali li din id-Direttiva hija implimentata f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji billi jiġi żgurat il-ħarsien sħiħ, fost l-oħrajn, tad-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali, id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, id-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza u d-dritt għal rimedju effettiv. |
|
(35) |
Jenħtieġ li l-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbel mad-Direttivi ta’ qabel. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula joħroġ mid-Direttivi ta’ qabel. |
|
(36) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistipula l-arranġamenti dettaljati li bihom iċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini (“ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru”) jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
2. Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta’ kull Stat Membru dwar id-dritt tal-vot u tal-kandidatura taċ-ċittadini tiegħu li jirrisjedu barra mit-territorju elettorali tiegħu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew” tfisser elezzjonijiet b’suffraġju universali dirett għall-Parlament Ewropew tar-rappreżentati f’konformità mal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA,KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976 (8) (l-“Att Elettorali”); |
|
(2) |
“territorju elettorali” tfisser it-territorju ta’ Stat Membru li fih, skont l-Att Elettorali u, fi ħdan dak il-qafas, skont il-liġi elettorali ta’ dak l-Istat Membru, il-membri tal-Parlament Ewropew jiġu eletti min-nies ta’ dak l-Istat Membru; |
|
(3) |
“Stat Membru ta’ residenza” tfisser Stat Membru li fih jirrisjedi ċittadin tal-Unjoni iżda li dak iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkunx ċittadin tiegħu; |
|
(4) |
“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru li tiegħu ċittadin tal-Unjoni huwa ċittadin; |
|
(5) |
“Votant tal-Unjoni” tfisser ċittadin tal-Unjoni li għandu dritt jivvota f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza skont din id-Direttiva; |
|
(6) |
“Ċittadin tal-Unjoni bi dritt li joħroġ bħala kandidat” tfisser ċittadin tal-Unjoni li għandu d-dritt li joħroġ bħala kandidat f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza f’konformità ma’ din id-Direttiva; |
|
(7) |
“reġistru elettorali” tfisser ir-reġistru uffiċjali tal-votanti kollha li għandhom dritt jivvotaw fil-kostitwenza jew il-lokalità msemmija, imfassal u aġġornat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi elettorali tal-Istat Membru ta’ residenza, jew ir-reġistru tal-popolazzjoni, jekk dan jindika l-eliġibbiltà għall-vot; |
|
(8) |
“data tar-referenza” tfisser il-jum jew il-jiem li minnhom iċ-ċittadini tal-Unjoni jridu jissodisfaw, skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ residenza, ir-rekwiżiti għall-votazzjoni jew għall-kandidatura f’dak l-Istat; |
|
(9) |
“dikjarazzjoni formali” tfisser dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata, fejn dikjarazzjoni mhux preċiża tissoġġetta lil dik il-persuna għal pieni skont il-liġi nazzjonali applikabbli. |
Artikolu 3
Kundizzjonijiet li jirregolaw id-dritt tal-vot u tal-kandidatura
Kwalunkwe persuna li, fid-data tar-referenza:
|
(a) |
hija ċittadin tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) TFUE; u |
|
(b) |
mhijiex ċittadin tal-Istat Membru ta’ residenza, imma tissodisfa l-istess kundizzjonijiet f’dak li hu dritt tal-vot u tal-kandidatura kif dak l-Istat Membju jimponi bil-liġi fuq iċ-ċittadini tiegħu, |
għandu jkollha d-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza sakemm mhix imċaħħda minn dawk id-drittijiet skont l-Artikoli 6 u 7.
Fejn, biex joħorġu bħala kandidati, iċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ residenza jridu jkunu ilhom ċittadini għal ċertu perjodu minimu, iċ-ċittadini tal-Unjoni li mhux ċittadini tal-Istat Membru għandhom jitqiesu li jissodisfaw din il-kundizzjoni meta jkunu ilhom ċittadini ta’ Stat Membru għall-istess perjodu.
Artikolu 4
Projbizzjoni ta’ votazzjoni ta’ aktar minn darba jew ta’ kandidatura f’aktar minn Stat Membru wieħed
1. Il-votanti tal-Unjoni jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot jew fl-Istat Membru ta’ residenza jew fl-Istat Membru domiċiljari. L-ebda persuna ma tista’ tivvota iktar minn darba fl-istess elezzjoni.
2. L-ebda persuna ma tista’ toħroġ bħala kandidat f’iktar minn Stat Membru wieħed fl-istess elezzjoni.
Artikolu 5
Rekwiżiti ta’ residenza
Jekk, sabiex jivvotaw jew biex joħorġu bħala kandidati, iċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ residenza jkunu jridu jqattgħu ċertu perjodu minimu bħala residenti fit-territorju elettorali ta’ dak l-Istat Membru, il-votanti u ċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom dritt li joħorġu bħala kandidati għandhom jitqiesu li ssodisfaw dik il-kundizzjoni fejn ikunu rrisjedu għal perjodu ekwivalenti fi Stati Membri oħra. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kundizzjoni speċifika fuq it-tul tar-residenza f’kostitwenza jew lokalità partikolari.
Artikolu 6
Ineliġibbiltà
1. Iċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini u li, b’deċiżjoni ġudizzjarja individwali jew b’deċiżjoni amministrattiva sakemm din tal-aħħar tista’ tkun soġġetta għal rimedji ġudizzjarji, ikunu ġew imċaħħda d-dritt tagħhom tal-kandidatura skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ residenza jew il-liġi tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom, ma għandhomx jitħallew jeżerċitaw dak id-dritt fl-Istat Membru ta’ residenza fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
2. L-Istat Membru ta’ residenza għandu jivverifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni li wrew ix-xewqa li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-kandidatura hemmhekk ma ġewx imċaħħda minn dan id-dritt fl-Istat Membru domiċiljari b’deċiżjoni ġudizzjarja individwali jew b’deċiżjoni amministrattiva sakemm din tal-aħħar tista’ tkun soġġetta għal rimedji ġudizzjarji.
3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru ta’ residenza għandu jinnotifika lill-Istat Membru domiċiljari bid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1). Għal dak il-għan, l-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli mill-Istat Membru domiċiljari għandha tiġi mogħtija bi kwalunkwe mod adatt fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mir-riċevuta tan-notifika jew, fejn possibbli, f’limitu ta’ żmien iqsar, jekk jiġi mitlub hekk mill-Istat Membru ta’ residenza. Tali informazzjoni tista’ tinkludi biss dettalji li huma strettament meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artiklu u tista’ tintuża biss għal dak l-iskop.
Jekk l-informazzjoni ma tkunx riċevuta mill-Istat Membru ta’ residenza fil-limitu ta’ żmien, il-kandidat għandu xorta jiġi ammess.
4. Jekk l-informazzjoni pprovduta tinvalida l-kontenut tad-dikjarazzjoni, l-Istat Membru ta’ residenza, irrispettivament minn jekk jirċevix l-informazzjoni fil-limitu taż-żmien jew fi stadju aktar tard, għandu jieħu l-passi xierqa skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex ma jħallix lill-persuna kkonċernata toħroġ bħala kandidat jew, fejn dan mhuwiex possibbli, jipprekludi din il-persuna jew milli tiġi eletta jew milli teżerċita l-mandat.
5. L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt biex jirċievi u jibgħat l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt u kwalunkwe informazzjoni aġġornata jew bidliet li jirrigwardawha. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista ta’ punti ta’ kuntatt u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri.
Artikolu 7
Skwalifika mill-votazzjoni
1. L-Istat Membru ta’ residenza jista’ jivverifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni li wrew ix-xewqa li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot hemmhekk ma ġewx imċaħħda minn dak id-dritt fl-Istat Membru domiċiljari minħabba xi deċiżjoni individwali tal-liġi ċivili jew tal-liġi kriminali.
2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru ta’ residenza jista’ jgħarraf lill-Istat Membru domiċiljari bid-dikjarazzjoni pprovduta fl-Artikolu 9(2). Għal dan il-għan, l-Istat Membru domiċiljari għandu jgħaddi l-informazzjoni rilevanti li normalment ikollu f’waqtu u b’mod xieraq; tali informazzjoni għandha tinkludi biss id-dettalji li huma strettament neċessarji sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu u li jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Jekk l-informazzjoni pprovduta tinvalida l-kontenut tad-dikjarazzjoni, l-Istat Membru ta’ residenza għandu jieħu l-passi xierqa biex iwaqqaf lill-persuna kkonċernata milli tivvota.
3. L-Istat Membru domiċiljari jista’, f’waqtu u b’mod xieraq, jgħaddi lill-Istat Membru ta’ residenza kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Libertà li wieħed jagħżel li jivvota fl-Istat Membru ta’ residenza
1. Il-votanti tal-Unjoni għandhom jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-Istat Membru ta’ residenza jekk juru x-xewqa li jagħmlu dan.
2. Jekk il-vot huwa obbligatorju fl-Istat Membru ta’ residenza, il-votanti tal-Unjoni li wrew ix-xewqa li jivvotaw f’dak l-Istat Membru għandhom ikunu obbligati li jivvotaw.
KAPITOLU II
EŻERĊIZZJU TAD-DRITT TAL-VOT U TAD-DRITT TAL-KANDIDATURA
Artikolu 9
Iskrizzjoni fir-reġistru elettorali u t-tneħħija minnu
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex votant tal-Unjoni li wera x-xewqa li jiġi rreġistrat bħala votant jiddaħħal fir-reġistru elettorali suffiċjentement qabel il-jum tal-votazzjoni.
2. Sabiex isimhom jiddaħħal fir-reġistru elettorali, il-votanti tal-Unjoni għandhom jippreżentaw l-istess dokumenti bħall-votanti li huma ċittadini. Dawn għandhom jippreżentaw ukoll dikjarazzjoni formali li għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-isem, in-nazzjonalità, id-data u l-post tat-twelid, u l-indirizz tagħhom fit-territorju elettorali tal-Istat Membru ta’ residenza; |
|
(b) |
fejn applikabbli, il-lokalità jew il-kostitwenza fl-Istat Membru domiċiljari fir-reġistru elettorali li fih isimhom ikun iddaħħal l-aħħar; u |
|
(c) |
dikjarazzjoni li huma ser jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw fl-Istat Membru ta’ residenza biss. |
3. L-Istat Membru ta’ residenza jista’ wkoll jitlob lill-votanti tal-Unjoni biex:
|
(a) |
jippreżentaw dokument validu tal-identità; |
|
(b) |
jistqarru fid-dikjarazzjoni tagħhom skont il-paragrafu 2:
|
|
(c) |
jindikaw id-data minn kemm ilhom jirrisjedu f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor. |
4. Il-votanti tal-Unjoni li ddaħħlu fir-reġistru elettorali għandhom jibqgħu mniżżla fih, taħt l-istess kundizzjonijiet tal-votanti li huma ċittadini, sakemm huma jitolbu li jitneħħew jew sakemm jitneħħew għax ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dritt tal-vot. Jekk ikunu jeżistu dispożizzjonijiet biex iċ-ċittadini jiġu notifikati dwar tali tneħħija mir-reġistru elettorali, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-votanti tal-Unjoni bl-istess mod.
5. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I għall-għanijiet tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
6. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-lista msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu biss billi żżid elementi fih.
Artikolu 10
Reġistrazzjoni bħala kandidat
1. Meta jissottomettu applikazzjoni għall-kandidatura, iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jippreżentaw l-istess dokumenti ġustifikattivi bħall-kandidati li huma ċittadini. Huma għandhom ukoll jippreżentaw dikjarazzjoni formali li għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-isem, in-nazzjonalità, id-data u l-post tat-twelid tagħhom, l-aħħar indirizz tagħhom fl-Istat Membru domiċiljari u l-indirizz tagħhom fit-territorju elettorali fl-Istat Membru ta’ residenza; |
|
(b) |
dikjarazzjoni li mhumiex qed joħorġu bħala kandidati għall-elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’ebda Stat Membru ieħor; |
|
(c) |
fejn applikabbli, il-lokalità jew il-kostitwenza fl-Istat Membru domiċiljari tagħhom fir-reġistru elettorali li isimhom ikun iddaħħal l-aħħar fih; u |
|
(d) |
dikjarazzjoni li ma ġewx imċaħħda mid-dritt tal-kandidatura fl-Istat Membru domiċiljari permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja individwali jew deċiżjoni amministrattiva sakemm din tal-aħħar tista’ tkun soġġetta għal rimedji ġudizzjarji. |
2. L-Istat Membru ta’ residenza jista’ jitlob ukoll liċ-ċittadini tal-Unjoni bi dritt li joħorġu bħala kandidati:
|
(a) |
jippreżentaw dokument validu tal-identità; |
|
(b) |
jistqarru fid-dikjarazzjoni tagħhom skont il-paragrafu 1:
|
|
(c) |
jindikaw id-data minn meta ilhom ċittadini ta’ Stat Membru. |
3. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II għall-għanijiet tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-lista msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu biss billi żżid elementi fiha.
Artikolu 11
Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni u r-rimedji legali
1. L-Istat Membru ta’ residenza għandu jgħarraf lill-persuna kkonċernata fil-ħin u b’lingwaġġ ċar u faċli dwar id-deċiżjoni li ttieħdet fuq l-applikazzjoni ta’ dik il-persuna biex tiddaħħal fir-reġistru elettorali jew dwar id-deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni ta’ dik il-persuna biex toħroġ bħala kandidata.
2. Jekk ċittadin tal-Unjoni jiġi mċaħħad milli jiddaħħal fir-reġistru elettorali, jew jekk l-applikazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni biex joħroġ bħala kandidat tiġi rrifjutata, il-persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt għal rimedji legali skont l-istess termini li l-liġi tal-Istat Membru ta’ residenza tippreskrivi għall-votanti u għall-persuni bi dritt li joħorġu bħala kandidati li huma ċittadini tiegħu.
3. Fil-każ li jkun hemm żbalji fir-reġistri elettorali jew fil-listi tal-kandidati għall-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, il-persuna kkonċernata għandu jkollha dritt għal rimedji legali skont l-istess termini li l-liġi tal-Istat Membru ta’ residenza tippreskrivi għall-votanti u għall-persuni bi dritt li joħorġu bħala kandidati li huma ċittadini tiegħu.
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-persuna kkonċernata b’mod ċar u f’waqtu bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u bir-rimedji legali msemmija fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 12
Għoti ta’ informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda jew aktar bir-responsabbiltà li tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jiġu infurmati fil-ħin dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura skont il-paragrafu 1 jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għall-votanti rreġistrati tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Unjoni rreġistrati bi dritt li joħorġu bħala kandidati, fil-ħin:
|
(a) |
l-istatus tar-reġistrazzjoni tagħhom, fuq talba; |
|
(b) |
id-data tal-elezzjoni u kif u fejn jistgħu jivvutaw; |
|
(c) |
ir-regoli rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-votanti u tal-kandidati, inklużi dawk li jikkonċernaw l-projbizzjonijiet, l-inkompatibbiltajiet u s-sanzjonijiet għall-ksur tar-regoli elettorali, b’mod partikolari dawk li jappartjenu għal votazzjoni multipla; |
|
(d) |
il-mezzi biex tinkiseb aktar informazzjoni relatata mal-organizzazzjoni tal-elezzjoni, inkluża l-lista tal-kandidati. |
3. L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir disponibbli f’konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Istat Membru ta’ residenza.
L-informazzjoni ġenerali dwar il-qafas nazzjonali għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, inkluż il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat, id-data tal-elezzjoni u kif u fejn għandha ssir il-votazzjoni għandhom ikunu disponibbli wkoll f’mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni li ġeneralment tinftiehem miċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza għal tali traduzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/1724. Tali traduzzjonijiet għandhom ikunu purament informattivi u m’għandu jkollhom ebda effett legali.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 issir aċċessibbli, b’mod partikolari għall-persuni b’diżabilità billi jintużaw mezzi, modi u formati xierqa ta’ komunikazzjoni.
Artikolu 13
Mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 9 u 10, suffiċjentement qabel il-jum tal-votazzjoni. Għal dak il-għan, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-dħul ta’ votanti fir-reġistru elettorali u s-sottomissjoni tal-kandidati, l-Istat Membru ta’ residenza għandu jibda jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Istat Membru domiċiljari, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel l-ewwel jum tal-perjodu elettorali msemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Att Elettorali. L-Istat Membru ta’ residenza għandu jipprovdi wkoll id-data ta’ reġistrazzjoni fuq ir-reġistru elettorali għat-talbiet ta’ reġistrazzjonijiet magħmula wara d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Skont il-liġi nazzjonali tiegħu, l-Istat Membru domiċiljari għandu jieħu l-passi xierqa biex jassigura li ċ-ċittadini tiegħu ma jivvotawx iktar minn darba jew ma joħorġux bħala kandidati f’iktar minn Stat Membru wieħed.
2. L-Istat Membru domiċiljari għandu jiżgura li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux jipprevjenu liċ-ċittadini tiegħu milli jivvutaw jew joħorġu bħala kandidati f’tipi oħra ta’ elezzjonijiet.
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi qafas li jappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mill-Istati Membri. Il-qafas għandu jippermetti lill-Istati Membri ta’ residenza biex jipprovdu dik l-informazzjoni f’forma kriptata.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-għan tad-definizzjoni tal-istandards tekniċi għat-tħaddim tal-qafas imsemmi fil-paragrafu 3 u r-responsabbiltajiet u l-obbligi, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 14
Mezzi speċifiċi ta’ votazzjoni
L-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltà ta’ votazzjoni minn qabel, il-votazzjoni bil-posta, jew votazzjoni elettronika jew fuq l-internet fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw li dawn il-metodi ta’ votazzjoni jkunu disponibbli għall-votanti tal-Unjoni taħt kundizzjonijiet simili għal dawk applikabbli għaċ-ċittadini tagħhom stess.
Artikolu 15
Għoti ta’ data statistika
L-Istati Membri għandhom jippermettu l-ġbir ta’ data statistika rilevanti dwar il-parteċipazzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u, fejn disponibbli, jipprovdu tali data lill-pubbliku u lill-Kummissjoni.
KAPITOLU III
DEROGI U DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
Artikolu 16
Derogi
1. Jekk, f’xi Stat Membru partikolari, il-proporzjon taċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom l-età tal-vot u li jirrisjedu fih imma li mhumiex ċittadini tiegħu jaqbeż l-20 % tan-numru totali taċ-ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini tal-Istat Membru u dawk li mhumiex li jirrisjedu fih u li għandhom l-età tal-vot, dak l-Istat Membru jista’, b’deroga mill-Artikoli 3, 9 u 10:
|
(a) |
jirrestrinġi d-dritt tal-vot lil dawk il-votanti tal-Unjoni li jkunu jirrisjedu f’dak l-Istat Membru għal perjodu minimu, li ma jistax jaqbeż il-5 snin; |
|
(b) |
jirrestrinġi d-dritt tal-kandidatura lil dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni bi dritt li joħorġu bħala kandidati li jkunu rrisjedu f’dak l-Istat Membru għal perjodu minimu, li ma jistax jaqbeż l-10 snin. |
L-ewwel subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-miżuri xierqa li dak l-Istat Membru jista’ jieħu rigward il-kompożizzjoni tal-listi tal-kandidati u li huma intiżi b’mod partikolari biex iħajru l-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru.
Madankollu, il-votanti tal-Unjoni u ċ-ċittadini tal-Unjoni bi dritt li joħorġu bħala kandidati li, minħabba l-fatt li jkunu marru joqogħdu barra mill-Istat Membru domiċiljari tagħhom jew minħabba d-durata ta’ din ir-residenza, ma jkollhomx id-dritt tal-vot jew tal-kandidatura fl-Istat Membru domiċiljari tagħhom, ma għandhomx jiġu soġġetti għall-kundizzjonijiet dwar it-tul taż-żmien tar-residenza msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. Fejn il-liġi ta’ Stat Membru tippreskrivi li ċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor li jirrisjedu fih ikollhom id-dritt li jivvotaw għall-Parlament nazzjonali ta’ dak l-Istat Membri u, għal dak il-għan, jistgħu jitniżżlu fil-lista elettorali ta’ dak l-Istat Membri bl-istess kundizzjonijiet eżatti bħal dawk tal-votanti nazzjonali, l-ewwel Stat Membru jista’, b’deroga minn din id-Direttiva, jonqos milli japplika l-Artikoli 6 sa 13 fir-rigward ta’ tali ċittadini.
3. 18-il xahar qabel kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tqis jekk id-deroga mogħtija lill-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 22(2) TFUE jkunx għad hemm bżonnha u għandha tipproponi li kwalunkwe aġġustamenti neċessarji jitwettqu.
L-Istati Membri li jinvokaw id-derogi skont il-paragrafu 1 għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni ta’ sfond neċessarja kollha.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 17
Rapportar
1. Fi żmien 6 xhur wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fit-territorju tiegħu. Ir-rapport għandu jkun fih data statistika dwar il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, b’mod partikolari, fejn disponibbli, il-parteċipazzjoni ta’ votanti tal-Unjoni u ċittadini tal-Unjoni bi dritt li joħorġu bħala kandidati u sommarju tal-miżuri meħuda insostenn tagħha.
2. Fi żmien sena wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 18
Evalwazzjoni
Fi żmien sentejn wara l-elezzjonijiet tal-2034 għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tipproduċi rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-progress magħmul lejn il-kisba tal-objettivi li jinsabu fiha. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll reviżjoni tal-funzjonament tal-Artikolu 13.
Artikolu 19
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 20
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 9(6) u 10(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-28 ta’ Settembru 2025.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 9(6) u 10(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 9(6) u 10(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.
7. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bil-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni, bi kwalunkwe oġġezzjoni fformulati lilhom, jew bir-revoka tad-delegazzjoni ta’ setgħat mill-Kunsill.
Artikolu 21
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sad-29 ta’ Settembru 2027, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 9(2) u (4), mal-Artikolu 10(1), mal-Artikolu 11(1), (3) u (4), mal-Artikolu 12, mal-Artikolu 13(1), (2) u (3), mal-Artikoli 14 u 15, u mal-Artikolu 17(1). Huma għandhom jikkommunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalmen. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li fiha jingħad li kull meta fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti jkun hemm referenzi għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva dawk għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 22
Tħassir
Id-Direttiva 93/109/KE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness III, Parti A, hija mħassra b’effett mit-30 ta’ Settembru 2027, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi fl-Anness III, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 1 sa 8, l-Artikolu 9(1) u (3), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) għandhom japplikaw mit-30 ta’ Settembru 2027.
Artikolu 24
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
I. NIEMCZYCKI
(1) Opinjoni tas-17 ta' Ġunju 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(6) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).
(8) ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5.
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
ANNESS I
Mudell għad-dikjarazzjoni formali ppreżentata mill-votanti tal-Unjoni
Jiena ……………………………………………… (isem) niddikjara solennement u sinċerament li:
L-informazzjoni li ġejja hija preċiża:
|
Nazzjonalità |
|
|
Post tat-twelid |
|
|
Data tat-twelid |
|
|
Numru tal-identifikazzjoni maħruġ mill-Istat Membru domiċiljari (fejn applikabbli) (*1) |
|
|
Tip ta’ dokument tal-identità jew dokument tal-ivvjaġġar maħruġ mill-Istat Membru domiċiljari u n-numru tas-serje tiegħu (bħala alternattiva jekk in-numru ta’ identifikazzjoni ma jkunx disponibbli) (*1) |
|
|
Indirizz fit-territorju elettorali tal-Istat Membru ta’ residenza |
|
|
Lokalità jew kostitwenza fl-Istat Membru domiċiljari li l-aħħar iddaħħalt fir-reġistru elettorali tagħha (fejn applikabbli) |
|
|
Numru tat-telefon (*1) |
|
|
Indirizz tal-posta elettronika (*1) |
|
Beħsiebni neżerċita d-dritt tiegħi li nivvota f’elezzjoni Ewropea fi ………………………………… (isem tal-Istat Membru ta’ residenza) biss.
Ilni noqgħod ……………………………………… (isem tal-Istat Membru ta’ residenza) għal ………………….. (il-perjodu) (*1)
|
Data (*1) |
|
|
Firma |
|
(*1) Biss jekk ikun meħtieġ mil-leġislazzjoni nazzjonali.
ANNESS II
Mudell għad-dikjarazzjoni formali ppreżentata miċ-ċittadini tal-Unjoni bi dritt li joħorġu bħala kandidati
Jiena ……………………………………………… (isem) niddikjara solennement u sinċerament li:
L-informazzjoni li ġejja hija preċiża:
|
Nazzjonalità |
|
|
Post tat-twelid |
|
|
Data tat-twelid |
|
|
L-aħħar indirizz fl-Istat Membru domiċiljari |
|
|
Numru tal-identifikazzjoni maħruġ mill-Istat Membru domiċiljari (fejn applikabbli) (*1) |
|
|
Tip ta’ dokument tal-identità jew dokument tal-ivvjaġġar maħruġ mill-Istat Membru domiċiljari u n-numru tas-serje tiegħu (bħala alternattiva jekk in-numru ta’ identifikazzjoni ma jkunx disponibbli) (*1) |
|
|
Indirizz fit-territorju elettorali tal-Istat Membru ta’ residenza |
|
|
Lokalità jew kostitwenza fl-Istat Membru domiċiljari li l-aħħar iddaħħalt fir-reġistru elettorali tagħha (fejn applikabbli) |
|
|
Numru tat-telefon (*1) |
|
|
Indirizz tal-posta elettronika (*1) |
|
|
Id-data minn meta ilni ċittadin tal-Istat Membru domiċiljari (*1) |
|
M’iniex se noħroġ bħala kandidat/a fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’xi Stat Membru ieħor.
Ma ġejtx imċaħħad/imċaħħda mid-dritt li noħroġ bħala kandidat/a fl-Istat Membru domiċiljari.
|
Data (*1) |
|
|
Firma |
|
(*1) Biss jekk ikun meħtieġ mil-leġislazzjoni nazzjonali.
ANNESS III
Parti A
Direttiva mħassra flimkien mal-emenda tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 20)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE |
|
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/1/UE |
Parti B
Il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 20)
|
Id-Direttiva |
Il-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
|
id-Direttiva 93/109/KE |
l-1 ta’ Frar 1994 |
|
id-Direttiva 2013/1/UE |
it-28 ta’ Jannar 2014 |
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 93/109/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikoli 1 sa 8 |
Artikoli 1 sa 8 |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 9(1) |
|
Artikolu 9(2), il-kliem introduttorju |
Artikolu 9(2) |
|
Artikolu 9(2), il-punti (a), (b) u (c) |
— |
|
Artikolu 9(3) u (4) |
Artikolu 9(3) u (4) |
|
— |
Artikolu 9(5) |
|
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 10(1) u (2) |
|
— |
Artikolu 10(3) |
|
Artikolu 11(1) u (2) |
Artikolu 11(1) u (2) |
|
— |
Artikolu 11(3) |
|
— |
Artikolu 11(4) |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 12(1) |
|
— |
Artikolu 12(2) |
|
— |
Artikolu 12(3) |
|
— |
Artikolu 12(4) |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 13(1) |
|
— |
Artikolu 13(2) |
|
— |
Artikolu 13(3) |
|
— |
Artikolu 13(4) |
|
— |
Artikolu 13(5) |
|
— |
Artikolu 14 |
|
— |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 15 |
— |
|
— |
Artikolu 17(1) |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 17(2) |
|
— |
Artikolu 18 |
|
— |
Artikolu 19 |
|
— |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 21 |
|
— |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 24 |
|
— |
Annessi I sa IV |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/1788/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)