|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1786 |
11.9.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1786
tad-9 ta’ Settembru 2025
dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2023
(notifikata bid-dokument C(2025) 5985)
(It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (d) u (f) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur jenħtieġ li jiġu ddeterminati abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri u mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għall-vetturi ta’ dak il-manifattur. |
|
(2) |
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq id-data rrappurtata għall-vetturi mill-manifatturi kollha. |
|
(3) |
Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur jenħtieġ li jiġi ddeterminat billi jitqiesu l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi li jiġu rrapportati. |
|
(4) |
It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur jenħtieġ li jiġu ddeterminati abbażi tal-għadd ta’ vetturi tqal ġodda, ħlief il-vetturi vokazzjonali, li jiġu rrappurtati. Ġew identifikati dawk il-vetturi li kienu ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali iżda li ma kinux ġew irreġistrati hekk, u sarulhom il-korrezzjonijiet meħtieġa fl-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 annwali ta’ manifattur f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/941 (3). |
|
(5) |
Id-data ppreżentata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq id-data disponibbli għall-Kummissjoni fis-26 ta’ Ġunju 2025. |
|
(6) |
Jista’ jkun li l-Kummissjoni jkollha taġġorna d-data pubblika, jekk tirċievi data addizzjonali li tkun taffettwa r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242 fil-perjodu tar-rapportar tas-sena 2023, huma indikati fit-tieni kolonna tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur
Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu tar-rapportar tas-sena 2023, huwa indikat fit-tielet kolonna tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur
It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu tar-rapportar tas-sena 2023, huma indikati fir-raba’ u l-ħames kolonna rispettivament tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perjodu tar-rapportar tas-sena 2023, kif ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-formula tal-Anness I, il-punt 2.7, tar-Regolament (UE) 2019/1242 filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal ġodda tal-manifatturi kollha, huma 46,7 g/tkm.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi li ġejjin:
|
(1) |
|
|
(2) |
|
|
(3) |
|
|
(4) |
|
|
(5) |
|
|
(6) |
|
|
(7) |
|
|
(8) |
|
|
(9) |
|
|
(10) |
|
|
(11) |
|
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Wopke HOEKSTRA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1242/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/956/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/941 tal-10 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi proċedura speċifika għall-identifikazzjoni ta’ vetturi heavy-duty ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali iżda mhux irreġistrati bħala tali, u għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet għall-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi annwali ta’ manifattur biex jitqiesu dawk il-vetturi (ĠU L 205, 11.6.2021, p. 77, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/941/oj).
ANNESS
L-entrati kollha jirreferu għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2023.
|
Manifattur |
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm |
Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 |
Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm |
Krediti tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm |
|
DAF TRUCKS N.V. |
47,72 |
0,999 |
49,54 |
64 053 |
|
DAIMLER TRUCK AG |
47,75 |
0,990 |
47,45 |
- |
|
FORD OTOMOTIV SANAYI A.Ş. |
52,55 |
1,000 |
49,12 |
- |
|
HYUNDAI HYDROGEN MOBILITY AG |
0,00 |
0,970 |
50,60 |
1 518 |
|
IVECO MAGIRUS AG |
50,08 |
1,000 |
46,35 |
- |
|
IVECO S.P.A. |
47,91 |
0,983 |
45,11 |
- |
|
MAN TRUCK & BUS SE |
46,68 |
0,999 |
47,29 |
20 456 |
|
OTOKAR OTOMOTIV VE SAVUNMA SANAYI A.Ş. |
36,21 |
1,000 |
28,52 |
- |
|
RENAULT TRUCK SAS |
43,45 |
0,970 |
45,70 |
45 111 |
|
SCANIA CV AB |
44,13 |
0,996 |
48,38 |
168 905 |
|
VOLVO TRUCK CORPORATION |
44,47 |
0,970 |
48,64 |
165 470 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1786/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)