European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1759

25.8.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1759

tad-19 ta’ Ġunju 2025

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1366 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar regoli speċifiċi għas-settur għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-elettriku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 59(2), il-punt (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Irlandiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż u bl-Iżvediż tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1366 (2) fihom żball fl-Artikolu 18(2), il-punt(a)(iii), fir-rigward tat-theddid ċibernetiku li għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ theddid għall-katina tal-provvista. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Irlandiż tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1366 fihom żball fl-Artikolu 18(2)(a)(iv), fir-rigward tat-theddid ċibernetiku li għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ theddid għall-ktajjen tal-provvista. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(3)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Irlandiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk u bil-Portugiż tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1366 fihom żball fl-Artikolu 18(2), il-punt (a)(v), li huwa simili għall-iżball fl-Artikolu 18(2), il-punt (a)(iii) u jaffettwa wkoll is-sustanza tad-dispożizzjoni.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1366 biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Irlandiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż u bl-Iżvediż jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/943/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1366 tal-11 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar regoli speċifiċi għas-settur għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-elettriku (ĠU L, 2024/1366, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1366/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1759/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)