|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1750 |
18.8.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1750
tat-12 ta’ Awwissu 2025
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2025) 5686)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża disturb fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stipulati fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3), li tistipula l-miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI, abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(4) |
B’mod partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Tipprevedi wkoll li l-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat, iridu jinżammu mqar sad-dati stabbiliti f’dak l-Anness. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1712 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fi Spanja fi stabbilimenti fejn kien jinżamm il-pollam, li kienu jeħtieġu jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025, /1712, Spanja u l-Portugall innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsabu fil-provinċja ta’ Bizkaia fi Spanja u fid-distrett ta’ Setúbal fil-Portugall. |
|
(7) |
Wara dawk it-tifqigħat, Spanja u l-Portugall ħadu l-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawk it-tifqigħat. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ħadu Spanja u l-Portugall u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(9) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, bħalissa ma hemmx żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Portugall. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ min-naħa tal-pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu stabbiliti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Spanja u l-Portugall, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu aġġornati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal Spanja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(12) |
Barra minn hekk, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Portugall jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn Spanja u mill-Portugall, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, kif ukoll biex tiġi stabbilita d-durata tal-miżuri applikabbli fihom. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(15) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1712 tat-30 ta’ Lulju 2025 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2025/1712, 4.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1712/oj).
ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Spanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
ES-HPAI(P)-2025-00001 |
Those parts in the province of Badajoz of the comarca of Azuaga contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -5,858931247 , lat 38,260806792 |
19.8.2025 |
|
ES-HPAI(P)-2025-00002 |
Those parts in the province of Toledo of the comarcas of Oropesa and Belvís de la Jara contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -5,1395444 , lat 39,8054028 |
23.8.2025 |
|
ES-HPAI(NON-P)-2025-00009 |
Those parts in the province of Vizcaya contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -2,9450083 , lat 43,4246139 |
27.8.2025 |
Stat Membru: Il-Portugall
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
PT.HPAI(NON-P)-2025-00014 |
The parts from the county of Alcácer do Sal from the district of Setúbal and the county of Viana do Alentejo from the district of Évora, that are contained within circle of 3 kilometers radius, centered on GPS coordinates 38.403607N, -8.316925W |
27.8.2025 |
Parti B
Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Spanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
ES-HPAI(P)-2025-00001 |
Those parts in the province of Badajoz of the comarca of Azuaga beyond the area described in the protection zone and contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -5,858931247 , lat 38,260806792 |
28.8.2025 |
|
Those parts in the province of Badajoz of the comarca of Azuaga contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -5,858931247 , lat 38,260806792 |
20.8.2025 – 28.8.2025 |
|
|
ES-HPAI(P)-2025-00002 |
Those parts in the province of Toledo of the comarcas of Oropesa, Talavera de la Reina and Belvís de la Jara, and in the province of Cáceres of the comarca of Navalmoral de la Mata beyond the area described in the protection zone and contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -5,1395444 , lat 39,8054028 |
1.9.2025 |
|
Those parts in the province of Toledo of the comarcas of Oropesa end Belvis de la Jara contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -5,1395444 , lat 39,8054028 |
24.8.2025 – 1.9.2025 |
|
|
ES-HPAI(NON-P)-2025-00009 |
Those parts in the province of Vizcaya contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -2,9450083 , lat 43,4246139 |
5.9.2025 |
|
Those parts in the province of Vizcaya contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on UTM 30, ETRS89 coordinates long -2,9450083 , lat 43,4246139 |
28.8.2025 – 5.9.2025 |
Stat Membru: Il-Portugall
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
PT.HPAI(NON-P)-2025-00014 |
The parts from the county of Alcácer do Sal from the district of Setúbal, the county of Viana do Alentejo and the county of Montemor-o-Novo both from the district of Évora, that are contained within the circle of 10 kilometers radius, centered on GPS coordinates 38.403607N, -8.316925W |
5.9.2025 |
|
The parts from the county of Alcácer do Sal from the district of Setúbal and the county of Viana do Alentejo from the district of Évora, that are contained within circle of 3 kilometers radius, centered on GPS coordinates 38.403607N, -8.316925W |
28.8.2025 – 5.9.2025 |
Parti C
Żoni ristretti ulterjuri fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: L-ebda
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 4 |
|
|
|
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istat Membru jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1750/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)