|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1741 |
14.8.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1741
tat-13 ta’ Awwissu 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal konnessjonijiet bil-vidjo diġitali mingħajr fili, stazzjonijiet u sistemi terrestri satellitari, stazzjonijiet bażi u apparati ta’ medda qasira
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat tar-radju li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC, European Committee for Electrotechnical Standardization) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI, European Telecommunications Standards Institute) biex jabbozzaw u jirrevedu l-istandards armonizzati għall-apparat tar-radju b’appoġġ għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE u koperti mill-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni (“it-talba”). |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, l-ETSI ħejja abbozz tal-istandard armonizzat EN 301 489-28 V2.1.1 dwar il-kompatibilità elettromanjetika għall-konnessjonijiet bil-vidjo diġitali mingħajr fili. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba, l-ETSI rreveda l-istandards armonizzati EN 300 487 V2.1.2, EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1 u EN 303 978 V2.1.2, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2191 (4). Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 300 487 V2.2.1, EN 301 908-14 V17.1.1, EN 301 908-18 V17.1.1 u EN 303 978 V2.2.1. Barra minn hekk, l-ETSI ħejja abbozz ta’ standards iżjed speċifiċi biex jissostitwixxu l-istandards armonizzati ġeneriċi EN 302 065-3 V2.1.1 u EN 302 065-4 V1.1.1, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 302 065-3-1 V3.2.1 u EN 302 065-4-1 V2.2.1. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati humiex konformi mat-talba. |
|
(6) |
L-istandards armonizzati EN 300 487 V2.2.1, EN 301 908-14 V17.1.1, EN 301 908-18 V17.1.1, EN 302 065-3-1 V3.2.1, EN 302 065-4-1 V2.2.1 u EN 303 978 V2.2.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/53/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-istandard armonizzat EN 301 489-28 V2.1.1 ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-banda tal-frekwenzi taħt 9 kHz. Minbarra dan, fil-klawżola 6 tiegħu, jistabbilixxi kriterji bbażati fuq il-prestazzjoni b’mod suġġettiv, filwaqt li hemm nuqqas ta’ kriterji oġġettivament verifikabbli u limiti speċifiċi. B’konsegwenza, jenħtieġ li EN 301 489-28 V2.1.1 ma jipprovdix preżunzjoni ta’ konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-banda tal-frekwenzi taħt 9 kHz u anki fir-rigward tal-klawżola 6 tiegħu, jekk dik il-klawżola tiġi applikata bi kriterji bbażati fuq il-prestazzjoni bħal dawn. Għalhekk, ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet. |
|
(8) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 jipprovdi r-referenzi għall-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/53/UE. Biex ikun żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi ta’ dawn l-istandards armonizzati li ġejjin jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness: EN 300 487 V2.2.1, EN 301 908-14 V17.1.1, EN 301 908-18 V17.1.1, EN 302 065-3-1 V3.2.1, EN 302 065-4-1 V2.2.1 u EN 303 978 V2.2.1. Apparti dan, ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 301 489-28 V2.1.1 jenħtieġ li tiġi inkluża f’dak l-Anness b’restrizzjonijiet: |
|
(9) |
Għaldaqstant, huwa neċessarju li r-referenzi tal-istandards armonizzati riveduti EN 300 487 V2.1.2, EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 065-3 V2.1.1, EN 302 065-4 V1.1.1 u EN 303 978 V2.1.2 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
Biex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw l-apparat tar-radju tagħhom kopert mill-istandards armonizzati riveduti EN 300 487 V2.1.2, EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 065-3 V2.1.1, EN 302 065-4 V1.1.1 jew EN 303 978 V2.1.2, huwa neċessarju li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġi differit.. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(12) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tat-tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 hu emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika mill-14 ta’ Frar 2027.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/53/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 tal-4 ta’ Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġa d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2191 tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 10.11.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2191/oj).
ANNESS
Anness I għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru r-ringieli 25, 71, 73, 87, 88 u 159; |
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:
|
|
(3) |
tiżdied ir-ringiela li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1741/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)