|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1736 |
14.8.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1736
tal-25 ta’ Lulju 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli u l-emendar tal-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) ta’ dak il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 452(2) tal-Ftehim, jekk il-Partijiet jaqblu li l-miżuri meħtieġa ġew implimentati u qed jiġu infurzati, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit skont il-Ftehim għandu jaqbel dwar aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur ikkonċernat mill-approssimazzjoni regolatorja. |
|
(3) |
L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa jaġġorna jew jemenda l-Annessi tal-Ftehim. |
|
(4) |
Matul l-2025, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta Deċiżjoni li permezz tagħha l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova (il-“Moldova”) jagħtu lil xulxin aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli u li temenda l-Anness XXVIII-B tal-Ftehim. |
|
(5) |
L-Artikolu 1(2), il-punt (g), tal-Ftehim jipprevedi li l-għan tal-Ftehim huwa, fost l-oħrajn, li jistabbilixxi kondizzjonijiet għal relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali msaħħa li jwasslu għall-integrazzjoni gradwali tar-Repubblika tal-Moldova fis-suq intern tal-Unjoni, inkluż billi tiġi stabbilita Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, li ser tippermetti approssimazzjoni regolatorja estensiva u liberalizzazzjoni tal-aċċess għas-suq, f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-applikazzjoni trasparenti ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi. |
|
(6) |
Kif iddikjarat fil-preambolu tal-Ftehim u f’konformità mal-Artikolu 448 tal-Ftehim, il-Partijiet għall-Ftehim jirrikonoxxu l-importanza tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Moldova mad-dritt tal-Unjoni, li jfisser li l-Moldova għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni eżistenti u futura tagħha jenħtieġ li ssir kompatibbli mal-acquis tal-Unjoni. |
|
(7) |
Il-Moldova talbet aktar integrazzjoni fir-rigward tas-settur tar-roaming fl-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ aktar ftuħ tas-suq għall-fini tas-servizzi tar-roaming. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ (2) ikkomplementat l-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Ftehim bl-atti rilevanti tal-Unjoni relatati mar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 407(3) tal-Ftehim, fid-9 ta’ Mejju 2025, il-Moldova infurmat lill-Unjoni li qieset li kienet lestiet l-approssimazzjoni regolatorja fir-rigward tal-acquis tal-Unjoni fis-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli. Fit-3 u fl-20 ta’ Ġunju 2025, il-Moldova ssupplimentat in-notifika inizjali tagħha wara li adottat il-miżuri ta’ traspożizzjoni li kien fadal. |
|
(10) |
Skont l-Artikoli 409 u 451 tal-Ftehim, l-Unjoni wettqet valutazzjoni u ddeterminat, abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, li l-Moldova lestiet l-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming. |
|
(11) |
Abbażi ta’ dan, huwa xieraq li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jiddeċiedi skont l-Artikolu 452(2) tal-Ftehim dwar l-għoti reċiproku ta’ aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli bejn l-Unjoni u l-Moldova. |
|
(12) |
Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, jenħtieġ li jiġi speċifikat fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim, liema dispożizzjonijiet huma rilevanti għal dan l-għan. |
|
(13) |
Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, peress li d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar l-għoti reċiproku ta’ aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli u dwar l-emendar tal-Anness XXVIII-B ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni matul is-sena 2025 fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli u l-emendar tal-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) ta’ dak il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/492/oj.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tas-6 ta’ Ottubru, 2023 li temenda l-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) u l-Anness XXVIII-C (Regoli applikabbli għas-servizzi postali u tal-kurrier) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [2023/2434] (ĠU L, 2023/2434, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2434/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2025 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
ta’ …
fir-rigward ta’ aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli u l-emendar tal-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 436(1), l-Artikolu 449 u l-Artikolu 452(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(2), il-punt (g), tal-Ftehim jipprevedi li l-għan tal-Ftehim huwa, fost l-oħrajn, li jistabbilixxi kondizzjonijiet għal relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali msaħħa li jwasslu għall-integrazzjoni gradwali tar-Repubblika tal-Moldova (il-“Moldova”) fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea (l-“Unjoni”), inkluż billi tiġi stabbilita Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, li ser tippermetti approssimazzjoni regolatorja estensiva u liberalizzazzjoni tal-aċċess għas-suq, f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-applikazzjoni trasparenti ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi. |
|
(3) |
L-Artikoli 102 u 240 tal-Ftehim jipprevedu li l-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni stabbilit fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Anness, u l-Moldova tafferma mill-ġdid l-obbligi tagħha skont dawk l-Artikoli. |
|
(4) |
Il-Moldova talbet aktar integrazzjoni fis-suq intern tal-Unjoni fir-rigward tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fl-Unjoni. Bħala l-ewwel pass lejn aktar integrazzjoni f’dan is-settur, l-Anness XXVIII-B tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ (2) biex jinkludi l-acquis rilevanti tal-Unjoni dwar ir-roaming. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 407(3) tal-Ftehim, fid-9 ta’ Mejju 2025, il-Moldova infurmat lill-Unjoni li hija qieset li lestiet l-approssimazzjoni regolatorja fir-rigward tal-acquis tal-Unjoni fis-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli (“acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming”). Fit-3 u fl-20 ta’ Ġunju 2025, il-Moldova ssupplimentat in-notifika inizjali tagħha wara li adottat il-miżuri ta’ traspożizzjoni li kien fadal. |
|
(6) |
L-Unjoni wettqet valutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 409 tal-Ftehim. F’konformità mal-Artikolu 452(1) tal-Ftehim, dik il-valutazzjoni ġiet diskussa fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ (il-“Kumitat tal-Kummerċ”). |
|
(7) |
Abbażi ta’ dan, il-Partijiet qablu li ġew implimentati u qed jiġu infurzati miżuri meħtieġa u li għalhekk huwa xieraq għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li jaqbel skont l-Artikolu 452(2) tal-Ftehim dwar aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli bejn l-Unjoni u l-Moldova, kif ukoll il-kondizzjonijiet li jirregolawh. |
|
(8) |
Ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tar-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 (6) u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 (7) mhumiex rilevanti għall-obbligi tal-Moldova li twettaq approssimazzjoni regolatorja mal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming. Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi speċifikat fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim liema dispożizzjonijiet huma rilevanti f’dan ir-rigward. Dan isir mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Moldova li timplimenta d-Direttiva (UE) 2018/1972 totalment u kompletament f’konformità mal-obbligi tagħha skont l-Artikoli 102 u 240 tal-Ftehim bil-ħsieb li ssegwi l-objettiv ta’ aktar integrazzjoni fis-suq intern tal-Unjoni. |
|
(9) |
Ladarba l-Unjoni u l-Moldova jagħtu lil xulxin aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, it-tariffi regolati stabbiliti fl-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, speċjalment it-tariffi tar-roaming bl-ingrossa medji stipulati fir-Regolament (UE) 2022/612 u r-rati għat-terminazzjoni stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2021/654, jistgħu jkunu soġġetti għal emendi. Biex tiġi żgurata r-reċiproċità fir-rigward tal-livell tat-tariffi rregolati applikabbli bejn l-impriżi matul il-perjodu meħtieġ biex il-Moldova tittrasponi u timplimenta kwalunkwe emenda fl-ordni legali tagħha, jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli speċifiċi għad-data tal-applikabbiltà tar-regoli għat-tariffi rregolati emendati. |
|
(10) |
Biex l-impriżi li jipprovdu roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni fl-Unjoni u fil-Moldova jkollhom iż-żmien meħtieġ biex jimplimentaw ir-rekwiżiti tekniċi u legali kollha li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ applikazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan qed jingħata aktar ftuħ tas-suq fir-rigward tas-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli bejn l-Unjoni u l-Moldova, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) u f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Il-Moldova tafferma mill-ġdid l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 102 u 240 tal-Ftehim biex tapprossimizza l-leġiżlazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni kif stabbilit fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim.
2. Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-atti li jikkostittwixxu l-acquis tal-Unjoni fis-settur tar-roaming f'networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli (l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming) għandhom ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni u l-Moldova (“il-“Partijiet”), f’konformità mal-adattamenti orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni u mal-arranġamenti speċifiċi previsti fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u kompleta ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, għandu jkun mifhum li l-acquis tal-Unjoni japplika fl-intier tiegħu, inkluż bl-eċċezzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri tal-Unjoni matul il-proċess tal-adeżjoni tagħhom.
3. L-atti li jikkostitwixxu l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, kif speċifikat fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim, għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet u jkunu parti, jew isiru parti mill-ordni legali intern tagħhom u b’mod partikolari:
|
(a) |
att li jikkorrispondi għal Regolament jew Deċiżjoni tal-Unjoni għandu għalhekk isir parti mill-ordni legali intern tal-Moldova; |
|
(b) |
att li jikkorrispondi għal Direttiva tal-Unjoni għandu jħalli lill-awtoritajiet tal-Moldova l-għażla tal-forma u l-metodu ta’ implimentazzjoni. |
4. F’każ ta’ diskrepanzi bejn it-test tal-acquis tal-Unjoni u kwalunkwe att li jinkorporah fl-ordni legali intern tal-Moldova, it-test tal-att tal-Unjoni għandu jipprevali.
5. Skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, il-Partijiet għandhom, b’rispett reċiproku sħiħ, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura xierqa biex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
Artikolu 3
1. Għall-fini li jingħata effett lil din id-Deċiżjoni, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming għandhom ikunu applikabbli f’konformità mal-adattamenti orizzontanli li ġejjin:
|
(a) |
il-preamboli tal-atti li jikkostittwixxu l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming mhumiex adatti għall-finijiet tal-Ftehim ta’ din id-Deċiżjoni. Huma rilevanti sa fejn ikunu meħtieġa għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni proprji, fil-qafas tal-Ftehim u ta’ din id-Deċiżjoni, tad-dispożizzjonijiet li jinsabu f’tali atti legali; |
|
(b) |
it-termini li ġejjin użati mill-atti li jikkostitwixxu l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming għandhom jinqraw kif ġej:
|
|
(c) |
mingħajr preġudizzju għall-punt (e), kull meta dispożizzjonijiet tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming ikun fihom referenza għal “Stat(i) Membru/i”, ir-referenzi għandhom jinftehmu li jinkludu, minbarra l-Istati Membri tal-Unjoni, il-Moldova wkoll; |
|
(d) |
kull meta d-dispożizzjonijiet tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming ikollhom referenzi għat-territorju tal-“Komunità”, tal-“Unjoni Ewropea” jew tas-“suq komuni” ir-referenzi għandhom, għall-fini tal-Ftehim u ta’ din id-Deċiżjoni, jinftiehmu bħala referenzi għat-territorji tal-Partijiet kif inhu definit fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 462 tal-Ftehim; |
|
(e) |
kull meta d-dispożizzjonijiet tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming ikun fihom referenzi għall-istituzzjonijiet, il-kumitati jew korpi oħra tal-Unjoni, huwa mifhum li l-Moldova mhix ser issir membru ta’ tali istituzzjonijiet, kumitati jew korpi; |
|
(f) |
id-drittijiet mogħtija u l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri tal-Unjoni jew l-entitajiet pubbliċi, l-impriżi jew l-individwi tagħhom b’rabta ma’ xulxin, għandhom jinftiehmu li huma mogħtija lill-Partijiet jew imposti fuqhom, b’din tal-aħħar tinftiehem ukoll, skont il-każ, bħala l-awtoritajiet kompetenti, l-entitajiet pubbliċi, l-impriżi jew l-individwi tagħhom; |
|
(g) |
id-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ jew l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli msemmija fl-atti li jikkostitwixxu l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming mhumiex rilevanti għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni. Il-limiti taż-żmien u d-dati biex il-Moldova tippromulga d-dispożizzjonijiet applikabbli u tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u kompleta tagħhom, huma stabbiliti fl-arranġamenti speċifikati fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim u f’din id-Deċiżjoni. |
2. Il-Partijiet għandhom ikunu intitolati jużaw, fil-proċeduri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew tal-Moldova. Jekk lingwa li mhijiex lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tintuża f’dokument uffiċjali, għandha tiġi ppreżentata simultanjament traduzzjoni f’lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
3. Biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tas-setgħat rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet, meta ssirilhom talba tali awtoritajiet għandhom jiskambjaw b’mod reċiproku l-informazzjoni kollha neċessarja għall-funzjonament kif xieraq ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-Unjoni għandha żżomm id-dritt tagħha li tadotta atti legali ġodda jew li temenda l-atti eżistenti tagħha fis-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli. L-Unjoni għandha tinnotifika lill-Moldova u lill-Kumitat tal-Kummerċ bil-miktub, fil-ħin, dwar kwalunkwe att legali vinkolanti ġdid fis-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli ladarba jkun ġie adottat mill-Unjoni.
2. Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jiddeċiedi, fi żmien 3 xhur, li jżid att tal-Unjoni partikolari ġdid jew emendat mal-Anness XXVIII-B tal-Ftehim.
3. Ladarba att tal-Unjoni ġdid jew emendat ikun żdied mal-Anness XXVIII-B tal-Ftehim, il-Moldova għandha tittrasponi u timplimenta l-att fis-sistema legali domestika tagħha. Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-atti msemmija fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim għandhom isiru parti mill-ordni legali intern tal-Moldova f’konformità mal-Artikolu 2(3) u skont dawn l-iskadenzi:
|
(a) |
Regolament jew Deċiżjoni tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati u infurzati kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ prevista f’dak ir-Regolament jew dik id-Deċiżjoni, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kumitat tal-Kummerċ; |
|
(b) |
Direttiva tal-Unjoni għandha tiġi implimentata u infurzata kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ traspożizzjoni previst f’dik id-Direttiva, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kumitat tal-Kummerċ. |
Il-Moldova għandha tiżgura li fi tmiem il-perjodu ta’ żmien rilevanti, l-ordni legali tagħha tkun kompletament konformi mal-att legali tal-Unjoni li għandu jiġi implimentat.
4. Jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Unjoni b’kooperazzjoni mal-Moldova skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 409 tal-Ftehim.
5. F’każ li l-Moldova tipprevedi li ser tħabbat wiċċha ma’ diffikultajiet partikolari fit-traspożizzjoni ta’ att tal-UE ġdid jew emendat fil-leġiżlazzjoni domestika tagħha, hija għandha tinforma lill-Unjoni u lill-Kumitat tal-Kummerċ b’dan minnufih. Il-Kumitat tal-Kummerċ jista’ jiddeċiedi jekk il-Moldova, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tistax tiġi eżentata parzjalment u temporanjament mill-obbligi tagħha ta’ traspożizzjoni, skont il-paragrafu 3, fir-rigward ta’ atti legali tal-UE ġodda jew emendati. Jekk il-Kumitat tal-Kummerċ jagħti deroga bħal din, il-Moldova għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress li jkun sar biex tiġi trasposta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti.
6. Jekk minkejja l-applikazzjoni tal-paragrafu 5, il-Moldova ma tapprossimizzax il-liġi domestika tagħha biex jitqiesu l-bidliet fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim, jew jekk valutazzjoni skont l-Artikolu 410(6) tal-Ftehim turi li l-leġiżlazzjoni tal-Moldova ma għadhiex approssimata mal-liġi tal-Unjoni, jew jekk il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Artikolu 434 tal-Ftehim jonqos milli jieħu deċiżjoni biex jaġġorna l-Anness XXVIII-B tal-Ftehim f’konformità mal-iżviluppi tal-liġi tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tissospendi l-benefiċċji mogħtija skont din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 410(7) u (8) tal-Ftehim. Is-sospensjoni għandha titneħħa minnufih jekk il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni sussegwentement isolvi l-kwistjoni.
7. Meta l-Moldova tkun tixtieq tadotta leġiżlazzjoni ġdida jew temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti tagħha fis-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar u valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 407(3) u l-Artikolu 409.
Artikolu 5
Sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, ta’ din id-Deċiżjoni, jew id-dispożizzjonijiet applikabbli speċifikati fl-Anness XXVIII-B tal-Ftehim ikunu identiċi fis-sustanza għar-regoli korrispondenti tat-Trattati dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għall-atti adottati bbażati fuqu, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom, fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija qabel jew wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
1. Jekk inqalgħu jew hemm riskju li jinqalgħu diffikultajiet ekonomiċi, soċjetali jew ambjentali serji ta’ natura settorjali jew reġjonali li huwa probabbli li jippersistu fi kwalunkwe waħda mill-Partijiet b’rabta mat-trattament mogħti skont l-Artikolu 1, il-Parti kkonċernata tista’ tieħu l-miżuri ta’ salvagwardja xieraq fir-rigward tat-trattament mogħti skont l-Artikolu 1 skont il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 7(1) sa (6).
2. Tali miżuri ta’ salvagwardja għandhom ikunu limitati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tagħhom għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni fis-settur jew fir-reġjun ikkonċernat. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas il-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 7
1. Jekk Parti tkun qed tikkonsidra li tieħu miżuri ta’ salvagwardja, hija għandha tavża lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha permezz tal-Kumitat tal-Kummerċ u għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha.
2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw minnufih lill-Kumitat Konġunt bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd. Parti għandha tastjeni milli tieħu miżuri ta’ salvagwardja sakemm isiru tentattivi biex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd.
3. Il-Parti kkonċernata ma tistax tieħu miżuri ta’ salvagwardja qabel ma jgħaddi xahar mid-data tan-notifika skont il-paragrafu 1, sakemm il-proċedura ta’ konsultazzjoni skont il-paragrafu 2 ma tkunx intemmet qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien imsemmi. B’deroga minn dan ir-rekwiżit, meta ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni urġenti jeskludu l-eżami minn qabel, Parti tista’ tapplika minnufih il-miżuri protettivi li huma strettament meħtieġa biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.
4. Il-Parti kkonċernata għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-Kumitat tal-Kummerċ dwar il-miżuri ta’ salvagwardja meħuda u għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha.
5. Kwalunkwe miżura ta’ salvagwardja għandha titwaqqaf ladarba l-fatturi li wasslu għall-adozzjoni ta’ dik il-miżura ma jibqgħux jeżistu.
6. Il-miżuri ta’ salvagwardja meħudin għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjonijiet kontinwi fil-Kumitat tal-Kummerċ bil-ħsieb li jitneħħew jew li jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.
7. Jekk, minkejja l-applikazzjoni tal-paragrafu 6, ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd fi żmien 6 xhur u l-miżura ta’ salvagwardja toħloq żbilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet fis-settur ikkonċernat, il-Parti kkonċernata tista’ tieħu tali miżuri ta’ riekwilibriju proporzjonati u li huma strettament neċessarji biex jiġi rimedjat l-iżbilanċ. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas il-funzjonament tal-Kapitolu 6 (Stabbiliment, Kummerċ fis-Servizzi u Kummerċ Elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim ta’ din id-Deċiżjoni.
8. Il-Parti kkonċernata għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-Kumitat tal-Kummerċ dwar il-miżuri ta’ riekwilibriju meħuda u għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha. Kwalunkwe miżura ta’ riekwilibriju bħal din għandha tintemm immedjatament ladarba l-fatturi li wasslu għall-adozzjoni ta’ dik il-miżura ma jibqgħux jeżistu.
9. Kwalunkwe miżura ta’ riekwilibriju meħuda għandha tkun soġġetta għal konsultazzjonijiet kontinwi fil-Kumitat tal-Kummerċ bil-ħsieb li titneħħa jew li jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.
Artikolu 8
Fil-każ li t-tariffi rregolati stabbiliti fl-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming jiġu emendati wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-applikazzjoni obbligatorja tagħhom għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni tibda fl-istess data għaż-żewġ Partijiet. Din hija jew id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi rilevanti tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming jew id-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni kompletament konformi tal-Moldova li timplimenta b’mod sħiħ l-emendi rilevanti tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, wara l-konferma tagħha mill-valutazzjoni skont l-Artikolu 409 tal-Ftehim, skont liema data tkun l-aħħar, jew data tad-dħul fis-seħħ oħra miftiehma miż-żewġ Partijiet biex jiġi evitat l-effett tal-applikazzjoni retroattiva. Sa dik id-data, it-tariffi li qabel kienu rregolati jibqgħu applikabbli għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
L-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, huwa b’dan modifikat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni tfasslet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana u Ungeriża b’kull test ikun ugwalment awtentiku.
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
Il-President
Is-Segretarji
(1) ĠU UE L 260, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/492/oj.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tas-6 ta’ Ottubru, 2023 li temenda l-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) u l-Anness XXVIII-C (Regoli applikabbli għas-servizzi postali u tal-kurrier) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [2023/2434] (ĠU UE L, 2023/2434, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2434/oj).
(3) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU UE L 321, 17.12.2018, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1972/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU UE L 115, 13.4.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/612/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU UE L 321, 17.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1971/oj).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (ĠU UE L 344, 17.12.2016, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2286/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati fissi madwar l-Unjoni (ĠU UE L 137, 22.4.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/654/oj).
ANNESS
L-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Ftehim għandu jiġi emendat billi jissostitwixxi t-test li jibda bil-paragrafu li jikkonċerna d-Direttiva (UE) 2018/1972 u li jintemm bil-paragrafu li jikkonċerna r-Regolament (UE) 2018/1971 bit-test li ġej:
“Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (‘EECC’, European Electronic Communications Code).
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Moldova li timplimenta totalment u kompletament id-Direttiva (UE) 2018/1972 għall-fini ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni biex jingħata aktar ftuħ tas-suq għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni skont l-Artikolu 452(2), għall-fini ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni biex jingħata aktar ftuħ tas-suq għar-roaming skont l-Artikolu 452(2), jeħtieġ li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva (UE) 2018/1972:
|
— |
Artikolu 1 – Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u għanijiet |
|
— |
Artikolu 2 – Definizzjonijiet: il-punti (1) u (2), (4) sa (11), (13) sa (16), (22), (27) sa (34), (36), u (38) sa (40) |
|
— |
Artikolu 3 – Objettivi ġenerali |
|
— |
Artikolu 5 – Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra |
|
— |
Artikolu 6 – L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra |
|
— |
Artikolu 7 – Ħatra u tneħħija mill-kariga ta’ membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali |
|
— |
Artikolu 8 – Indipendenza politika u responsabbiltà tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali |
|
— |
Artikolu 9 – Kapaċità regolatorja tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali |
|
— |
Artikolu 10 – Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-BEREC |
|
— |
Artikolu 11 – Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali |
|
— |
Artikolu 12 – Awtorizzazzjoni ġenerali ta’ networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi |
|
— |
Artikolu 13 – Kondizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u mad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u għal riżorsi ta’ numerazzjoni, u obbligi speċifiċi, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u r-riżorsi ta’ numerazzjoni u l-kontroreferenzi għall-Artikolu 45, l-Artikolu 51, l-Artikolu 62, l-Artikolu 68, l-Artikolu 83, u l-Artikolu 94 |
|
— |
Artikolu 14 – Dikjarazzjonijiet biex jeħfief l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ installazzjoni tal-faċilitajiet u tad-drittijiet ta’ interkonnessjoni |
|
— |
Artikolu 15 – Lista minima tad-drittijiet derivanti mill-awtorizzazzjoni ġenerali |
|
— |
Artikolu 16 – Ħlasijiet amministrattivi |
|
— |
Artikolu 17 – Separazzjoni fil-kontabbiltà u rapporti finanzjarji |
|
— |
Artikolu 18 – Emendar tad-drittijiet u l-obbligi, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju, ir-riżorsi ta’ numerazzjoni u għall-installazzjoni tal-faċilitajiet |
|
— |
Artikolu 19 – Limitazzjoni jew irtirar tad-drittijiet, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju, ir-riżorsi ta’ numerazzjoni u għall-installazzjoni tal-faċilitajiet |
|
— |
Artikolu 20 – Rekwiżit ta’ informazzjoni lill-impriżi |
|
— |
Artikolu 21 – Informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi u l-kontroreferenzi għall-Artikolu 13(2), l-Artikolu 22, u l-Anness I, il-partijiet D u E |
|
— |
Artikolu 23 – Mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u trasparenza, ħlief il-paragrafu (2) u l-kontroreferenzi għall-Artikolu 32(10), u l-Artikolu 45(4) u (5) |
|
— |
Artikolu 24 – Konsultazzjoni mal-partijiet konċernati |
|
— |
Artikolu 25 – Riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti |
|
— |
Artikolu 26 – Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi |
|
— |
Artikolu 27 – Riżoluzzjoni ta’ tilwim transfruntier, il-paragrafi (1) u (2), u l-paragrafi (4) sa (6) |
|
— |
Artikolu 29 – Penali, il-paragrafu (1) |
|
— |
Artikolu 30 – Konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni u konformità ma’ obbligi speċifiċi, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u r-riżorsi ta’ numerazzjoni u l-kontroreferenzi għall-Artikolu 4, l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 47, l-Artikolu 67, u l-Artikolu 69 |
|
— |
Artikolu 31 – Dritt ta’ appell |
|
— |
Artikolu 59 – Qafas ġenerali għall-aċċess u l-interkonnessjoni |
|
— |
Artikolu 60 – Drittijiet u obbligi ta’ impriżi, il-paragrafi (1) u (2) |
|
— |
Artikolu 61 – Setgħat u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra fir-rigward ta’ aċċess u interkonnessjoni, il-paragrafu (1), il-paragrafu (2), il-punti (a) sa (c), il-paragrafi (3), (5) u (6) |
|
— |
Artikolu 75 – Ir-rati ta’ terminazzjoni, il-paragrafi (2) u (3) |
|
— |
Artikolu 93 – Riżorsi ta’ numerazzjoni, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (5) |
|
— |
Artikolu 97 – L-aċċess għan-numri u għas-servizzi |
|
— |
Artikolu 99 – Nondiskriminazzjoni |
|
— |
Artikolu 100 – Salvagwardja tad-drittijiet fundamentali |
|
— |
Artikolu 108 – Id-disponibbiltà tas-servizzi |
|
— |
Artikolu 111 – Aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà |
|
— |
Artikolu 120 – Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni |
|
— |
Artikolu 122 – Proċeduri ta’ reviżjoni, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu (1) |
|
— |
Anness I – Lista ta’ kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati ma’ awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u d-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni, il-partijiet A sa C |
|
— |
Anness III – Kriterji għad-determinazzjoni ta’ rati bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi. |
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom jiġu implimentati fi żmien sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
Ir-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/612 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: l-Artikolu 1(4) jirreferi għar-rati tal-kambju ta’ referenza ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sakemm il-Bank Ċentrali Ewropew ma jibdiex jippubblika r-rati tal-kambju għal-leu Moldovan, ir-rati tal-kambju bejn l-euro u l-leu Moldovan ippubblikati mill-Bank Nazzjonali tal-Moldova għandhom jintużaw għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(4). Il-perjodi ta’ referenza u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4) jibqgħu l-istess.
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta’:
|
— |
Artikolu 1 – Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni, il-paragrafu (5) |
|
— |
Artikolu 3 – Aċċess għar-roaming bl-ingrossa, il-paragrafu (8) |
|
— |
Artikolu 4 – Forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, il-paragrafu (3) |
|
— |
Artikolu 7 – Implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-politika ta’ użu ġust u tas-sostenibbiltà, il-paragrafi (1) sa (3) u (5). L-eċċezzjoni fir-rigward tal-Artikolu 7(1) sa (3) hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Moldova li timplimenta l-atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi tal-politika ta’ użu ġust, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi u l-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata minn fornitur tar-roaming għall-fini tal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà |
|
— |
Artikolu 8 – Applikazzjoni eċċezzjonali ta’ tariffi supplimentari bl-imnut għall-konsum ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati u l-forniment ta’ tariffi alternattivi, il-paragrafu (6) |
|
— |
L-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 16 – Bażijiet tad-data għall-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud u mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza |
|
— |
Artikolu 20 – Proċedura ta’ kumitat |
|
— |
Artikolu 21 – Rieżami |
|
— |
Artikolu 23 – Revoka. |
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/612 għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni.
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta’:
|
— |
Artikolu 12 – Ir-rieżami. |
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati fissi madwar l-Unjoni.
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: l-Artikolu 3(2) u 3(3) jirreferi għar-rati tal-kambju ta’ referenza ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sakemm il-Bank Ċentrali Ewropew ma jibdiex jippubblika r-rati tal-kambju għal-leu Moldovan, ir-rati tal-kambju bejn l-euro u l-leu Moldovan ippubblikati mill-Bank Nazzjonali tal-Moldova għandhom jintużaw għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) u 3(3). Il-perjodu ta’ referenza stabbilit fl-Artikolu 3(2) huwa adattat għall-aħħar kwart rilevanti li għalih hemm informazzjoni disponibbli. Il-perjodi ta’ referenza u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3) jibqgħu l-istess.
Il-Moldova għandha timplimenta l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) billi tagħti mandat lill-operaturi tagħha biex ma jaqbżux ir-rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni Ewropea u r-rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati fissi madwar l-Unjoni Ewropea, rispettivament.
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta’:
|
— |
Artikolu 1(2) |
|
— |
Artikolu 4(2) sa (5) |
|
— |
Artikolu 5(2). |
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 għandhom jiġu implimentati qabel ir-Regolament dwar ir-Roaming u għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
Ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009.
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
Artikolu 3 – Objettivi tal-BEREC, il-paragrafu (5) |
|
— |
Artikolu 4 – Kompiti regolatorji tal-BEREC, il-paragrafu (4) |
|
— |
Artikolu 7 – Il-kompożizzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, il-paragrafi (1) sa (3) |
|
— |
Artikolu 8 – L-indipendenza tal-Bord tar-Regolaturi |
|
— |
Artikolu 11 – Laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi, il-paragrafu (5) |
|
— |
Artikolu 12 – Regoli tal-votazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, il-paragrafu (2) |
|
— |
Artikolu 15 – Kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali, il-paragrafi (1) sa (3) |
|
— |
Artikolu 18 – Laqgħat tal-Bord Maniġerjali, il-paragrafu (5) |
|
— |
Artikolu 38 – Kunfidenzjalità, il-paragrafu (2) |
|
— |
Artikolu 40 – Skambju ta’ informazzjoni, il-paragrafi (1), (2), (4), u (5) |
|
— |
Artikolu 42 – Dikjarazzjonijiet ta’ interessi, il-paragrafi (1) u (2). |
L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Moldova bir-responsabbiltà primarja li tissorvelja l-operat ta’ kuljum tas-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, il-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC u l-Bord Maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC. L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Moldova għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħal dawk tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni, ħlief għad-dritt tal-vot u għall-Presidenza tal-Bord tar-Regolaturi u tal-Bord Maniġerjali.
Għaldaqstant, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Moldova għandha tkun rappreżentata f’livell xieraq f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1971. Skont ir-regoli rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1971, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom, skont il-każ, jassistu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Moldova fit-twettiq tal-kompiti tagħha.
L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Moldova għandha tqis bis-sħiħ kwalunkwe linja gwida, opinjoni, rakkomandazzjoni, pożizzjoni komuni u l-aħjar prattika adottati mill-BEREC bl-għan li tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għall-fini tal-ftuħ tas-suq għar-roaming skont l-Artikolu 452(2), l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Moldova għandha tqis bis-sħiħ kwalunkwe linja gwida adottata mill-BEREC bl-għan li tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju dwar ir-roaming u għandha tipprovdi raġunijiet meta tiddevja minn tali linja gwida.
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1971 għandhom jiġu implimentati fi żmien sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1736/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)