|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1733 |
10.9.2025 |
REGOLAMENT (UE) 2025/1733 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 fir-rigward tar-rwol tal-ħżin tal-gass għall-iżgurar tal-provvisti tal-gass qabel l-istaġun tax-xitwa
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw l-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie adottat b’reazzjoni għall-kriżi tal-provvista tal-gass u għaż-żidiet bla preċedent fil-prezzijiet tal-gass ikkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna minn Frar 2022, li ġiegħlu lill-Unjoni taġixxi b’mod koordinat u komprensiv biex tevita riskji potenzjali li jirriżultaw minn aktar interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass. |
|
(2) |
Mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Unjoni għandha l-għan li tkompli tavvanza l-indipendenza tagħha mill-enerġija Russa. Dan jenfasizza l-urġenza li jiġu żgurati provvisti ta’ enerġija alternattivi minn sħab internazzjonali permezz tal-LNG jew tal-gass bil-pipeline, mingħajr ma jinħolqu dipendenzi ġodda. F’dak il-kuntest, l-iżgurar ta’ provvisti alternattivi ta’ enerġija minn sħab affidabbli se jkun kritiku. Fis-17 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal regolament biex telimina gradwalment u bis-sħiħ l-importazzjonijiet tal-gass Russu fl-Unjoni, li tinkludi, b’mod partikolari, emenda għar-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi miżuri li jippermettu l-introduzzjoni ta’ sistema robusta u effiċjenti ta’ traċċar tal-gass Russu li jaqsam il-fruntiera tal-Unjoni. Tali miżuri jgħinu wkoll fil-monitoraġġ ta’ jekk il-gass Russu huwiex maħżun fl-Unjoni. It-tneħħija gradwali sħiħa tal-importazzjonijiet tal-gass Russu se tippermetti t-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħażna tal-gass stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1938, u tgħin lill-Unjoni biex ikollha sistema tal-enerġija aktar reżiljenti. Fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li l-Unjoni tavvanza malajr lejn indipendenza sħiħa mill-fjuwils fossili Russi. L-estensjoni tal-miżuri rigward il-livell tal-mili tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass mhux biss tikkontribwixxi għas-salvagwardja kontinwa tas-sigurtà tal-provvista, iżda tikkostitwixxi wkoll strument ewlieni fl-isforzi tal-Unjoni biex telimina d-dipendenza tagħha fuq l-importazzjonijiet ta’ gass li joriġinaw mir-Russja. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2022/1032 emenda r-Regolament (UE) 2017/1938 billi introduċa qafas legali temporanju għal miżuri rigward il-livell tal-mili tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal- gass biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, b’mod partikolari l-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti. |
|
(4) |
Il-faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass jaħżnu gass li jammonta għal 30 % tal-konsum tal-gass tal-Unjoni matul ix-xhur tax-xitwa, u l-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art mimlija sew kif ukoll it-tnaqqis volontarju fid-domanda għall-gass jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jipprovdu gass addizzjonali f’każ ta’ diffikultajiet fl-adegwatezza tal-provvista u tad-domanda jew f’każ ta’ interruzzjonijiet fil-provvista. |
|
(5) |
L-istabbiliment ta’ mira vinkolanti tal-mili u ta’ trajettorja għall-mili b’sensiela ta’ miri intermedji għal kull Stat Membru fi Frar, Mejju, Lulju u Settembru biex jiġi żgurat li l-faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass ikunu 90 % mimlijin sal-1 ta’ Novembru ta’ sena rispettiva, irriżulta fundamentali matul il-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kemm biex jirreżisti n-nuqqasijiet fil-provvista tal-gass kif ukoll biex jitnaqqsu l-inċertezzi tas-suq u l-volatilità tal-prezzijiet. |
|
(6) |
Minkejja t-titjib sostanzjali fl-istat tas-suq tal-gass meta mqabbel mal-perjodu 2022-2023, is-suq Ewropew tal-gass għadu riġidu u s-sitwazzjoni ġeopolitika għadha mhijiex ċara. Kompetizzjoni aktar intensa għall-provvisti globali tal-LNG tista’ żżid l-esponiment tal-Istati Membri għall-volatilità tal-prezzijiet. F’dawk il-każijiet, ir-rwol tal-ħażniet tal-gass jibqa’ ta’ importanza kbira. |
|
(7) |
Skont ir-Regolament (UE) 2017/1938, l-obbligu tal-Istati Membri li jsegwu trajettorja annwali għall-mili u li jiżguraw li l-mira tal-mili tintlaħaq sal-1 ta’ Novembru ta’ kull sena, jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(8) |
L-ambjent politiku globali mibdul irid jitqies fir-rigward tal-affidabbiltà tal-fornituri tal-gass u tal-pajjiżi li jfornu l-gass. |
|
(9) |
Fid-dawl tas-suċċess Ewropew li jitnaqqsu r-riskji marbuta mal-istruttura tal-importazzjoni tal-gass tagħha, il-qafas ġenerali biex tiġi ssodisfata l-ħtieġa tal-Unjoni għall-gass jenħtieġ isib bilanċ bejn is-sigurtà tal-enerġija u r-ritorn għall-prinċipji bbażati fuq is-suq. Għaldaqstant, jenħtieġ ikun flessibbli biżżejjed matul l-istaġun tal-mili biex jippermetti reazzjoni rapida għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b’mod kostanti u, b’mod partikolari, biex jittieħed vantaġġ mill-aħjar kundizzjonijiet tax-xiri sabiex il-prezzijiet tal-gass fl-Ewropa jitnaqqsu. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jilħqu l-mira tal-mili fi kwalunkwe mument bejn l-1 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Diċembru, filwaqt li jitqies il-bidu tal-perjodu tal-irtirar tal-ħżin ta’ gass tal-Istati Membri, mingħajr ma jkun meħtieġ li jinżamm il-livell tal-ħżin li jikkorrispondi għall-mira tal-mili sal-1 ta’ Diċembru. |
|
(10) |
L-għan tat-trajettorji għall-mili, stabbiliti mill-Istati Membri kull sena biex jirrappreżentaw il-pjan annwali tal-mili tagħhom, huwa li jiġi żgurat li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-mili matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-1 ta’ Diċembru f’sena partikolari. Madankollu, it-trajettorju għall-mili jenħtieġ li jkun indikattiv u jenħtieġ li jippermetti mili tal-ħżin b’tali mod li jkun hemm flessibbiltà suffiċjenti disponibbli għall-parteċipanti fis-suq matul is-sena, filwaqt li titqies titqies ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2025)1481 tal-5 ta’ Marzu 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-miri tal-mili tal-ħżin ta’ gass fl-2025. |
|
(11) |
Fil-każ ta’ kundizzjonijiet diffiċli, bħal indikazzjonijiet ta’ attivitajiet kummerċjali li jfixklu l-mili kosteffettiv tal-ħażniet, firxa baxxa tal-prezzijiet staġjonali, prezz għoli ambjentali, livelli ta’ ħażna taħt it-trajettorja fil-livell tal-Istat Membru jew ċirkostanzi tekniċi mhux previsti li jagħmlu l-injezzjoni tal-ħażna diffiċli u għalja, u jillimitaw il-kapaċità li jiġi żgurat li l-ħażniet tal-gass jimtlew f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1938, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jiddevjaw mill-mira tal-mili sa għaxar punti perċentwali. |
|
(12) |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli persistenti, bħal indikazzjonijiet ta’ manipulazzjoni possibbli tas-suq, jew ta’ attivitajiet ta’ negozjar li jfixklu l-mili kosteffettiv tal-ħżin, li jillimitaw b’mod sinifikanti l-kapaċità li jiġi żgurat li l-ħażniet ta’ gass jimtlew f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1938, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tkompli żżid il-livell ta’ devjazzjoni permess permezz ta’ att delegat. Jenħtieġ li dik iż-żieda ma taqbiżx ħames punti perċentwali addizzjonali. |
|
(13) |
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-qafas attwali tas-sigurtà tal-enerġija kkonfermat l-impatt pożittiv tar-rekwiżiti tal-mili tal-ħażniet fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass u jenħtieġ li dawk l-effetti pożittivi jiġu ppreservati wara l-2025. |
|
(14) |
Fl-istess ħin, dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza l-bidliet attwali u futuri fis-swieq tal-gass, jikkontribwixxi għall-objettiv strateġiku li jitnaqqsu l-prezzijiet tal-enerġija u jiffaċilita r-ritorn gradwali lejn mekkaniżmi bbażati fuq is-suq għall-mili mill-ġdid tal-ħażniet. |
|
(15) |
Sabiex tinżamm is-sigurtà tal-provvista u l-livell xieraq ta’ mili tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament is-suq u tesplora modi li jistgħu jgħinu biex tintlaħaq il-mira tal-mili, pereżempju billi jsir użu aktar effikaċi tal-opportunitajiet offruti mill-mekkaniżmi ta’ aggregazzjoni tad-domanda u xiri konġunt stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 (5). |
|
(16) |
Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu estiżi sal-aħħar tal-2027 id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-mili tal-ħżin ta’ gass li jipprovdu prevedibbiltà u trasparenza fir-rigward tal-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass madwar l-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin tiġi introdotta ftit flessibbiltà f’dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
(17) |
Meta jitqies li d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-mili tal-ħżin ta’ gass jenħtieġ li japplikaw b’urġenza qabel il-bidu tal-istaġun tax-xitwa li jmiss sabiex l-Istati Membri jilħqu l-mira tagħhom fil-ħin, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(18) |
F’konformità mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni, u fid-dawl tat-titjib ġenerali fil-qafas tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jevita li jintroduċi kumplessità amministrattiva mhux neċessarja. |
|
(19) |
Kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli”, il-kriżi tal-enerġija reċenti, l-aktar waħda severa li rat l-Ewropa s’issa, enfasizzat l-importanza ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE fil-ġestjoni taż-żidiet qawwija fil-prezzijiet fis-suq intern. Biex tiżdied ir-reżiljenza fid-dawl ta’ kwalunkwe kriżi tal-enerġija futura possibbli, l-Istati Membri jeħtieġu għodod għal azzjoni effettiva u l-qafas regolatorju tas-sigurtà tal-provvista jeħtieġ li jissaħħaħ, filwaqt li jinkorpora t-tagħlimiet meħuda mill-iżviluppi reċenti. Fost kwistjonijiet oħra, il-kunċett ta’ klijenti protetti, il-prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, kif ukoll ir-rwol ta’ sorsi ta’ enerġija alternattivi għall-gass bħal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-idroġenu, flimkien mar-rwol tal-effiċjenza enerġetika, f’taħlita ta’ enerġija li qed tevolvi jenħtieġ lijingħataw il-konsiderazzjoni dovuta. |
|
(20) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1938 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2017/1938 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu (27) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(2) |
l-Artikolu 6a huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 6b, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu t-trajettorji għall-mili, fejn rilevanti, u l-miri tal-mili. Il-miżuri kollha meħuda skont l-Artikolu 6a(8) u (10) għandhom ikunu definiti b’mod ċar, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji u verifikabbli. Ma għandhomx ifixklu bla bżonn il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass jew jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħra jew tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-GCG b’dawk il-miżuri mingħajr dewmien.” |
|
(4) |
l-Artikolu 6c huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 6d huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 17a(1), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(7) |
jitħassar l-Artikolu 18a; |
|
(8) |
fl-Artikolu 22, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 2, il-punti (27) sa (31), l-Artikoli 6a sa 6d, l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17a, l-Artikolu 20(4), u l-Anness Ib għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2027.” ; |
|
(9) |
l-Anness Ia huwa mħassar; |
|
(10) |
l-Anness Ib huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS Ib Responsabbiltà kondiviża għall-mira tal-mili u għat-trajettorja għall-mili Fir-rigward tal-mira tal-mili u tat-trajettorja għall-mili skont l-Artikolu 6a, ir-Repubblika Slovakka u ċ-Ċekja jikkondividu r-responsabbiltà fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ħżin ta’ Dolní Bojanovice. Il-proporzjon eżatt u l-firxa ta’ dik ir-responsabbiltà tar-Repubblika Slovakka u taċ-Ċekja huma soġġetti għal ftehim bilaterali ta’ dawk l-Istati Membri. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u f’konformità mal-Artikolu 11(6), il-punt (b), ir-Repubblika Slovakka u ċ-Ċekja għandhom jiżguraw li, meta tiġi ddikjarata kriżi skont dan ir-Regolament, ma tiġi introdotta l-ebda miżura li taffettwa l-faċilità tal-ħżin ta’ Dolní Bojanovice li x’aktarx tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass jew x’aktarx timmina l-kapaċità tal-impriżi tal-gass naturali li jfornu l-gass lill-klijenti protetti f’konformità mal-istandard nazzjonali tal-provvista tal-gass.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU C, C/2025/2967, 16.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2967/oj.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2025.
(3) Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1032/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1938/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 tat-19 ta’ Diċembru 2022 li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet u skambji transfruntieri tal-gass (ĠU L 335, 29.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2576/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1733/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)