|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1710 |
5.8.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1710
tat-30 ta’ Lulju 2025
dwar l-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) daħlet fis-seħħ fil-5 ta’ Jannar 2023. Dik id-Direttiva ssaħħaħ u timmodernizza r-rekwiżiti relatati mar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà permezz ta’ modifiki għad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (2) id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (3) id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 hija element importanti tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (6) u tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli. (7) Dik id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li l-investituri jkollhom l-informazzjoni meħtieġa biex jifhmu u jimmaniġġjaw ir-riskji li d-destinatarji ta’ investiment huma esposti għalihom, mit-tibdil fil-klima u minn kwistjonijiet oħra relatati mas-sostenibbiltà. Dik id-Direttiva għandha wkoll l-għan li tiżgura li l-investituri u partijiet ikkonċernati oħra jkollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar l-impatti tal-impriżi fuq in-nies u fuq l-ambjent. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tirrikjedi li l-impriżi l-kbar, l-impriżi omm ta’ grupp kbir u l-impriżi b’titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni (għajr il-mikroimpriżi) jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-Artikolu 29b ta’ dik id-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta tali standards permezz ta’ atti delegati, filwaqt li tqis il-parir tekniku tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG, European Financial Reporting Advisory Group). Fl-31 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni adottat l-ewwel sett ta’ Standards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS, European Sustainability Reporting Standards) permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772. (8) |
|
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tippermetti li l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni (SMEs elenkati) jirrapportaw billi jużaw sett separat u eħfef ta’ standards proporzjonati minflok is-sett sħiħ tal-ESRS. Dik id-Direttiva ma timponi l-ebda rekwiżiti obbligatorji ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà fuq impriżi żgħar u ta’ daqs medju li t-titoli tagħhom mhumiex ammessi għall-kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni (SMEs mhux elenkati). |
|
(5) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tirrikjedi li l-impriżi soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà jirrapportaw l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur sa fejn ikun meħtieġ biex jinftiehmu l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħhom relatati mas-sostenibbiltà. Ir-rekwiżit li tiġi rrapportata informazzjoni dwar il-katina tal-valur jista’ joħloq l-hekk imsejjaħ effett ta’ infiltrazzjoni, fejn l-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar jitolbu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mingħand l-impriżi fil-katina tal-valur tagħhom. Dan jista’ jwassal għal piż addizzjonali fuq l-SMEs fil-katina tal-valur ta’ impriżi akbar, anki jekk, kif inhu l-każ għall-SMEs mhux elenkati, huma stess ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà. Fatturi oħra minbarra d-Direttiva (UE) 2022/2464 nnifisha jistgħu jikkawżaw l-effett ta’ infiltrazzjoni. Pereżempju, ħafna impriżi jfittxu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mingħand impriżi fil-ktajjen tal-valur tagħhom biex jifhmu u jimmaniġġjaw aħjar ir-riskji, l-impatti jew l-opportunitajiet tagħhom relatati mas-sostenibbiltà, jew biex jissodisfaw rekwiżiti legali għajr dawk stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2022/2464, inkluż fir-rigward tad-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva skont id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(6) |
Biex jiġi limitat l-effett ta’ infiltrazzjoni fuq l-SMEs, id-Direttiva (UE) 2022/2464 stabbiliet l-hekk imsejjaħ limitu massimu tal-katina tal-valur, li jipprovdi li l-ESRS ma jistgħux jinkludu rekwiżiti ta’ rappurtar li jobbligaw lill-impriżi jiksbu informazzjoni mingħand SMEs fil-katina tal-valur tagħhom li taqbeż l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata skont l-istandard proporzjonat għall-SMEs elenkati (LSME, Listed Small and Medium-Sized Undertakings). |
|
(7) |
B’mod separat mill-istandard tal-LSME previst mid-Direttiva (UE) 2022/2464, il-Kummissjoni talbet lill-EFRAG biex jiżviluppa standard separat u aktar sempliċi għall-użu volontarju minn SMEs mhux elenkati. Fit-12 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni ppubblikat il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs. (10) Skont l-Azzjoni 14 ta’ dak il-pakkett, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tiżgura li l-SMEs ikollhom qafas sempliċi u standardizzat biex jirrapportaw dwar kwistjonijiet tal-ESG, u b’hekk jinħolqu opportunitajiet aħjar għall-SMEs biex jiksbu finanzjament ekoloġiku u b’hekk tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli. Dak il-qafas standardizzat għall-SMEs jillimita wkoll ir-riskju li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni jinfiltraw fuq SMEs mhux elenkati fil-katina tal-valur ta’ impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2464. |
|
(8) |
L-għan primarju ta’ dan l-istandard volontarju huwa li jgħin lill-impriżi li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2464 jwieġbu għat-talbiet ta’ informazzjoni li jirċievu minn istituzzjonijiet finanzjarji, minn impriżi kbar u minn partijiet ikkonċernati oħra. Dan l-istandard volontarju għandu l-għan li jnaqqas il-ħtieġa li l-SMEs iwieġbu għal talbiet separati għal informazzjoni minn kontropartijiet individwali għall-finijiet tar-rapportar, id-diliġenza dovuta u l-ġestjoni tar-riskju tagħhom jew użi oħra ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Barra minn hekk, ir-rapportar volontarju tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà jista’ jiffaċilita l-aċċess għal finanzjament sostenibbli u jgħin lill-SMEs jifhmu u jimmonitorjaw aħjar il-prestazzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sostenibbiltà tagħhom stess, u b’hekk itejbu r-reżiljenza u l-kompetittività. |
|
(9) |
Aspett fundamentali ta’ standard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-SMEs huwa l-aċċettazzjoni tiegħu mis-suq, kemm min-naħa tal-utenti (jiġifieri l-aċċettazzjoni mis-sħab kummerċjali u mis-sħab finanzjarji li jissostitwixxu l-kwestjonarji tagħhom stess u minflok jużaw l-istandard biex jiġbru data dwar is-sostenibbiltà mill-SMEs) kif ukoll min-naħa tal-SMEs (jiġifieri l-SMEs li jaċċettaw l-istandard bħala għodda ta’ rapportar). |
|
(10) |
L-EFRAG żviluppa l-abbozz tiegħu ta’ parir tekniku dwar standard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-SMEs mhux elenkati (jew “VSME”) wara proċess dovut rigoruż li kien jinkludi konsultazzjoni pubblika u ttestjar fuq il-post tal-abbozz tal-istandard. L-SMEs infushom, kif ukoll l-utenti intenzjonati tal-informazzjoni rrapportata, esprimew l-appoġġ tagħhom għall-istandard VSME bħala għodda ta’ rapportar simplifikata u li hija kredibbli li tista’ tissostitwixxi parti sostanzjali mit-talbiet għall-informazzjoni li l-banek u l-impriżi l-kbar spiss jibagħtu lill-SMEs fil-ktajjen tal-valur tagħhom. L-EFRAG ippreżenta l-istandard VSME lill-Kummissjoni f’Diċembru 2024. |
|
(11) |
L-istandard tal-VSME żviluppat mill-EFRAG jinkludi modulu bażiku u modulu komprensiv. Ir-rapportar skont il-modulu bażiku huwa prerekwiżit għar-rapportar skont il-modulu komprensiv. Il-modulu bażiku huwa deskritt bħala l-“approċċ immirat” għall-mikroimpriżi. Dan ifisser li l-mikroimpriżi ma għandhomx għalfejn japplikaw il-modulu bażiku fl-intier tiegħu u huma mistiedna jużaw biss ċerti partijiet minnu. Għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-modulu bażiku huwa deskritt bħala r-“rekwiżit minimu” għar-rapportar skont l-istandard. Minbarra l-modulu bażiku u l-modulu komprensiv, l-EFRAG żviluppa wkoll gwida prattika komplementari biex jgħin lill-SMEs jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-istandard innifsu. Il-moduli bażiċi u komprensivi huma inklużi fl-Anness I ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, filwaqt li l-gwida prattika komplementari hija inkluża fl-Anness II. |
|
(12) |
Fis-26 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni adottat il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2013/34/UE, (UE) 2022/2464 u (UE) 2024/1760 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta korporattivi dwar is-sostenibbiltà (“il-Pakkett ta’ Simplifikazzjoni Omnibus” (11))), li tipproponi, fost l-oħrajn, għadd ta’ emendi għar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà introdotti mid-Direttiva (UE) 2022/2464 u għar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà fid-Direttiva (UE) 2024/1760. |
|
(13) |
Fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2022/2464, il-Kummissjoni tipproponi, fost l-oħrajn, li jitnaqqas l-għadd ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà. Skont il-Proposta tal-Kummissjoni, impriżi kbar biss b’aktar minn 1 000 impjegat jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Għal impriżi sa massimu ta’ 1 000 impjegat, il-Kummissjoni tipproponi li tadotta standard volontarju permezz ta’ att delegat. Tali standard volontarju jkun ibbażat fuq l-istandard VSME żviluppat mill-EFRAG. |
|
(14) |
Il-proposta ta’ simplifikazzjoni omnibus fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2022/2464 testendi u ssaħħaħ ukoll il-limitu massimu tal-katina tal-valur. Skont dik il-proposta, il-limitu massimu tal-katina tal-valur japplika direttament għall-impriża li tirrapporta, minflok ma jkun biss limitu fuq dak li l-ESRS jistgħu jispeċifikaw. Dan jipproteġi lill-impriżi kollha li, skont il-proposti ta’ simplifikazzjoni omnibus, ma jibqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE (jiġifieri impriżi sa massimu ta’ 1 000 impjegat) aktar milli sempliċiment SMEs kif inhu l-każ bħalissa. U l-limitu jkun definit mill-istandard volontarju tar-rapportar għall-użu minn impriżi b’massimu ta’ 1 000 impjegat, li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att delegat u bbażat fuq l-istandard VSME żviluppat mill-EFRAG, li huwa s-suġġett ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Barra minn hekk, il-proposta ta’ simplifikazzjoni omnibus tintroduċi wkoll limitu massimu tal-katina tal-valur marbut mal-istandard VSME fid-Direttiva (UE) 2024/1760 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva, għalkemm soġġett għal eċċezzjonijiet meħtieġa, rigward talbiet għal informazzjoni dwar l-immappjar tal-katina tal-valur. Għalhekk, il-kontenut tal-istandard futur ta’ rapportar volontarju għall-użu minn impriżi b’massimu ta’ 1 000 impjegat, jista’ jvarja mir-Rakkomandazzjoni attwali. L-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta dak l-istandard permezz ta’ att delegat, kif ukoll iż-żmien ta’ kwalunkwe adozzjoni bħal din, jiddependi mill-konklużjoni tan-negozjati bejn il-koleġiżlaturi dwar il-proposta ta’ simplifikazzjoni omnibus. |
|
(15) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija adottata bħala riżultat tal-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs tal-2023 u l-Istrateġija tas-Suq Uniku tal-2025. Dan jikkostitwixxi soluzzjoni intermedjarja biex tiġi indirizzata d-domanda tas-suq sakemm jiġi adottat standard volontarju bbażat fuq l-istandard VSME adottat mill-EFRAG permezz ta’ att delegat skont il-proposta ta’ simplifikazzjoni omnibus, li ż-żmien tiegħu se jiddependi fuq il-pass u l-konklużjoni tan-negozjati bejn il-koleġiżlaturi. Sadanittant, jibqa’ urġenti u meħtieġ li l-SMEs jiġu megħjuna jwieġbu għat-talbiet ta’ informazzjoni li diġà jirċievu minn istituzzjonijiet finanzjarji, minn kumpaniji kbar u minn partijiet ikkonċernati oħra. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi gwida lis-suq u b’hekk tnaqqas il-piż amministrattiv għall-SMEs u għal partijiet ikkonċernati oħra billi tħeġġeġ lill-SMEs jippubblikaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà bl-użu tal-istandard VSME żviluppat mill-EFRAG u billi tħeġġeġ lil dawk li jitolbu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mill-SMEs biex jużaw dan l-istandard sa fejn ikun possibbli. |
|
(16) |
Permezz ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tirrakkomanda li SMEs mhux elenkati u mikrointrapriżi li jixtiequ jirrapportaw b’mod volontarju informazzjoni dwar is-sostenibbiltà jenħtieġ li jagħmlu dan f’konformità mal-istandard VSME żviluppat mill-EFRAG. Għal dan l-għan, l-użu ta’ awtodikjarazzjonijiet minn SMEs mhux elenkati u minn mikroimpriżi jitqies proporzjonat. Dan ifisser li ma hemm l-ebda obbligu li tiġi pprovduta assigurazzjoni għall-informazzjoni rrapportata minn SMEs mhux elenkati u li awtodikjarazzjoni mill-SME hija biżżejjed. L-SMEs mhux elenkati u l-mikroimpriżi jistgħu jirreferu wkoll għall-gwida prattika żviluppata mill-EFRAG li takkumpanja l-istandard volontarju u tiffaċilita l-applikazzjoni prattika tal-istandard volontarju. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni ħeġġet lil korporattivi kbar u lil intermedjarji finanzjarji biex japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità meta jinvolvu ruħhom mal-SMEs u biex jeżerċitaw trażżin meta jitolbu informazzjoni mis-sħab fil-katina tal-valur tal-SMEs. (12) Wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, korporazzjonijiet kbar u intermedjarji finanzjarji jenħtieġ li jillimitaw, kemm jista’ jkun, tali talbiet għal informazzjoni li tkun koerenti mad-divulgazzjonijiet inklużi fil-VSME. |
|
(18) |
L-Istati Membri għandhom ukoll rwol importanti fis-sensibilizzazzjoni u fl-appoġġ għall-adozzjoni tal-istandard VSME, sabiex jiffaċilitaw it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u jissimplifikaw l-informazzjoni li l-SMEs iridu jipprovdu għat-talbiet differenti li jirċievu. F’konformità mal-objettiv ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-SMEs, huwa importanti li jintużaw soluzzjonijiet u għodod diġitali biex jiġi ffaċilitat ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-SMEs. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qed teżamina l-użu tal-fatturazzjoni elettronika (eInvoicing) sabiex tiġi estratta b’mod awtomatiku d-data rilevanti għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, f’konformità mal-istandard VSME stabbilit fl-Anness I. Il-Kummissjoni nediet ukoll il-proġett ewleni tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) tal-2025 bl-isem ‘Titjib tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għan-Negozji’, li għandu l-għan li jipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw appoġġ diġitali u jibnu l-kapaċità fil-livell nazzjonali għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mill-impriżi. |
|
(19) |
Fil-futur, in-negozji ż-żgħar jistgħu jkunu jridu jagħmlu l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP, European Single Access Point) sabiex isiru aktar viżibbli għall-investituri potenzjali, u b’hekk iżidu u jiddiversifikaw l-opportunitajiet ta’ finanzjament. Għal dan l-għan, in-negozji ż-żgħar ikollhom jipprovdu ċerta metadata u jużaw ċertu format għall-preżentazzjoni ta’ tali informazzjoni. |
|
(20) |
Għall-finijiet tal-għoti ta’ self sostenibbli jew biex isiru investimenti sostenibbli, is-selliefa jew l-investituri jistgħu jitolbu lill-SMEs tipi oħra ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà lil hinn minn dak diġà kopert mill-istandard VSME. Il-Kummissjoni se ssegwi separatament l-impenn li sar fil-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs biex iżżid il-finanzjament sostenibbli għall-SMEs, abbażi wkoll tar-rapport tal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli dwar is-Simplifikazzjoni tal-Finanzi Sostenibbli għall-SMEs u tibni fuq oqfsa eżistenti, bħad-dokument tal-każ dwar l-użu tal-garanzija tas-sostenibbiltà tal-InvestEU u l-Green Checker tal-Bank Ewropew tal-Investiment. |
|
(21) |
L-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbilit fl-Anness I jopera mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rapportar tal-impriżi li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Definizzjonijiet:
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)” tfisser impriżi kif msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2013/34/UE; |
|
(2) |
“mikroimpriża” tfisser impriża kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/34/UE; |
|
(3) |
“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser:
|
|
(4) |
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15); |
|
(5) |
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (26), tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). |
Rakkomandazzjonijiet lill-SMEs:
|
1. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li SMEs mhux elenkati u mikroimpriżi li jixtiequ jirrapportaw b’mod volontarju informazzjoni dwar is-sostenibbiltà jagħmlu dan f’konformità mal-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbilit fl-Anness I. |
|
2. |
L-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbilit fl-Anness I jista’ jintuża wkoll mill-SMEs u mill-mikroimpriżi f’pajjiżi terzi li jixtiequ jipprovdu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fuq bażi volontarja. |
|
3. |
L-impriżi li japplikaw l-istandard stabbilit fl-Anness I biex jirrapportaw l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà b’mod volontarju jistgħu jużaw ukoll il-gwida prattika inkluża fl-Anness II. |
Rakkomandazzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji, lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, lill-impriżi tal-assigurazzjoni, lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u lil impriżi oħra li jfittxu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mill-SMEs:
|
4. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE, meta jeħtieġu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mill-SMEs fil-ktajjen tal-valur tagħhom għall-finijiet tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, għandhom jillimitaw kemm jista’ jkun it-talbiet tagħhom għal tali informazzjoni għall-informazzjoni pprovduta skont l-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbilit fl-Anness I ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
5. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, meta jeħtieġu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mill-SMEs, għandhom jillimitaw kemm jista’ jkun it-talbiet tagħhom għal tali informazzjoni għall-informazzjoni pprovduta skont l-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbilit fl-Anness I. |
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri:
|
6. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jqajmu kuxjenza fost l-SMEs dwar il-benefiċċji tar-rapportar volontarju tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-istandard stabbilit fl-Anness I. |
|
7. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa fil-livell nazzjonali biex irawmu l-implimentazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-SMEs stabbilit fl-Anness I. |
|
8. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu wkoll il-miżuri xierqa fil-livell nazzjonali biex jinkoraġġixxu lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 biex jillimitaw kemm jista’ jkun it-talbiet tagħhom lill-SMEs u lill-mikroimpriżi biex l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tintuża għall-finijiet tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-informazzjoni pprovduta skont l-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbilit fl-Anness I. |
|
9. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa biex jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni awtomatika tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-SMEs abbażi tal-istandard stabbilit fl-Anness I, sabiex jiġi ffaċilitat skambju effiċjenti ta’ data li jirrispetta s-sjieda tad-data tal-SMEs. |
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Maria Luís ALBUQUERQUE
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2464/oj).
(2) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/34/oj).
(3) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/109/oj).
(4) Id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/56/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/537/oj).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, Brussell, 11.12.2019 COM (2019) 640 final.
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli”, Brussell, 8.3.2018 COM(2018) 97 final.
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal-31 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2772, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2772/oj.
(9) Id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).
(10) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, Strażburgu, 12.9.2023 COM(2023) 535 final.
(11) Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2013/34/UE, (UE) 2022/2464 u (UE) 2024/1760 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ diliġenza dovuta korporattivi dwar is-sostenibbiltà, Brussell, 26.2.2025 COM (2025) 81 final.
(12) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1425 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iffaċilitar tal-finanzjament għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli (ĠU L 174, 7.7.2023, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2023/1425/oj).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/345/oj).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/346/oj).
(15) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (riformulazzjoni) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/138/oj).
(16) Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj).
ANNESS I
Werrej
| Objettiv ta’ dan l-Istandard u għal liema impriżi japplika | 2 |
| Struttura ta’ dan l-Istandard | 3 |
| Prinċipji għat-tħejjija tar-rapport dwar is-sostenibbiltà (Modulu Bażiku u Komprensiv) | 4 |
| Modulu Bażiku | 6 |
| Modulu Bażiku – Informazzjoni Ġenerali | 6 |
|
B1 – |
Bażi għat-tħejjija | 12 |
|
B2 – |
Prattiki, politiki u inizjattivi futuri għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli | 12 |
| Modulu Bażiku – Metriċi ambjentali | 7 |
|
B3 – |
Enerġija u emissjonijiet tal-gassijiet serra | 13 |
|
B4 – |
Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija | 13 |
|
B5 – |
Bijodiversità | 13 |
|
B6 – |
Ilma | 14 |
|
B7 – |
Użu tar-riżorsi, ekonomija ċirkolari u mmaniġġjar tal-iskart | 14 |
| Modulu Bażiku – Metriċi soċjali | 8 |
|
B8 – |
Forza tax-xogħol – Karatteristiċi ġenerali | 14 |
|
B9 – |
Forza tax-xogħol – Saħħa u sikurezza | 14 |
|
B10 – |
Forza tax-xogħol – remunerazzjoni, negozjar kollettiv u taħriġ | 14 |
| Modulu Bażiku – Metriċi tal-governanza | 9 |
|
B11 – |
Kundanni u multi għall-korruzzjoni u t-tixħim | 15 |
| Modulu Komprensiv | 10 |
| Modulu Komprensiv – Informazzjoni ġenerali | 10 |
|
C1 – |
Strateġija: Mudell tan-Negozju u Sostenibbiltà – Inizjattivi Relatati | 15 |
|
C2 – |
Deskrizzjoni tal-prattiki, tal-politiki u tal-inizjattivi futuri għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli | 15 |
| Modulu Komprensiv – Metriċi Ambjentali | 10 |
| Kunsiderazzjoni fir-rapportar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt B3 (Modulu Bażiku) | 10 |
|
C3 – |
Miri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra u t-tranżizzjoni klimatika | 16 |
|
C4 – |
Riskji klimatiċi | 16 |
| Modulu Komprensiv – Metriċi Soċjali | 11 |
|
C5 – |
Karatteristiċi addizzjonali (ġenerali) tal-forza tax-xogħol | 17 |
|
C6 – |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-forza tax-xogħol proprja – Politiki u proċessi tad-drittijiet tal-bniedem | 17 |
|
C7 – |
Inċidenti severi negattivi marbuta mad-drittijiet tal-bniedem | 17 |
| Modulu Komprensiv – Metriċi tal-Governanza | 12 |
|
C8 – |
Dħul minn ċerti attivitajiet u esklużjoni mill-parametri referenzjarji tal-UE | 17 |
|
C9 – |
Proporzjon tad-diversità bejn il-ġeneri fil-korp ta’ governanza | 18 |
|
Appendiċi A: |
Termini definiti | 14 |
|
Appendiċi B: |
Lista ta’ kwistjonijiet possibbli ta’ sostenibbiltà | 21 |
|
Appendiċi C: |
Informazzjoni ta’ sfond għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li huma utenti tal-informazzjoni prodotta bl-użu ta’ dan l-Istandard (rikonċiljazzjoni ma’ regolamenti oħra tal-UE) | 24 |
Objettiv ta’ dan l-Istandard u għal liema impriżi japplika
|
1. |
L-objettiv ta’ dan l-Istandard volontarju huwa li jappoġġa lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju:
|
|
2. |
Dan l-Istandard huwa volontarju. Japplika għal impriżi (1) li t-titoli tagħhom ma humiex ammessi għall-kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni Ewropea (mhux elenkati). [L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE] jiddefinixxi tliet kategoriji ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ tagħhom, il-fatturat nett tagħhom u l-għadd medju ta’
impjegati
tagħhom matul is-sena finanzjarja.
|
|
3. |
Dawn l-impriżi jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD, Corporate Sustainability Reporting Directive) iżda huma mħeġġa jużaw dan l-Istandard. Dan l-Istandard ikopri l-istess kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà bħall-Istandards Ewropej ta’ Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS, European Sustainability Reporting Standards) għal impriżi kbar. Madankollu, huwa proporzjonat u għalhekk iqis il-karatteristiċi fundamentali tal-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Il-mikrointrapriżi huma mistiedna jużaw biss ċerti partijiet ta’ dan l-Istandard kif enfasizzat fil-paragrafu 5(a). |
|
4. |
Il-konsistenza mal-ESRS għall-impriżi kbar ġiet ikkunsidrata bir-reqqa fit-tħejjija ta’ dan l-Istandard filwaqt li ġew iddefiniti rekwiżiti proporzjonati. Dan l-Istandard ma għandu l-ebda awtorità legali għall-kuntrarju tal-ESRS għall-impriżi kbar. |
Struttura ta’ dan l-Istandard
|
5. |
Dan l-Istandard għandu żewġ moduli li l-impriża tista’ tuża biex tħejji r-rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà:
Il-paragrafu 24 ta’ hawn taħt juri l-għażliet disponibbli għat-tħejjija ta’ rapport dwar is-sostenibbiltà bl-użu ta’ dan l-Istandard billi jadotta wieħed jew aktar minn dawn il-moduli. Ladarba jintgħażel, għandu jkun hemm konformità ma’ modulu fl-intier tiegħu (bi flessibbiltà permessa skont il-paragrafu 22); madankollu, kull entrata ta’ divulgazzjoni għandha tiġi pprovduta biss meta tkun applikabbli għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-impriża. |
|
6. |
L-applikazzjoni tal-Modulu Bażiku hija prerekwiżit għall-applikazzjoni tal-Modulu Komprensiv. |
|
7. |
L-Appendiċi A Termini definiti jinkludi d-definizzjonijiet tat-termini użati f’dan l-Istandard. Permezz tal-Istandard VSME, it-termini definiti fil-glossarju tad-definizzjonijiet (l-Appendiċi A) jitqiegħdu b’ tipa grassa korsiva , ħlief meta terminu definit jintuża aktar minn darba fl-istess paragrafu. |
Prinċipji għat-tħejjija tar-rapport dwar is-sostenibbiltà (Modulu Bażiku u Komprensiv)
Konformità ma’ dan l-Istandard
|
8. |
Dan l-Istandard jistabbilixxi rekwiżiti li jippermettu lill-impriża tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar:
|
|
9. |
L-impriża għandha tirrapporta informazzjoni li tkun rilevanti, fidila, komparabbli, tinftiehem u verifikabbli. |
|
10. |
Skont it-tip ta’ attivitajiet imwettqa mill-impriża, l-inklużjoni ta’ informazzjoni addizzjonali (metriċi u/jew divulgazzjonijiet narrattivi) mhux koperta f’dan l-Istandard hija xierqa sabiex jiġu ddivulgati kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà li huma komuni fis-settur tal-impriża (jiġifieri li tipikament jiltaqgħu magħhom in-negozji jew l-entitajiet li joperaw f’industrija jew f’qasam speċifiku) jew li huma speċifiċi għall-impriża, peress li dan jappoġġa t-tħejjija ta’ informazzjoni rilevanti, leali, komparabbli, li tinftiehem u li hija verifikabbli. Dan jinkludi l-kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 (ara l-paragrafi 50 sa 53 ta’ dan l-Istandard). L-Appendiċi B jipprovdi lista ta’ kwistjonijiet possibbli ta’ sostenibbiltà. |
|
11. |
L-impriża tista’ tikkomplementa l-metriċi mill-moduli bażiċi u komprensivi b’informazzjoni kwalitattiva u/jew kwantitattiva addizzjonali fejn xieraq f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ hawn fuq. |
Informazzjoni komparattiva
|
12. |
L-impriża għandha tirrapporta informazzjoni komparattiva fir-rigward tas-sena preċedenti ħlief għall-metriċi divulgati għall-ewwel darba. L-impriża għandha tirrapporta informazzjoni komparattiva mit-tieni sena ta’ rapportar. |
Il-prinċipju “jekk applikabbli”
|
13. |
Ċerti divulgazzjonijiet japplikaw biss għal ċirkostanzi speċifiċi (2). B’mod partikolari, l-istruzzjonijiet mogħtija f’kull divulgazzjoni jispeċifikaw dawn iċ-ċirkostanzi u l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata biss jekk titqies “applikabbli” mill-impriża. Meta waħda minn dawn id-divulgazzjonijiet titħalla barra, huwa preżunt li ma tkunx applikabbli. |
Inklużjoni ta’ sussidjarji fid-data rrapportata
|
14. |
Jekk l-impriża tkun kumpanija omm ta’ grupp, huwa rrakkomandat li tħejji r-rapport dwar is-sostenibbiltà tagħha fuq bażi konsolidata, inkluża informazzjoni mis-sussidjarji tagħha. |
|
15. |
Jekk il-kumpanija omm tkun ħejjiet ir-rapport ta’ sostenibbiltà tagħha fuq bażi konsolidata, inkluża informazzjoni mis-sussidjarji tagħha, l-impriżi sussidjarji jkunu eżentati mir-rapportar. |
Żmien u post tar-rapport dwar is-sostenibbiltà
|
16. |
Jekk rapport dwar is-sostenibbiltà jitħejja biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ impriżi jew banek kbar li jeħtieġu aġġornament kull sena, dan għandu jitħejja kull sena. Jekk l-impriża tħejji rapporti finanzjarji, ir-rapport dwar is-sostenibbiltà għandu jitħejja b’perjodu ta’ żmien li jkun konsistenti mat-tħejjija tar-rapport finanzjarju. Jekk il-punti tad-data speċifiċi ma jkunux inbidlu mis-sena ta’ rapportar preċedenti, l-impriża tista’ tindika li ma seħħ l-ebda tibdil u tirreferi għall-informazzjoni pprovduta għal dak il-punt ta’ data speċifiku fir-rapport tas-sena ta’ qabel. |
|
17. |
Il-funzjoni primarja ta’ dan ir-rapport hija li jinforma lill-kontropartijiet kummerċjali attwali jew potenzjali. L-impriża tista’ tiddeċiedi li tagħmel ir-rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà disponibbli għall-pubbliku. F’dan il-każ, l-impriża tista’ tippreżenta r-rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà f’taqsima separata tar-rapport ta’ ġestjoni, jekk ikollha wieħed. Inkella, l-impriża tista’ tippreżenta r-rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà bħala dokument separat. |
|
18. |
Sabiex tiġi evitata l-pubblikazzjoni tal-istess informazzjoni darbtejn, l-impriża tista’ tirreferi, fir-rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà, għad-divulgazzjonijiet ippubblikati f’dokumenti oħra li jistgħu jiġu aċċessati fl-istess żmien tar-rapport dwar is-sostenibbiltà (3). |
Informazzjoni klassifikata u sensittiva
|
19. |
Meta l-għoti tad-divulgazzjonijiet f’dan l-Istandard ikun jeħtieġ divulgazzjoni ta’ informazzjoni klassifikata jew sensittiva , l-impriża tista’ tħalli barra tali informazzjoni. Jekk l-impriża tiddeċiedi li tħalli barra din l-informazzjoni, għandha tiddikjara li dan huwa l-każ taħt id-divulgazzjoni B1 (ara l-paragrafu 24). |
Koerenza u rabtiet mad-divulgazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji
|
20. |
Jekk l-impriża tħejji wkoll rapporti finanzjarji, l-informazzjoni pprovduta fir-rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà skont dan l-Istandard għandha:
|
Modulu Bażiku
|
21. |
L-impriża għandha tirrapporta dwar il-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ kondotta kummerċjali tagħha (flimkien il-“kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà”) bl-użu tad-divulgazzjonijiet minn B1 sa B11 hawn taħt. |
|
22. |
Jekk l-impriża tkun trid tipprovdi informazzjoni aktar komprensiva, tista’ tintegra wkoll il-metriċi meħtieġa minn B1 sa B11 mad-divulgazzjonijiet, billi tagħżilhom mill-Modulu Komprensiv. |
|
23. |
Gwida addizzjonali dwar id-divulgazzjonijiet B1 sa B11 hija disponibbli fil-paragrafi 1 sa 144 tal-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
MODULU BAŻIKU – INFORMAZZJONI ĠENERALI
B1 – Bażi għat-tħejjija
|
24. |
L-impriża għandha tiddivulga:
|
|
25. |
Jekk l-impriża tkun kisbet kwalunkwe ċertifikazzjoni jew tikketta relatata mas-sostenibbiltà, għandha tipprovdi deskrizzjoni qasira tagħha (inklużi, fejn rilevanti, l-emittenti taċ-ċertifikazzjoni jew tat-tikketta, id-data u l-punteġġ tal-klassifikazzjoni). |
B2 – Prattiki, politiki u inizjattivi futuri għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli
|
26. |
Jekk l-impriża tkun stabbiliet prattiki, politiki jew inizjattivi futuri speċifiċi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, hija għandha tiddikjara dan. L-impriża għandha tiddikjara jekk għandhiex:
|
|
27. |
Dawk il-prattiki, politiki u inizjattivi futuri jinkludu dak li l-impriża tagħmel biex tnaqqas l- impatti negattivi tagħha u biex ittejjeb l-impatti pożittivi tagħha fuq in-nies u fuq l-ambjent, sabiex tikkontribwixxi għal ekonomija aktar sostenibbli. L-Appendiċi B jipprovdi lista ta’ kwistjonijiet possibbli ta’ sostenibbiltà li jistgħu jiġu koperti f’din id-divulgazzjoni. L-impriża tista’ tuża l-mudell li jinsab fil-paragrafu 14 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex tirrapporta din l-informazzjoni. |
|
28. |
Jekk l-impriża tirrapporta wkoll dwar il-Modulu Komprensiv, hija għandha tissupplimenta l-informazzjoni pprovduta taħt B2 bid-data li tinsab f’C2. |
MODULU BAŻIKU – METRIĊI AMBJENTALI
B3 – Enerġija u emissjonijiet tal-gassijiet serra
|
29. |
L-impriża għandha tiddivulga l-konsum totali tal-enerġija tagħha f’MWh, b’diżaggregazzjoni skont it-tabella ta’ hawn taħt, jekk tkun tista’ tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tipprovdi dik id-diżaggregazzjoni:
|
|
30. |
L-impriża għandha tiddivulga
l-emissjonijiet stmati ta’ gassijiet serra (GHG, greenhouse gas) grossi
f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (tCO2eq) b’kunsiderazzjoni tal-kontenut tal-Istandard Korporattiv tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra (verżjoni 2004), inklużi:
|
|
31. |
L-impriża għandha tiddivulga l-intensità tal-gassijiet serra tagħha kkalkolata bid-diviżjoni tal-“ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) gross ” iddivulgati taħt il-paragrafu 30 bil-“fatturat (f’unitajiet monetarji)” iddivulgat skont il-paragrafu 24(e)(iv) (5). |
B4 – Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija
|
32. |
Jekk l-impriża tkun diġà meħtieġa bil-liġi jew b’regolamenti nazzjonali oħra li tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tagħha, jew jekk tirrapporta volontarjament dwarhom skont Sistema ta’ Ġestjoni ambjentali, hija għandha tiddivulga s-sustanzi niġġiesa li tarmi fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija fl-operazzjonijiet tagħha stess, bl-ammont rispettiv għal kull sustanza niġġiesa. Jekk din l-informazzjoni tkun diġà disponibbli għall-pubbliku, l-impriża tista’ alternattivament tirreferi għad-dokument fejn hija rrapportata, pereżempju, billi tipprovdi l-link tal-URL rilevanti jew billi tinkorpora hyperlink. |
B5 – Bijodiversità
|
33. |
L-impriża għandha tiddivulga l-għadd u l-erja (f’ettari jew m2) ta’ siti li hija għandha, kriet, jew tiġġestixxi f’ żona sensittiva mil-lat tal-bijodiversità jew qribha . |
|
34. |
L-impriża tista’ tiddivulga metriċi relatati mal-
użu tal-art
(f’ettari jew m2):
|
B6 – Ilma
|
35. |
L-impriża għandha tiddivulga l- estrazzjoni tal-ilma totali tagħha, jiġifieri l-ammont ta’ ilma li jinġibed fil-konfini tal-organizzazzjoni (jew tal-faċilità); barra minn hekk, l-impriża għandha tippreżenta separatament l-ammont ta’ ilma estratt f’ siti li jinsabu f’żoni ta’ stress idriku għoli. |
|
36. |
Jekk l-impriża jkollha fis-seħħ proċessi ta’ produzzjoni li jikkonsmaw ammont sinifikanti ta’ ilma (eż. proċessi tal-enerġija termali bħat-tnixxif jew il-produzzjoni tal-enerġija, il-produzzjoni tal-merkanzija, l-irrigazzjoni agrikola, eċċ.), hija għandha tiddivulga l- konsum tal-ilma tagħha kkalkolat bħala d-differenza bejn l- estrazzjoni tal-ilma u l-iskariku tal-ilma mill-proċess tal-produzzjoni tagħha. |
B7 – Użu tar-riżorsi, ekonomija ċirkolari u mmaniġġjar tal-iskart
|
37. |
L-impriża għandha tiddivulga jekk tapplikax prinċipji ta’ ekonomija ċirkolari u, jekk iva, kif tapplika dawn il-prinċipji. |
|
38. |
L-impriża għandha tiddivulga:
|
MODULU BAŻIKU – METRIĊI SOĊJALI
B8 – Forza tax-xogħol – Karatteristiċi ġenerali
|
39. |
L-impriża għandha tiddivulga l-għadd ta’
impjegati
f’għadd ta’ persuni jew f’ekwivalenti għall-full time għall-metriċi li ġejjin:
|
|
40. |
Jekk l-impriża timpjega 50 impjegat jew aktar, hija għandha tiddivulga r-rata tad-dawran tal-impjegati għall-perjodu ta’ rapportar. |
B9 – Forza tax-xogħol – Saħħa u sikurezza
|
41. |
L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar l-
impjegati
tagħha:
|
B10 – Forza tax-xogħol – remunerazzjoni, negozjar kollettiv u taħriġ
|
42. |
L-impriża għandha tiddivulga:
|
MODULU BAŻIKU – METRIĊI TAL-GOVERNANZA
B11 – Kundanni u multi għall-korruzzjoni u t-tixħim
|
43. |
Fil-każ ta’ kundanni u multi fil-perjodu ta’ rapportar, l-impriża għandha tiddivulga l-għadd ta’ kundanni, u l-ammont totali ta’ multi mġarrba għall-ksur tal-liġijiet kontra l- korruzzjoni u kontra t- tixħim . |
Modulu Komprensiv
|
44. |
Dan il-modulu jipprovdi divulgazzjonijiet biex jiġu indirizzati b’mod komprensiv il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tas-sħab kummerċjali tal-impriża, bħall-investituri, il-banek u l-klijenti korporattivi flimkien ma’ dawk inklużi fil-Modulu Bażiku. Id-divulgazzjonijiet f’dan il-modulu jirriflettu l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fis-suq finanzjarju u tal-klijenti korporattivi skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti. Dawn jirriflettu wkoll l-informazzjoni meħtieġa mis-sħab kummerċjali, biex jivvalutaw il-profil tar-riskju tas-sostenibbiltà tal-impriża, eż. bħala fornitur (potenzjali) jew mutwatarju (potenzjali). |
|
45. |
It-test ta’ hawn taħt jipprovdi l-lista ta’ divulgazzjonijiet minn C1 sa C9 li għandhom jitqiesu u jiġu rrapportati, jekk ikunu applikabbli għan-negozju u għall-organizzazzjoni tal-impriża. Meta waħda minn dawn id-divulgazzjonijiet titħalla barra, huwa preżunt li ma tkunx applikabbli. |
|
46. |
Gwida addizzjonali dwar id-divulgazzjonijiet C1 sa C9 hija disponibbli fil-paragrafi 145 sa 180 tal-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
MODULU KOMPRENSIV – INFORMAZZJONI ĠENERALI
C1 – Strateġija: Mudell tan-Negozju u Sostenibbiltà – Inizjattivi Relatati
|
47. |
L-impriża għandha tiddivulga l-elementi ewlenin tal-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħha, inklużi:
|
C2 – Deskrizzjoni tal-prattiki, tal-politiki u tal-inizjattivi futuri għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli
|
48. |
Jekk l-impriża tkun stabbiliet prattiki, politiki jew inizjattivi futuri speċifiċi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, li tkun diġà rrapportathom taħt id-divulgazzjoni B2 fil-Modulu Bażiku, hija għandha tiddeskrivihom fil-qosor. L-impriża tista’ tuża l-mudell li jinsab fil-paragrafu 149 tal-Anness II ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għal dan il-għan. |
|
49. |
L-impriża tista’ tindika l-aktar livell għoli fost l-impjegati tagħha li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki meta dan ikun ġie ddeterminat mill-impriża. |
MODULU KOMPRENSIV – METRIĊI AMBJENTALI
Kunsiderazzjoni fir-rapportar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt B3 (Modulu Bażiku)
|
50. |
Skont it-tip ta’ attivitajiet imwettqa mill-impriża, id-divulgazzjoni ta’ kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 tagħha tista’ tkun xierqa (ara l-paragrafu 10 ta’ dan l-Istandard) biex tingħata informazzjoni rilevanti dwar l- impatti fuq il-katina tal-valur tal-impriża fuq it-tibdil fil-klima. |
|
51. |
L-emissjonijiet tal-Ambitu 3 huma emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra (għajr dawk tal-Ambitu 2) li jirriżultaw mill- katina tal-valur tal-impriża. Dawn jinkludu l-attivitajiet li huma upstream mill-operazzjonijiet tal-impriża (eż. oġġetti u servizzi mixtrija, oġġetti kapitali mixtrija, trasport ta’ oġġetti mixtrija, eċċ.) u attivitajiet li huma downstream mill-operazzjonijiet tal-impriża (eż. it-trasport u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-impriża, l-użu ta’ prodotti mibjugħa, l-investimenti, eċċ.). |
|
52. |
Jekk l-impriża tiddeċiedi li tipprovdi din il-metrika, għandha tirreferi għall-15-il tip ta’ emissjonijiet tal-Ambitu 3 identifikati mill-Istandard Korporattiv tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra u deskritt fid-dettall mill-Istandard Kontabilistiku u tar-Rapportar tal-Katina tal-Valur Korporattiva tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra (l-Ambitu 3). Meta tirrapporta dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3, l-impriża għandha tinkludi kategoriji sinifikanti tal-Ambitu 3 (skont l-Istandard Kontabilistiku u tar-Rapportar tal-Katina tal-Valur Korporattiva tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra (l-Ambitu 3)) abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess tal-kategoriji rilevanti tal-Ambitu 3. L-impriżi jistgħu jsibu gwida ulterjuri dwar metodi speċifiċi ta’ kalkolu għal kull kategorija fil-gwida teknika tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-Ambitu 3. |
|
53. |
Meta tirrapporta l-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u tal-Ambitu 2 tagħha, jekk l-impriża tiddivulga informazzjoni speċifika għall-entità dwar l-emissjonijiet tal-Ambitu 3 tagħha, hija għandha tippreżentaha flimkien mal-informazzjoni meħtieġa taħt B3 – Enerġija u emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
C3 – Miri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra u t-tranżizzjoni klimatika
|
54. |
Jekk l-impriża tkun stabbiliet
miri
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, hija għandha tiddivulga l-miri tagħha f’valuri assoluti għall-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u tal-Ambitu 2. F’konformità mal-paragrafi 50 sa 53 ta’ hawn fuq u jekk tkun stabbiliet miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Ambitu 3, l-impriża għandha tipprovdi wkoll miri għall-emissjonijiet sinifikanti tal-Ambitu 3. B’mod partikolari, għandha tipprovdi:
|
|
55. |
Jekk l-impriża li topera f’setturi b’impatt klimatiku għoli (6) tkun adottat pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, hija tista’ tipprovdi informazzjoni dwarha, inkluża spjegazzjoni ta’ kif qed tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. |
|
56. |
F’każ li l-impriża topera f’setturi ta’ impatt qawwi fuq il-klima u ma jkollhiex pjan ta’ tranżizzjoni fis-seħħ għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, hija għandha tindika jekk hux se tadotta tali pjan ta’ tranżizzjoni, u jekk iva, meta. |
C4 – Riskji klimatiċi
|
57. |
Jekk l-impriża tkun identifikat perikli relatati mal-klima u avvenimenti ta’ tranżizzjoni relatati mal-klima, li joħolqu riskji grossi relatati mal-klima għall-impriża, hija għandha:
|
|
58. |
L-impriża tista’ tiddivulga l-effetti negattivi potenzjali tar-riskji klimatiċi li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni finanzjarja jew l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju jew twil, filwaqt li tindika jekk tivvalutax ir-riskji bħala għoljin, medji, jew baxxi. |
MODULU KOMPRENSIV – METRIĊI SOĊJALI
C5 – Karatteristiċi addizzjonali (ġenerali) tal-forza tax-xogħol
|
59. |
Jekk l-impriża timpjega 50 impjegat jew aktar, hija tista’ tiddivulga l-proporzjon bejn in-nisa u l-irġiel fil-livell tal-maniġment għall-perjodu ta’ rapportar. |
|
60. |
Jekk l-impriża timpjega 50 impjegat jew aktar, hija tista’ tiddivulga n-numru ta’ dawk li jaħdmu għal rashom mingħajr persunal li qed jaħdmu esklużivament għall-impriża, u l-ħaddiema temporanji pprovduti minn impriżi primarjament imqabbdin għal “attivitajiet ta’ impjieg”. |
C6 – Informazzjoni addizzjonali dwar il-forza tax-xogħol proprja – Politiki u proċessi tad-drittijiet tal-bniedem
|
61. |
L-impriża għandha tiddivulga tweġiba għall-mistoqsijiet li ġejjin.
|
C7 – Inċidenti severi negattivi marbuta mad-drittijiet tal-bniedem
|
62. |
L-impriża għandha tiddivulga tweġiba għall-mistoqsijiet li ġejjin:
|
MODULU KOMPRENSIV – METRIĊI TAL-GOVERNANZA
C8 – Dħul minn ċerti attivitajiet u esklużjoni mill-parametri referenzjarji tal-UE
|
63. |
Jekk l-impriża tkun attiva f’wieħed jew aktar mis-setturi li ġejjin, hija għandha tiddivulga d-dħul relatat derivat minn attivitajiet fl-oqsma ta’:
|
|
64. |
L-impriża għandha tiddivulga jekk hijiex eskluża minn kwalunkwe parametru referenzjarju tal-UE li huwa allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi kif deskritt fil-paragrafu 177 tal-Anness II ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
C9 – Proporzjon tad-diversità bejn il-ġeneri fil-korp ta’ governanza
|
65. |
Jekk l-impriża jkollha korp ta’ governanza fis-seħħ, l-impriża għandha tiddivulga l-proporzjon relatat tad-diversità bejn il-ġeneri. |
(1) Dawn jinkludu l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, impriżi mhux inkorporati u mikrointrapriżi elenkati.
(2) Pereżempju, ir-rekwiżit legali li tiġi divulgata informazzjoni speċifika, jew li diġà tkun qed tiġi divulgata b’mod volontarju informazzjoni speċifika permezz ta’ Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali.
(3) F’verżjoni futura tal-għodda online tal-Istandard VSME, meta jkun xieraq, l-impriża tista’ tirreferi għad-divulgazzjonijiet ippubblikati f’dokumenti oħra għajr fir-rapport dwar is-sostenibbiltà bl-użu tal-inkorporazzjoni b’referenza. Tali referenza ssir billi jiġi inkluż in-numru tal-paġna tas-sors rilevanti, dment li l-format PDF tad-dokument tas-sors ikun disponibbli wkoll fil-verżjoni tal-għodda online.
(4) L-indirizz irreġistrat huwa l-indirizz uffiċjali tal-impriża.
(5) F’verżjoni futura tal-għodda online tal-Istandard VSME, dan se jiġi kkalkolat awtomatikament.
(6) Is-setturi b’impatt qawwi fuq il-klima huma dawk elenkati fit-Taqsimiet A sa H u fit-Taqsima M tan-NACE, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2023/137.
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
Appendiċi A:
Termini definiti
Dan l-appendiċi huwa parti integrali minn dan l-Istandard.
|
Terminu definit |
Definizzjoni |
||||||
|
Prevenzjoni tal-aċċidenti |
Il-prevenzjoni tal-aċċidenti tirreferi għall-politiki u l-inizjattivi biex jiġu evitati l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u jiġu żgurati s-sikurezza u l-benesseri tal-impjegati. Din mhux biss tinkludi miżuri biex jitnaqqsu r-riskji fiżiċi iżda tinvolvi wkoll it-trawwim ta’ ambjent tax-xogħol sikur u inklużiv mingħajr diskriminazzjoni u fastidju. |
||||||
|
Azzjonijiet |
L-azzjonijiet jirreferu għal (i) azzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni (inklużi l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni) li jitwettqu sabiex jiġi żgurat li l-impriża tilħaq il-miri stabbiliti u li permezz tagħhom l-impriża tfittex li tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali; u (ii) deċiżjonijiet li jappoġġawhom b’riżorsi finanzjarji, umani jew teknoloġiċi. |
||||||
|
Komunitajiet affettwati |
Persuni jew grupp(i) li jgħixu jew jaħdmu fl-istess żona li kienu jew jistgħu jiġu affettwati mill-operazzjonijiet ta’ impriża li tirrapporta jew permezz tal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha. Il-komunitajiet affettwati jistgħu jvarjaw minn dawk li jgħixu qrib l-operazzjonijiet tal-impriża (komunitajiet lokali) għal dawk li jgħixu ’l bogħod. Il-komunitajiet affettwati jinkludu popli indiġeni attwalment u potenzjalment affettwati. |
||||||
|
Żona sensittiva mil-lat tal-bijodiversità |
Iż-żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità jinkludu: In-network Natura 2000 ta’ żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u ż-Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità (“KBAs”, Key Biodiversity Areas), kif ukoll żoni protetti oħra, kif imsemmi fl-Appendiċi D tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139. |
||||||
|
Tixħim |
Persważjoni b’mod diżonest lil xi ħadd sabiex jaġixxi favur tiegħek billi tagħtihom rigal ta’ flus jew inċentiv ieħor. |
||||||
|
Kondotta Kummerċjali |
Il-kwistjonijiet li ġejjin kollettivament jissejħu “kondotta kummerċjali jew kwistjonijiet ta’ kondotta kummerċjali”:
|
||||||
|
Tħaddim tat-Tfal |
Xogħol li jċaħħad lit-tfal mit-tfulija, mill-potenzjal, u mid-dinjità tagħhom u jagħmel ħsara lill-iżvilupp fiżiku u mentali tagħhom. Dan jinkludi xogħol li huwa mentalment, fiżikament, soċjalment, jew moralment perikoluż u/jew li jinterferixxi mal-edukazzjoni tagħhom (billi jċaħħadhom mill-opportunità li jattendu l-iskola). |
||||||
|
Negozjar kollettiv |
In-negozjati kollha li jseħħu bejn impjegatur, grupp ta’ impjegaturi jew organizzazzjoni waħda jew aktar tal-impjegaturi, minn naħa waħda, u trade unions waħda jew aktar jew, fin-nuqqas tagħhom, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema eletti u awtorizzati kif xieraq minnhom f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali, min-naħa l-oħra, għal dawn: (i) id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg; u/jew (ii) ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema; u/jew ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi jew l-organizzazzjonijiet tagħhom u organizzazzjoni tal-ħaddiema jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema. |
||||||
|
Korruzzjoni |
L-abbuż tas-setgħa fdata għal gwadann privat, li jista’ jiġi instigat minn individwi jew minn organizzazzjonijiet. Jinkludi prattiki bħal pagamenti ta’ faċilitazzjoni, frodi, estorsjoni, kollużjoni, u ħasil tal-flus. Jinkludi wkoll offerta jew riċevuta ta’ kwalunkwe rigal, self, tariffa, premju, jew vantaġġ ieħor lil jew minn kwalunkwe persuna bħala inċentiv sabiex tagħmel xi ħaġa li tkun diżonesta, illegali, jew ksur ta’ fiduċja fil-kondotta kummerċjali tal-impriża. Dan jista’ jinkludi benefiċċji fi flus jew in natura, bħal oġġetti, rigali, u btajjel mingħajr pagament, jew servizzi personali speċjali pprovduti għall-finijiet ta’ vantaġġ mhux xieraq, jew li jistgħu jirriżultaw fi pressjoni morali sabiex jiġi riċevut tali vantaġġ. |
||||||
|
Konsumaturi |
Individwi li jakkwistaw, jikkunsmaw jew jużaw oġġetti u servizzi għall-użu personali, jew għalihom infushom jew għal ħaddieħor, u mhux għal skopijiet ta’ bejgħ mill-ġdid, kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni. |
||||||
|
Informazzjoni klassifikata |
Informazzjoni klassifikata tal-UE kif definita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2013/488/UE) jew klassifikata minn wieħed mill-Istati Membri u mmarkata skont l-Appendiċi B ta’ dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill. Informazzjoni klassifikata tal-UE tfisser kwalunkwe informazzjoni deżinjata bi klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-UE, li d-divulgazzjoni mhux awtorizzata tagħha tista’ tikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri. L-informazzjoni klassifikata tista’ tiġi kklassifikata skont erba’ livelli: l-ogħla livell ta’ segretezza, sigrieta, kunfidenzjali, ristretta (abbażi tad-definizzjoni mid-Deċiżjoni tal-Kunsill). |
||||||
|
Prinċipji tal-ekonomija ċirkolari |
Il-prinċipji Ewropej tal-ekonomija ċirkolari huma l-utilizzabbiltà; ir-riutilizzabbiltà; il-possibbiltà ta’ tiswija; iż-żarmar; il-manifattura mill-ġdid jew ir-rikondizzjonar; ir-riċiklaġġ; ir-riċirkolazzjoni permezz taċ-ċiklu bijoloġiku; ottimizzazzjoni potenzjali oħra tal-użu tal-prodott u tal-materjal. |
||||||
|
Adattament għat-tibdil fil-klima |
Il-proċess ta’ aġġustament għat-tibdil fil-klima attwali u mistenni u l-impatti tiegħu. |
||||||
|
Riskji fiżiċi relatati mal-klima |
Riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima li jistgħu jkunu xprunati minn avvenimenti (akuti) jew minn bidliet fit-tul (kroniċi) fix-xejriet klimatiċi. Ir-riskji fiżiċi akuti jirriżultaw minn perikli partikolari, speċjalment avvenimenti relatati mat-temp bħal maltempati, għargħar, nirien jew mewġiet ta’ sħana. Ir-riskji fiżiċi kroniċi jirriżultaw minn bidliet fit-tul fil-klima, bħal bidliet fit-temperatura, u l-effetti tagħhom fuq il-livelli tal-baħar li qed jogħlew, id-disponibbiltà mnaqqsa tal-ilma, it-telf tal-bijodiversità u l-bidliet fil-produttività tal-art u tal-ħamrija. |
||||||
|
Emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra (Ambitu 1) |
Emissjonijiet ta’ gassijiet serra diretti minn sorsi li huma proprjetà tal-impriża jew ikkontrollati minnha. |
||||||
|
Diskriminazzjoni |
Id-diskriminazzjoni tista’ sseħħ direttament jew indirettament. Id-diskriminazzjoni diretta sseħħ meta individwu jiġi ttrattat b’mod inqas favorevoli meta mqabbel ma’ kif jiġi ttrattat ħaddieħor, li jinsab f’sitwazzjoni simili. Diskriminazzjoni indiretta sseħħ meta regola li tidher newtrali tkun ta’ żvantaġġ għal persuna jew għal grupp li jkollu l-istess karatteristiċi. |
||||||
|
Impjegat |
Individwu li jkun f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. |
||||||
|
Utenti finali |
Individwi li fl-aħħar mill-aħħar jużaw jew li huma maħsubin li fl-aħħar mill-aħħar jużaw prodott jew servizz partikolari. |
||||||
|
Xogħol Furzat |
Kull xogħol jew servizz li jitwettaq minn kwalunkwe persuna taħt it-theddida ta’ xi penali u li l-persuna ma tkunx offriet li tagħmlu hija stess minn jeddha skont il-Konvezjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29). It-terminu jinkludi s-sitwazzjonijiet kollha li fihom il-persuni jiġu mġiegħla bi kwalunkwe mezz biex jaħdmu. |
||||||
|
Mekkaniżmu ta’ lmentar |
Kwalunkwe proċess ta’ rutina, ibbażat fuq l-Istat jew mhux ibbażat fuq l-Istat, ġudizzjarju jew mhux ġudizzjarju li permezz tiegħu l-partijiet ikkonċernati jistgħu jqajmu lmenti u jfittxu rimedju. Eżempji ta’ mekkaniżmi ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji ta’ lmentar bbażati fuq l-Istat jinkludu qrati, tribunali industrijali, istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali skont il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, l-uffiċċji tal-ombudsperson, l-aġenziji għall-protezzjoni tal-konsumatur, il-korpi regolatorji ta’ sorveljanza, u l-uffiċċji tal-ilmenti mmexxijin mill-gvern. Il-mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ibbażati fuq l-Istat jinkludu dawk amministrati mill-organizzazzjoni, jew waħedha jew flimkien ma’ partijiet ikkonċernati, bħal mekkaniżmi ta’ lmentar fil-livell operazzjonali u n-negozjar kollettiv, inklużi l-mekkaniżmi stabbiliti min-negozjar kollettiv. Dawn jinkludu wkoll mekkaniżmi amministrati minn assoċjazzjonijiet tal-industrija, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew minn gruppi b’diversi partijiet ikkonċernati. Il-mekkaniżmi ta’ lmentar fil-livell operazzjonali huma amministrati mill-organizzazzjoni waħedha jew inkella f’kollaborazzjoni ma’ partijiet oħrajn u huma direttament aċċessibbli mill-partijiet ikkonċernati tal-organizzazzjoni. Jippermettu li l-ilmenti jiġu identifikati u indirizzati kmieni u direttament, u b’hekk jipprevjenu kemm il-ħsara kif ukoll l-ilmenti milli jeskalaw. Jipprovdu wkoll feedback importanti dwar l-effettività tad-diliġenza dovuta tal-organizzazzjoni minn dawk li huma affettwati direttament. Skont il-Prinċipju Gwida 31 tan-NU, mekkaniżmi effettivi ta’ lmentar huma leġittimi, aċċessibbli, prevedibbli, ekwi, trasparenti, kompatibbli mad-drittijiet, u sors ta’ apprendiment kontinwu. Minbarra dawn il-kriterji, mekkaniżmi effettivi ta’ lmentar fil-livell operazzjonali huma bbażati wkoll fuq l-involviment u fuq id-djalogu. Jista’ jkun aktar diffiċli għall-organizzazzjoni li tivvaluta l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ lmentar li hija tipparteċipa fihom meta mqabbla ma’ dawk li tkun stabbiliet hija stess. |
||||||
|
Gassijiet Serra (GHG, Greenhouse Gases) |
Għall-finijiet ta’ dan l-Istandard, il-GHG huma s-sitt gassijiet elenkati fil-Protokoll ta’ Kjoto: id-diossidu tal-karbonju (CO2); il-metan (CH4); l-ossidu nitruż (N2O); it-trifluworur tan-nitroġenu (NF3); l-idrofluworokarburi (HFCs, hydrofluorocarbons); il-perfluworokarburi (PFCs, perfluorocarbons); u l-eżafluworur tal-kubrit (SF6). |
||||||
|
Governanza |
Il-governanza hija s-sistema ta’ regoli, prattiki u proċessi li bihom kumpanija tiġi diretta u kkontrollata. |
||||||
|
Emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) gross |
L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) gross huma l-emissjonijiet totali ta’ GHG li l-impriża tarmi fl-atmosfera, mingħajr ma jitqies kwalunkwe tnaqqis għall-assorbimenti tal-karbonju jew għal aġġustamenti oħra. |
||||||
|
Skart perikoluż |
Skart li juri waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart. |
||||||
|
Traffikar tal-bnedmin |
Ir-reklutaġġ, it-trasport, it-trasferiment, il-kenn jew l-akkoljenza ta’ persuni, inkluż l-iskambju jew it-trasferiment tal-kontroll fuq dawk il-persuni, permezz tat-theddid jew l-użu tal-forza jew forom oħra ta’ ġegħil, ta’ ħtif, ta’ frodi, ta’ qerq, tal-abbuż tal-poter jew ta’ pożizzjoni ta’ vulnerabbiltà jew tal-għoti jew tar-riċeviment ta’ pagamenti jew benefiċċji biex jinkiseb il-kunsens ta’ persuna li jkollha kontroll fuq persuna oħra, għall-fini ta’ sfruttament. |
||||||
|
Inċident |
Azzjoni legali jew ilment irreġistrat mal-impriża jew mal-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ proċess formali, jew ta’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat mill-impriża permezz ta’ proċeduri stabbiliti. Proċeduri stabbiliti sabiex jiġu identifikati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jistgħu jinkludu awditi tas-sistemi ta’ ġestjoni, programmi ta’ monitoraġġ formali, jew mekkaniżmi ta’ lmentar. |
||||||
|
Emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra (l-Ambitu 2) |
L-emissjonijiet indiretti huma konsegwenza tal-operazzjonijiet tal-impriża iżda jseħħu f’sorsi li jkunu proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn kumpanija oħra. L-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 2 huma emissjonijiet indiretti mill-ġenerazzjoni ta’ elettriku, ta’ fwar u ta’ sħana, jew ta’ tkessiħ mixtrija jew akkwistati u kkunsmati mill-impriża. |
||||||
|
Impatt |
L-impatt jirreferi għall-effett li l-impriża għandha jew jista’ jkollha fuq l-ekonomija, l-ambjent, u n-nies, inklużi l-effetti fuq id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, bħala riżultat tal-attivitajiet jew ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-organizzazzjoni. L-impatti jistgħu jkunu attwali jew potenzjali, negattivi jew pożittivi, fuq terminu qasir jew twil, intenzjonati jew mhux intenzjonati, diretti jew indiretti, u riversibbli jew irriversibbli. Dawn l-impatti jindikaw il-kontribut tal-organizzazzjoni, negattiv jew pożittiv, għall-iżvilupp sostenibbli. L-impatti fuq l-ekonomija, l-ambjent, u n-nies huma interkonnessi. L-impatti tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent jirreferu għall-impatti fuq l-organiżmi ħajjin u fuq elementi mhux ħajjin, inklużi l-arja, l-art, l-ilma u l-ekosistemi. Organizzazzjoni jista’ jkollha impatt fuq l-ambjent permezz, pereżempju, tal-użu tagħha tal-enerġija, tal-art, tal-ilma, u ta’ riżorsi naturali oħra. L-impatti tal-organizzazzjoni fuq in-nies jirreferu għall-impatti fuq individwi u gruppi, bħall-komunitajiet, il-gruppi vulnerabbli, jew is-soċjetà. Dan jinkludi l-impatti li l-organizzazzjoni għandha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni. Organizzazzjoni jista’ jkollha impatt fuq il-persuni permezz, pereżempju, tal-prattiki ta’ impjieg tagħha (eż. il-pagi li tħallas lill-impjegati), tal-katina tal-provvista tagħha (eż. il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-fornituri), u tal-prodotti u s-servizzi tagħha (eż. is-sikurezza jew l-aċċessibbiltà tagħhom). |
||||||
|
(Bidla fl-)użu tal-art |
L-użu mill-bniedem ta’ żona speċifika għal ċertu skop (bħal residenzjali; agrikoltura; rikreazzjoni; industrijali, eċċ.). Influwenzat mill-kopertura tal-art (ħaxix, asfalt, siġar, art għerja, ilma, eċċ.). It-tibdil fl-użu tal-art jirreferi għal bidla fl-użu jew fil-ġestjoni tal-art mill-bnedmin, li tista’ twassal għal bidla fil-kopertura tal-art. |
||||||
|
Emissjonijiet tal-Ambitu 2 ibbażati fuq il-post |
L-emissjonijiet mill-elettriku, mis-sħana, mill-fwar u mit-tkessiħ mixtrija jew akkwistati u kkunsmati mill-kumpanija li tirrapporta, ikkalkulati bl-użu tal-metodu ta’ “allokazzjoni” ibbażat fuq il-post, li jalloka l-emissjonijiet tal-ġeneratur lill-utenti finali. Dawn jirriflettu l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-grilji li fuqhom iseħħ il-konsum tal-enerġija u jużaw l-aktar id-data tal-fattur ta’ emissjoni medju tal-grilja. Is-sorsi tipiċi tal-emissjonijiet tal-Ambitu 2 huma relatati ma’ kwalunkwe tagħmir li jikkonsma l-elettriku (magni elettriċi, dwal, bini, eċċ.), is-sħana (tisħin fi proċessi industrijali, bini, eċċ.), il-fwar (proċessi industrijali) u t-tkessiħ (proċessi industrijali, bini, eċċ.). |
||||||
|
Żona orjentata lejn in-natura |
“Żona orjentata lejn in-natura” hija żona ddedikata primarjament għall-preżervazzjoni jew ir-restawr tan-natura. Dawn jistgħu jkunu jinsabu fuq il-post u jinkludu elementi bħal saqaf, faċċata, u katusi tal-ilma ddisinjati biex jippromwovu l-bijodiversità. Iż-żoni orjentati lejn in-natura jistgħu jkunu jinsabu wkoll barra mis-sit tal-organizzazzjoni bil-kundizzjoni li ż-żona tkun il-proprjetà jew tkun ġestita (inkluż b’mod konġunt) mill-organizzazzjoni u tkun iddedikata primarjament għall-promozzjoni tal-bijodiversità. |
||||||
|
Qrib (Żona Sensittiva mil-Lat tal-Bijodiversità) |
Qrib, fil-kuntest ta’ B5 – Bijodiversità, għandu jirreferi għal żona li tkun (parzjalment) taqbel ma’ jew tmiss ma’ żona sensittiva mil-lat tal-bijodiversità. |
||||||
|
Forza tax-xogħol proprja/ħaddiema proprji |
Impjegati li huma f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża (“impjegati”) u persuni mhux impjegati li jew huma kuntratturi individwali li jfornu xogħol lill-impriża (“persuni li jaħdmu għal rashom”) jew persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi O78 tan-NACE). |
||||||
|
Paga |
Il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, kemm jekk fi flus kif ukoll jekk in natura li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament (“komponenti komplementari jew varjabbli”), fir-rigward tal-impjieg tiegħu minn min iħaddmu. “Livell tal-paga” tfisser il-paga annwali grossa u l-paga grossa fis-siegħa korrispondenti. “Livell tal-paga medjan” tfisser il-paga tal-impjegat li nofs l-impjegati jaqilgħu aktar minnha filwaqt li nofs jaqilgħu inqas. |
||||||
|
Politika |
Sett jew qafas ta’ objettivi ġenerali u prinċipji ta’ ġestjoni li l-impriża tuża għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Politika timplimenta l-istrateġija jew id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-impriża relatati ma’ kwistjoni ta’ sostenibbiltà. Kull politika taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ persuna/i definita/i, tispeċifika l-perimetru tal-applikazzjoni tagħha, u tinkludi objettiv wieħed jew aktar (marbut, meta applikabbli, ma’ miri li jistgħu jitkejlu). Politika tiġi implimentata permezz ta’ azzjonijiet jew pjanijiet ta’ azzjoni. Pereżempju, l-impriżi b’inqas riżorsi jista’ jkollhom ftit (jew ma jkollhom l-ebda) politiki formalizzati f’dokumenti bil-miktub, iżda dan mhux neċessarjament ifisser li ma għandhomx politiki. Jekk l-impriża tkun għadha ma formalizzatx politika iżda tkun implimentat azzjonijiet jew miri definiti li permezz tagħhom l-impriża tfittex li tindirizza kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà, hija għandha tiddivulgahom. |
||||||
|
Skart radjuattiv |
Kwalunkwe materjal radjuattiv f’forma gassuża, likwida jew solida, li għalih ma huwa previst l-ebda użu ulterjuri, skont l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (1). |
||||||
|
Aċċident relatat max-xogħol li jista’ jiġi rreġistrat / Korriment relatat max-xogħol jew mard relatat max-xogħol li jista’ jiġi rreġistrat |
Aċċident relatat max-xogħol huwa avveniment li jwassal għal ħsara fiżika jew mentali, u għaldaqstant, għal korriment jew għal mard. Dan iseħħ waqt li dak li jkun ikun involut f’attività okkupazzjonali jew matul il-ħin li jkun qatta’ fuq ix-xogħol. Mezzi li jistgħu jiġu rreġistrati li jkunu ddijanjostikati minn tabib jew minn professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa liċenzjati. Korriment jew mard relatat max-xogħol jista’ jirriżulta f’xi waħda minn dawn li ġejjin: mewt, ġranet ’il bogħod mix-xogħol, xogħol ristrett jew trasferiment għal impjieg ieħor, trattament mediku lil hinn mill-ewwel għajnuna, jew telf tas-sensi. Il-korrimenti li ma jeħtiġux trattament mediku lil hinn mill-ewwel għajnuna ġeneralment ma jkunux jistgħu jiġu rreġistrati. |
||||||
|
Riċiklaġġ |
Kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, f’materjali jew f’sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ rdim mill-ġdid. |
||||||
|
Enerġija Rinnovabbli |
Enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija mir-riħ, solari (solari termali u solari fotovoltajka) u ġeotermali, enerġija ambjentali, marea, mewġ u enerġija oċeanika oħra, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbliet, gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ, u bijogass (2). |
||||||
|
Żona ssiġillata |
Żona ssiġillata tfisser kwalunkwe żona fejn il-ħamrija oriġinali tkun tgħattiet (pereżempju bit-toroq) sabiex saret impermeabbli. Din in-nonpermeabbiltà tista’ tħalli impatti ambjentali. |
||||||
|
Informazzjoni sensittiva |
Informazzjoni sensittiva kif definita fir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża. Informazzjoni sensittiva tfisser informazzjoni u data, inkluża informazzjoni klassifikata, li trid tiġi protetta minn aċċess jew divulgazzjoni mhux awtorizzata minħabba obbligi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jew fid-dritt nazzjonali jew sabiex titħares il-privatezza jew is-sigurtà ta’ persuna fiżika jew ġuridika. |
||||||
|
Sit |
Il-post ta’ installazzjoni fiżika waħda jew aktar. Jekk ikun hemm aktar minn installazzjoni fiżika waħda mill-istess sidien jew operaturi jew minn sidien jew operaturi differenti u ċerti infrastruttura u faċilitajiet jiġu kondiviżi, iż-żona kollha fejn tinsab l-installazzjoni fiżika tista’ tikkostitwixxi sit. |
||||||
|
Miri |
Għanijiet li jistgħu jitkejlu, orjentati lejn l-eżiti u marbuta maż-żmien li l-SME għandha l-għan li tilħaq fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà. Dawn jistgħu jiġu stabbiliti volontarjament mill-SME jew jirriżultaw minn rekwiżiti legali fuq l-impriża. |
||||||
|
Perjodi ta’ żmien |
Meta tħejji r-rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà, l-impriża għandha tadotta l-perjodi ta’ żmien li ġejjin:
|
||||||
|
Taħriġ |
Inizjattivi implimentati mill-impriża mmirati lejn iż-żamma u/jew it-titjib tal-ħiliet u l-għarfien tal-ħaddiema proprji tagħha. Jista’ jinkludi metodoloġiji differenti, bħat-taħriġ fuq il-post, u t-taħriġ online. |
||||||
|
Katina tal-Valur |
Il-firxa sħiħa ta’ attivitajiet, riżorsi u relazzjonijiet relatati mal-mudell tan-negozju tal-impriża u l-ambjent estern li fih topera. Katina tal-valur tinkludi l-attivitajiet, ir-riżorsi u r-relazzjonijiet li l-impriża tuża u tiddependi fuqhom sabiex toħloq il-prodotti jew is-servizzi tagħha mill-konċepiment sal-konsenja, il-konsum u t-tmiem tal-ħajja. L-attivitajiet, ir-riżorsi u r-relazzjonijiet rilevanti jinkludu: a) dawk fl-operazzjonijiet proprji tal-impriża, bħar-riżorsi umani; b) dawk tul il-kanali tal-provvista, tal-kummerċjalizzazzjoni u tad-distribuzzjoni tagħha, bħat-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista ta’ materjali u servizzi u l-bejgħ u l-konsenja ta’ prodotti u ta’ servizzi; u c) l-ambjenti ta’ finanzjament, ġeografiċi, ġeopolitiċi u regolatorji li fihom topera l-impriża. Il-katina tal-valur tinkludi atturi upstream u downstream mill-impriża. L-atturi upstream mill-impriża (eż. il-fornituri) jipprovdu prodotti jew servizzi li jintużaw fl-iżvilupp tal-prodotti jew tas-servizzi tal-impriża. L-entitajiet downstream mill-impriża (eż. id-distributuri, il-klijenti) jirċievu prodotti jew servizzi mill-impriża. |
||||||
|
Paga |
Paga grossa, minbarra komponenti varjabbli bħas-sahra u l-paga tal-inċentivi, u esklużi l-allowances sakemm ma jkunux garantiti. |
||||||
|
Konsum tal-ilma |
L-ammont ta’ ilma miġbud fil-konfini tal-impriża (jew tal-faċilità) u mhux skarikat lura fl-ambjent tal-ilma jew f’parti terza matul il-perjodu ta’ rapportar. |
||||||
|
Estrazzjoni tal-ilma |
Is-somma tal-ilma kollu miġbud fil-konfini tal-impriża mis-sorsi kollha għal kwalunkwe użu matul il-perjodu ta’ rapportar. |
||||||
|
Ħaddiem fil-katina tal-valur |
Individwu li jwettaq xogħol fil-katina tal-valur tal-impriża, irrispettivament mill-eżistenza jew min-natura ta’ kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali ma’ dik l-impriża. Fl-ESRS, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħaddiema fil-katina tal-valur jinkludi l-ħaddiema kollha fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża li huma affettwati jew jistgħu jiġu affettwati materjalment mill-impriża. Dan jinkludi impatti li huma konnessi mal-operazzjonijiet tal-impriża stess, u l-katina tal-valur, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Dan jinkludi l-ħaddiema kollha li ma humiex fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “Forza tax-Xogħol Proprja” (“Forza tax-Xogħol Proprja” tinkludi persuni li huma f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża (“impjegati”) u persuni mhux impjegati li jew huma kuntratturi individwali li jfornu xogħol lill-impriża (“persuni li jaħdmu għal rashom”) jew persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi O78 tan-NACE). |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv.
(2) L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
Appendiċi B:
Lista ta’ kwistjonijiet possibbli ta’ sostenibbiltà
L-appendiċi ta’ hawn taħt huwa parti integrali minn dan l-Istandard u jipprovdi lista ta’ kwistjonijiet possibbli ta’ sostenibbiltà.
|
Suġġett |
Kwistjoni ta’ sostenibbiltà: Sottosuġġett |
Kwistjoni ta’ sostenibbiltà: sottosottosuġġett |
||||||||||||||||||
|
Tibdil fil-klima |
|
|
||||||||||||||||||
|
Tniġġis |
|
|
||||||||||||||||||
|
Riżorsi tal-ilma u tal-baħar |
|
|
||||||||||||||||||
|
Bijodiversità u ekosistemi |
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
Ekonomija ċirkolari |
|
|
||||||||||||||||||
|
Forza tax-xogħol proprja |
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
Ħaddiema fil-katina tal-valur |
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
Komunitajiet affettwati |
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
Konsumaturi u utenti finali |
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
Kondotta kummerċjali |
|
|
||||||||||||||||||
|
|
Appendiċi C:
Informazzjoni ta’ sfond għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li huma utenti tal-informazzjoni prodotta bl-użu ta’ dan l-Istandard (rikonċiljazzjoni ma’ regolamenti oħra tal-UE)
66.
Dan l-appendiċi huwa rilevanti għall-utenti tar-rapport dwar is-sostenibbiltà. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-Punti tad-Data tal-Finanzi sostenibbli li huma preżenti f’moduli differenti ta’ dan l-Istandard u li jissodisfaw it-talbiet ta’ diversi tipi ta’ utenti (banek, investituri, impriżi kbar).
67.
Il-kolonna “Numru DR u Titolu” tidentifika d-divulgazzjonijiet preżenti fil-moduli differenti (jiġifieri Modulu Bażiku, u Modulu Komprensiv) li huma punti tad-data dwar il-Finanzi Sostenibbli. Il-kolonna Tabella 1 tar-Regolament dwar id-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà finanzjarja (SFDR, Sustainable Finance Disclosure Regulation) u/jew il-Pilastru 3 tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, European Banking Authority) u/jew ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji turi kif dawn id-divulgazzjonijiet jirrelataw ma’ dawn ir-regolamenti li huma rilevanti għall-utenti tar-rapport dwar is-sostenibbiltà (banek, investituri oħra).|
Suġġett: Kriterji Ambjentali / Soċjali / ta’ Governanza |
Numru DR u Titolu |
Tabella 1 tal-SFDR u/jew Pilastru 3 tal-EBA u/jew Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji |
|||||||||||||||||||
|
Modulu Bażiku |
|||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni ġenerali |
B1 – Bażi għat-tħejjija L-impriża għandha tiddivulga:
|
Pilastru 3 tal-EBA (1) |
|||||||||||||||||||
|
Ambjent |
B3 – Enerġija u emissjonijiet tal-gassijiet serra L-impriża għandha tiddivulga l-konsum totali tal-enerġija tagħha f’MWh, b’diżaggregazzjoni skont it-tabella ta’ hawn taħt, jekk tkun tista’ tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tipprovdi dik id-diżaggregazzjoni: |
SFDR (2) |
|||||||||||||||||||
|
|
Rinnovabbli |
Mhux rinnovabbli |
Total |
||||||||||||||||||
|
Elettriku (kif rifless fil-kontijiet tal-utilitajiet) |
|
|
|
||||||||||||||||||
|
Fjuwils |
|
|
|
||||||||||||||||||
|
Ambjent |
B3 – Enerġija u emissjonijiet tal-gassijiet serra L-impriża għandha tiddivulga l-emissjonijiet stmati ta’ gassijiet serra (GHG) grossi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (tCO2eq) b’kunsiderazzjoni tal-kontenut tal-Istandard Korporattiv tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra (verżjoni 2004), inklużi:
|
SFDR (3) Parametru referenzjarju (4) |
|||||||||||||||||||
|
Ambjent |
B3 – Enerġija u emissjonijiet tal-gassijiet serra L-impriża għandha tiddivulga l-intensità tal-gassijiet serra tagħha kkalkolata bid-diviżjoni tal-“emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali” iddivulgati taħt il-paragrafu 30 bil-“fatturat (f’unitajiet monetarji)” iddivulgat skont il-paragrafu 24(e)(iv). |
SFDR (5) Parametru referenzjarju (6) |
|||||||||||||||||||
|
Ambjent |
B4 – Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija Jekk l-impriża tkun diġà meħtieġa bil-liġi jew b’regolamenti nazzjonali oħra li tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tagħha, jew jekk tirrapporta volontarjament dwarhom skont Sistema ta’ Ġestjoni ambjentali, hija għandha tiddivulga s-sustanzi niġġiesa li tarmi fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija fl-operazzjonijiet tagħha stess, bl-ammont rispettiv għal kull sustanza niġġiesa. Jekk din l-informazzjoni tkun diġà disponibbli għall-pubbliku, l-impriża tista’ alternattivament tirreferi għad-dokument fejn hija rrapportata, pereżempju, billi tipprovdi l-link tal-URL rilevanti jew billi tinkorpora hyperlink. |
SFDR (7) |
|||||||||||||||||||
|
Ambjent |
B5 – Bijodiversità L-impriża għandha tiddivulga l-għadd u l-erja (f’ettari) ta’ siti li hija għandha, kriet, jew tiġġestixxi f’żona sensittiva mil-lat tal-bijodiversità jew qribha. |
SFDR (8) |
|||||||||||||||||||
|
Ambjent |
B7 – Użu tar-riżorsi, ekonomija ċirkolari u mmaniġġjar tal-iskart L-impriża għandha tiddivulga:
|
SFDR (9) |
|||||||||||||||||||
|
Soċjali |
B9 – Forza tax-xogħol – Saħħa u sikurezza L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar l- impjegati tagħha:
|
SFDR (10) Parametru referenzjarju (11) |
|||||||||||||||||||
|
Soċjali |
B10 – Forza tax-xogħol – remunerazzjoni, negozjar kollettiv u taħriġ L-impriża għandha tiddivulga:
|
SFDR (12) |
|||||||||||||||||||
|
Governanza |
B11 – Kundanni u multi għall-korruzzjoni u t-tixħim Fil-każ ta’ kundanni u multi fil-perjodu ta’ rapportar, l-impriża għandha tiddivulga l-għadd ta’ kundanni, u l-ammont totali ta’ multi mġarrba għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim. |
Parametru referenzjarju (13) |
|||||||||||||||||||
|
Modulu Komprensiv |
|||||||||||||||||||||
|
Ambjent |
Kunsiderazzjoni fir-rapportar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt B3 (Modulu Bażiku) Meta tirrapporta l-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u tal-Ambitu 2 tagħha, jekk l-impriża tiddivulga informazzjoni speċifika għall-entità dwar l-emissjonijiet tal-Ambitu 3 tagħha, hija għandha tippreżentaha flimkien mal-informazzjoni meħtieġa taħt B3 – Enerġija u emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
SFDR (14) Parametru referenzjarju (15) |
|||||||||||||||||||
|
Ambjent |
C3 – Mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra Jekk l-impriża tkun stabbiliet miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, hija għandha tiddivulga l-miri tagħha f’valuri assoluti għall-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u tal-Ambitu 2. F’konformità mal-paragrafi 50 sa 53 ta’ hawn fuq u jekk tkun stabbiliet miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Ambitu 3, l-impriża għandha tipprovdi wkoll miri għall-emissjonijiet sinifikanti tal-Ambitu 3. B’mod partikolari, għandha tipprovdi:
Jekk l-impriża li topera f’setturi b’impatt klimatiku għoli (16) tkun adottat pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, hija tista’ tipprovdi informazzjoni dwarha, inkluża spjegazzjoni ta’ kif qed tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. F’każ li l-impriża topera f’setturi ta’ impatt qawwi fuq il-klima u ma jkollhiex pjan ta’ tranżizzjoni fis-seħħ għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, hija għandha tindika jekk hux se tadotta tali pjan ta’ tranżizzjoni, u jekk iva, meta. |
SFDR (17) Parametru referenzjarju (18) Pilastru 3 tal-EBA (19) Parametru referenzjarju (20) |
|||||||||||||||||||
|
Ambjent |
C4 – Riskji klimatiċi Jekk l-impriża tkun identifikat perikli relatati mal-klima u avvenimenti ta’ tranżizzjoni relatati mal-klima, li joħolqu riskji grossi relatati mal-klima għall-impriża, hija għandha:
L-impriża tista’ tiddivulga l-effetti negattivi potenzjali tar-riskji klimatiċi li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni finanzjarja jew l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju jew twil, filwaqt li tindika jekk tivvalutax ir-riskji bħala għoljin, medji, jew baxxi. |
Parametru referenzjarju (21) Pilastru 3 tal-EBA (22) |
|||||||||||||||||||
|
Soċjali |
C6 – Informazzjoni addizzjonali dwar il-forza tax-xogħol proprja – Politiki u proċessi tad-drittijiet tal-bniedem L-impriża għandha tiddivulga tweġiba għall-mistoqsijiet li ġejjin.
L-impriża għandha mekkaniżmu għall-indirizzar tal-ilmenti għall-forza tax-xogħol proprja? (IVA/LE) |
Parametru referenzjarju (23) SFDR (24) |
|||||||||||||||||||
|
Soċjali |
C7 – Inċidenti severi marbuta mad-drittijiet tal-bniedem L-impriża għandha tiddivulga tweġiba għall-mistoqsijiet li ġejjin:
L-impriża hija konxja ta’ xi inċident ikkonfermat li kien jinvolvi lill-ħaddiema fil-katina tal-valur, lill-komunitajiet affettwati, lill-konsumaturi u lill-utenti finali? Jekk iva, speċifika. |
SFDR (25) Parametru referenzjarju (26) |
|||||||||||||||||||
|
Governanza |
C8 – Dħul minn ċerti setturi u esklużjoni mill-parametri referenzjarji tal-UE Jekk l-impriża tkun attiva f’wieħed jew aktar mis-setturi li ġejjin, hija għandha tiddivulga d-dħul relatat tagħha fis-settur(i):
|
SFDR (27) Parametru referenzjarju (28) |
|||||||||||||||||||
|
|
|
Pilastru 3 tal-EBA (29) Parametru referenzjarju (30) |
|||||||||||||||||||
|
SFDR (31) Pilastru 3 tal-EBA (32) Parametru referenzjarju (33) |
||||||||||||||||||||
|
SFDR (34) Pilastru 3 tal-EBA (35) |
||||||||||||||||||||
|
L-impriża għandha tiddivulga jekk hijiex eskluża minn kwalunkwe parametru referenzjarju tal-UE li huwa allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi kif deskritt fil-paragrafu 177 tal-Anness II ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
Pilastru 3 tal-EBA (36) Parametru referenzjarju (37) |
||||||||||||||||||||
|
Governanza |
C9 – Proporzjon tad-diversità bejn il-ġeneri fil-korp ta’ governanza Jekk l-impriża jkollha korp ta’ governanza fis-seħħ, l-impriża għandha tiddivulga l-proporzjon relatat tad-diversità bejn il-ġeneri. |
||||||||||||||||||||
(1) 1 Is-setturi b’impatt qawwi fuq il-klima huma dawk elenkati fit-Taqsimiet A sa H u fit-Taqsima M tan-NACE, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137.
(2) Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 - il-Mudell 5: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju fiżiku tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku.
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 (SFDR), l-indikatur obbligatorju #5 fit-Tabella 1 tal-Anness I (“Sehem tal-konsum u l-produzzjoni tal-enerġija mhux rinnovabbli”).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 (SFDR), l-indikaturi obbligatorji #1 u #2 fit-Tabella 1 tal-Anness I (“Emissjonijiet tal-gassijiet serra”; “Impronta tal-karbonju”)
(5) Ir-Regolament (UE) 2020/1816, ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji, l-Artikoli 5(1), 6 u 8(1).
(6) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #3 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“intensità ta’ gassijiet serra tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment”).
(7) Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji Klimatiċi), l-Artikolu 8(1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 (SFDR) minħabba li huwa derivat minn (a) indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #2 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja”); (b) l-indikatur #8 fit-Tabella I tal-Anness I (“Emissjonijiet fl-ilma”); (c) l-indikatur #1 fit-Tabella II tal-Anness I (“Emissjonijiet ta’ inkwinanti inorganiċi”); u (d) l-indikatur #3 fit-Tabella II tal-Anness I (“Emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu”).
(9) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 (SFDR), l-indikatur obbligatorju #7 fit-Tabella 1 tal-Anness I (“Attivitajiet li jaffettwaw b’mod negattiv żoni sensittivi għall-bijodiversità”)
(10) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #9 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Proporzjon ta’ skart perikoluż u skart radjuattiv”).
(11) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 bħala riflessjoni ta’ indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi ewlenin kif stabbiliti mill-indikatur #2 fit-Tabella 3 tal-Anness 1 tar-Regolament Delegat relatat fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar l-investimenti sostenibbli (“Rata ta’ inċidenti”)
(12) L-amministraturi tal-parametri referenzjarji sabiex jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbiliti mill-indikatur “Il-proporzjon medju ponderat ta’ inċidenti, feriti, fatalitajiet” fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Anness 2.
(13) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 (SFDR), l-indikatur obbligatorju #12 fit-Tabella 1 tal-Anness I (“Disparità mhux aġġustata fil-ħlas bejn il-ġeneri”) u r-Regolament (UE) 2020/1816 dwar il-Parametri Referenzjarji, l-indikatur “Il-medja ponderata tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi” fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II.
(14) Ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji (UE) 2020/1816, l-indikatur “L-għadd ta’ kundanni u l-ammont ta’ multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim” fit-taqsima 1 u 2 tal-Anness II.
(15) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 (SFDR), l-indikaturi obbligatorji #1 u #2 fit-Tabella 1 tal-Anness I (“Emissjonijiet tal-gassijiet serra”; “Impronta tal-karbonju”)
(16) Ir-Regolament (UE) 2020/1816, ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji, l-Artikoli 5(1), 6 u 8(1).
(17) Is-setturi b’impatt qawwi fuq il-klima huma dawk elenkati fit-Taqsimiet A sa H u fit-Taqsima M tan-NACE, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137.
(18) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 (SFDR) minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #4 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Investimenti f’kumpaniji mingħajr inizjattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju”)
(19) Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji Klimatiċi), l-Artikolu 6.
(20) Din l-informazzjoni hija allinjata mal-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453, il-Mudell 3: Portafoll mhux tan-negozjar – Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: metriċi tal-allinjament
(21) Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Liġi tal-UE dwar il-Klima), l-Artikolu 2(1); u mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji għall-Klima), l-Artikolu 2.
(22) Ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji (UE) 2020/1816, l-Anness II: Il-fatturi ambjentali li għandhom jitqiesu mill-assi sottostanti tal-parametru referenzjarju.
(23) Pilastru 3 tal-EBA: ITS - Mudell 5: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju fiżiku tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku u għall-Pilastru 3 tal-EBA: ITS - Mudell 2: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Self kollateralizzat minn proprjetà immobbli - Effiċjenza enerġetika tal-kollateral.
(24) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbiliti mill-indikatur “L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji mingħajr politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol minn 1 sa 8” fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II.
(25) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-suq finanzjarju soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti negattivi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #11 fit-Tabella I tal-Anness I (“Sehem tal-investimenti f’kumpaniji li fihom isir investiment mingħajr politiki għall-monitoraġġ tal-konformità mal-prinċipji tal-UNGC jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali jew mekkaniżmi ta’ lmentar/għat-trattament tal-ilmenti biex jiġi indirizzat il-ksur tal-prinċipji tal-UNGC jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali”) u l-indikatur #5 fit-Tabella III tal-Anness I (“Sehem tal-investimenti f’kumpaniji li fihom isir investiment mingħajr ebda mekkaniżmu ta’ lmentar/għat-trattament tal-ilmenti relatat ma’ kwistjonijiet tal-impjegati”) u l-indikatur #9 fit-Tabella III tal-Anness I (“Sehem ta’ investimenti f’entitajiet mingħajr politika dwar id-drittijiet tal-bniedem”) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar l-investiment sostenibbli.
(26) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-suq finanzjarju soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikatur obbligatorju u addizzjonali relatat mal-impatti negattivi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #10 fit-Tabella I tal-Anness I u mill-indikatur #14 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar l-investimenti sostenibbli (“Ksur tal-prinċipji tal-UNGC u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali” u “Għadd ta’ każijiet identifikati ta’ kwistjonijiet u inċidenti severi tad-drittijiet tal-bniedem”)
(27) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbilit mill-indikatur “L-għadd ta’ komponenti tal-parametru referenzjarju soġġetti għall-ksur soċjali (l-għadd assolut u l-għadd relattiv diviżi bil-komponenti tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, fid-dritt nazzjonali” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.
(28) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #14 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Esponiment għal armi kontroversjali (mini kontra l-persunal, munizzjonijiet tat-tip cluster, armi kimiċi u armi bijoloġiċi)”).
(29) Ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji (UE) 2020/1818, l-Artikolu 12(1): “L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu l-kumpaniji kollha li ġejjin minn dawn il-parametri referenzjarji: il-kumpaniji involuti fi kull attività relatata ma’ armi kontroversjali; “u r-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji (UE) 2020/1816, l-Anness II: Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tal-armi kontroversjali.”
(30) Pilastru 3 tal-EBA: Mudell 1: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Kumpaniji fil-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk esklużi mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi f’konformità mal-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 12.1 u f’konformità mal-Artikolu 12.2 tar-Regolament dwar l-Istandards Referenzjarji għall-Klima.
(31) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1818 kif stabbiliti fl-Artikolu 12.1, il-paragrafu b), u fir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji (UE) 2020/1816, l-Anness II: “Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tat-tabakk.”
(32) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #4 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Esponiment għal kumpaniji attivi fis-settur tal-karburanti fossili”).
(33) Pilastru 3 tal-EBA: Mudell 1: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Kumpaniji fl-estrazzjoni mill-minjieri u l-barrieri esklużi mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi f’konformità mal-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 12.1 u f’konformità mal-Artikolu 12.2 tar-Regolament dwar l-Istandards Referenzjarji għall-Klima.
(34) Ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji (UE) 2020/1818, l-Artikolu 12(1).
(35) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #9 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Investimenti f’kumpaniji li jipproduċu s-sustanzi kimiċi”).
(36) Pilastru 3 tal-EBA: Mudell 1: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Kumpaniji fl-estrazzjoni mill-minjieri u l-barrieri esklużi mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi f’konformità mal-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 12.1 u f’konformità mal-Artikolu 12.2 tar-Regolament dwar l-Istandards Referenzjarji għall-Klima.
(37) Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 - il-mudell 1, riskju tat-tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima.
(38) Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa allinjat mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji Klimatiċi), l-Artikolu 12.1.
(39) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #13 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar l-investimenti sostenibbli (“Diversità tal-ġeneru fil-bordijiet”).
(40) Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1011 tat-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif stabbilit bl-indikatur “Il-proporzjon medju ponderat bejn il-membri nisa u rġiel tal-bordijiet” fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II.
ANNESS II
li jipprovdi gwida prattika dwar l-applikazzjoni tal-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju li tinsab fl-Anness I ta’ din ir-Rakkomandazzjoni
Dan l-Anness jipprovdi gwida prattika dwar l-applikazzjoni tal-istandard volontarju tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju (VSME, voluntary sustainability reporting standard for small and medium-sized undertakings) stabbilita fl-Anness I ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.
Dan l-Anness jipprovdi gwida li tiċċara l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti ta’ divulgazzjoni dwar is-sostenibbiltà li jinsabu fl-istandard volontarju ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. L-impriżi u l-partijiet ikkonċernati l-oħra jistgħu wkoll jikkonsultaw il-gwida għall-implimentazzjoni dwar l-ESRS (European Sustainable Reporting Standard) ippubblikata mill-EFRAG (European Financial Reporting Advisory Group).
Bl-għoti tal-gwida li tinsab f’dan l-Anness, il-Kummissjoni beħsiebha tiffaċilita l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni minn impriżi żgħar u ta’ daqs medju b’mod kosteffettiv u tiżgura l-faċilità ta' użu u l-komparabbiltà tal-informazzjoni rrapportata dwar is-sostenibbiltà. Billi tipprovdi ċarezza u ċertezza akbar lill-kumpaniji, din il-gwida se tikkontribwixxi għall-objettiv tal-Kummissjoni li tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq l-impriżi assoċjati mar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
Il-gwida li tinsab f’dan l-Anness bl-ebda mod ma testendi jew iżżid id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u lanqas fl-istandard tar-rapportar volontarju dwar is-sostenibbiltà għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-Anness I ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni. Dan l-Anness huwa maħsub biss biex jassisti lill-impriżi fl-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni rilevanti.
Modulu Bażiku: Gwida
|
1. |
Il-gwida li tinsab fit-taqsimiet ta’ hawn taħt hija maħsuba biex tiffaċilita l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tas-sostenibbiltà li jinsabu fil-paragrafi 21 sa 43 tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar standard volontarju ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. |
|
2. |
Il-gwida ta’ hawn taħt hija maħsuba bħala parti minn ekosistema li tista’ tinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ gwidi ta’ appoġġ ulterjuri mill-EFRAG, ta’ għodod diġitali ulterjuri u ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni (attivitajiet edukattivi, involviment tal-partijiet ikkonċernati) bil-għan li jiffaċilitaw il-fehim ta’ wħud mill-elementi tekniċi fil-gwida. |
|
3. |
Din il-gwida tappoġġa l-impriżi li jixtiequ japplikaw il-Modulu Bażiku. |
1.1. Gwida tal-Modulu Bażiku – Informazzjoni Ġenerali
B1 – Bażi għat-tħejjija
|
4. |
Meta tirrapporta dwar il-forma ġuridika tal-impriża skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali skont il-paragrafu 24(e)(i), l-impriża tista’ tagħżel minn waħda mill-istrutturi ta’ impriżi li ġejjin:
|
|
5. |
Meta jirrapportaw dwar il-kodiċi(jiet) tan-NACE tal-impriża skont il-paragrafu 24(e)(ii), il-kodiċijiet tan-NACE (Nomenclature statistique des Activités économiques dans la Communauté Européenne) huma klassifikazzjonijiet tal-attivitajiet ekonomiċi użati fl-Unjoni Ewropea. Dawn jipprovdu qafas standardizzat għall-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi f’setturi, li jippermetti l-komparabbiltà u l-fehim komuni fost id-diversi pajjiżi tal-UE. |
|
6. |
Il-kodiċi tan-NACE jikkonsisti minn għadd ta’ ċifri li jvarjaw minn tnejn sa ħamsa skont il-livell ta’ speċifiċità li bih tkun identifikata l-attività ekonomika. Il-lista tal-kodiċijiet tan-NACE tista’ tinstab fid-dokument li ġej: ir-Regolament (UE) 2023/137.
|
|
7. |
Meta jiġi rrapportat in-numru ta’ impjegati skont il-paragrafu 24(e)(v), l-ekwivalenti għall-full-time (FTE, full-time equivalent) huwa n-numru ta’ pożizzjonijiet full-time f’impriża. Dan jista’ jiġi kkalkolat billi jiġu diviżi s-sigħat skedati ta’ impjegat (is-sigħat effettivi totali maħduma f’ġimgħa) bis-sigħat ta’ min iħaddem għal ġimgħa tax-xogħol full-time (is-sigħat totali maħduma mill-impjegati full-time). Pereżempju, impjegat li jaħdem 25 siegħa kull ġimgħa għal kumpanija fejn ġimgħa full-time fiha 40 siegħa jirrappreżenta 0,625 FTE (jiġifieri 25/40 siegħa). |
|
8. |
L-għadd ta’ persuni huwa n-numru totali ta’ persuni impjegati mill-impriża rrapportat jew fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar jew bħala medja matul il-perjodu ta’ rapportar. |
|
9. |
Meta tirrapporta dwar il-pajjiż tal-operazzjonijiet primarji u l-post tal-assi sinifikanti skont il-paragrafi 24(e)(vi) u (vii), l-impriża għandha tiddivulga din l-informazzjoni għal kull wieħed mis-
siti
tagħha billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
10. |
Il-ġeolokalizzazzjoni ta’ impriża hija mistennija li tkun punt ta’ data siewi għall-partijiet ikkonċernati għall-valutazzjoni tar-riskji u għall-opportunitajiet marbuta mal-SMEs, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà tal- adattament għat-tibdil fil-klima , l-ilma, l-ekosistemi u l-bijodiversità. |
|
11. |
Il-ġeolokalizzazzjoni għandha tiġi pprovduta f’punti spazjali għal unitajiet uniċi jew għal punti poligonu li jiddefinixxu l-konfini ta’ sit akbar u li inqas jixbah unità, bħal farm, minjiera jew faċilità. L-impriża tista’ tipprovdi wkoll ragruppament ta’ punti biex tippermetti l-identifikazzjoni bla problemi taż-żona kkonċernata. Il-punti spazjali għandhom jiġu pprovduti bħala koordinati, b’ħames pożizzjonijiet deċimali (eż. 0° 00′ 0,036″). |
|
12. |
Meta tiġi ddivulgata l-ġeolokalizzazzjoni tas- siti li huma ta’ proprjetà tal-impriża, mikrija jew ġestiti minnha, l-impriża għandha tinkludi l-koordinati ta’ dawk is-siti fit-tabella murija fil-paragrafu 73. L-impriża tista’ tuża għodod ta’ mmappjar tal-web biex tidentifika l-koordinati tas-siti li huma proprjetà tagħha, mikrija, jew ġestiti minnha. L-impriża tista’ tuża wkoll kwalunkwe għodda jew pjattaforma tas-software xierqa biex tistabbilixxi aktar il-perimetru jew iż-żona ta’ siti akbar. |
|
13. |
Fir-rigward tal-paragrafu 25, iċ-ċertifikazzjoni relatata mas-sostenibbiltà tista’ tinkludi ekotikketti rreġistrati minn skema ta’ tikkettar tal-UE, nazzjonali jew internazzjonali, li tikkorrispondi għall-attività ewlenija ta’ SME. Pereżempju, l-Ekotikketta tal-UE tkopri prodotti speċifiċi, bħat-tessuti u ż-żraben, il-kisjiet (eż. il-kisi tal-art bl-injam), il-prodotti tat-tindif u tal-kura personali, it-tagħmir elettroniku, jew l-għamara. L-impriża tista’ tikkonsulta l-Gruppi ta’ Prodotti tal-Ekotikketta tal-UE u l-Katalgu tal-Prodotti għal aktar informazzjoni. |
B2 – Prattiki, politiki u inizjattivi futuri għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli
|
14. |
L-impriżi jistgħu jużaw il-mudell li ġej biex jirrapportaw dwar il-punti tad-data B2.
|
|
15. |
Jekk l-impriża tkun kooperattiva, hija tista’ tiddivulga:
|
Gwida għall-forza tax-xogħol proprja, għall-ħaddiema fil-katina tal-valur, għall-komunitajiet u għall-konsumaturi affettwati u għall-utenti finali
|
16. |
Sabiex tifhem il-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà li huma relatati mad-drittijiet soċjali u tal-bniedem, irreferi għall-Appendiċi B għal lista ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà possibbli. Din il-lista tista’ tgħin biex jiġi identifikat jekk il-politiki, il-prattiki jew l-inizjattivi futuri humiex immirati biex jindirizzaw l- impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem b’mod komprensiv jew jekk humiex limitati għal ċerti gruppi ta’ partijiet ikkonċernati affettwati (pereżempju, ħaddiema fil- katina tal-valur upstream). Bħala parti minn din id-divulgazzjoni, l-impriżi jistgħu jiddivulgaw ukoll jekk għandhomx proċess biex jindirizzaw ilmenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem. |
1.2. Gwida tal-Modulu Bażiku – Metriċi Ambjentali
B3 – Enerġija u emissjonijiet tal-gassijiet serra
Impatti fuq il-klima: l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
|
17. |
Skont il-paragrafi 29 u 30, l-impriża tirrapporta dwar l- impatti klimatiċi tagħha, billi tipprovdi informazzjoni dwar l-użu tal-enerġija u tal- emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha. Din il-gwida għad-divulgazzjoni B3 ma tikkostitwixxix punt tad-data addizzjonali għad-divulgazzjonijiet deskritti fil-paragrafi 29 (dwar il-konsum tal-enerġija) u 30 (dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra) iżda pjuttost tintegra mill-ġdid objettiv ġenerali u tipprovdi kuntest għad-divulgazzjoni bażika B3. |
Konsum tal-enerġija
|
18. |
L-
impatti
relatati mal-klima huma xprunati b’mod sinifikanti mill-konsum tal-enerġija. Għaldaqstant, huwa rilevanti li jiġu divulgati kemm il-kwantità kif ukoll it-tip – eż. fjuwils fossili bħall-faħam, iż-żejt u l-gass meta mqabbla mal-
enerġija rinnovabbli
– u t-taħlita tal-enerġija kkunsmata. Eżempji ta’ divulgazzjonijiet tal-enerġija huma l-konsum totali tal-enerġija diżaggregat skont il-fjuwils fossili u l-elettriku. Jistgħu jiġu rrapportati diżaggregazzjonijiet oħra bħall-konsum ta’ elettriku mixtri jew awtoġenerat minn sorsi rinnovabbli. Hawn taħt issib eżempju tal-informazzjoni mitluba fil-paragrafu 29.
|
|
19. |
F’każ li l-impriża tixtri fjuwils fossili (eż. gass naturali, żejt) jew fjuwils rinnovabbli (eż. bijofjuwils, bħall-bijodiżil u l-bijoetanol) biex tiġġenera l-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ għall-konsum proprju, hija għandha tevita l-għadd doppju. Għalhekk, l-impriża tgħodd il-kontenut enerġetiku tal-fjuwil mixtri biss bħala konsum tal-fjuwil, iżda ma terġax tgħodd, u ma tirrapportax dwar, il-konsum tagħha tal-elettriku u tas-sħana li huma prodotti minn dak il-fjuwil għal darb’oħra. Fil-każ tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn enerġiji rinnovabbli bħall-enerġija solari jew mir-riħ – u fejn ma jkun meħtieġ l-ebda użu tal-fjuwil – l-impriża tgħodd l-ammont ta’ elettriku ġġenerat u kkunsmat bħala konsum ta’ elettriku.
|
|
20. |
L-impriża ma għandhiex tikkumpensa l-konsum tal-enerġija tagħha mill-produzzjoni tal-enerġija tagħha anki jekk l-enerġija ġġenerata fuq il-post tinbiegħ lil parti terza u tintuża minnha. L-impriża għandha tevita wkoll l-għadd doppju tal-konsum tal-fjuwil meta jiġi ddivulgat il-konsum tal-enerġija awtoġenerat. Jekk l-impriża tiġġenera l-elettriku minn sors ta’ fjuwil mhux rinnovabbli jew rinnovabbli u mbagħad tikkonsma l-elettriku ġġenerat, il-konsum tal-enerġija għandu jingħadd darba biss taħt il-konsum tal-fjuwil. Is-sehem tal-konsum tal- enerġija rinnovabbli jista’ jiġi kkalkolat abbażi tal-garanziji tal-oriġini, taċ-ċertifikati tal-enerġija rinnovabbli jew tal-kompożizzjoni tal-elettriku kif iddikjarat fil-kont tal-elettriku. Il-kont tal-elettriku jista’ jirreferi għall-unitajiet tal-elettriku kkonsmati u jispeċifika l-perċentwal tal-elettriku pprovdut li ġej minn sorsi rinnovabbli u jista’ jidher bħall-illustrazzjoni ta’ hawn taħt. |
|
21. |
Meta tħejji l-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija meħtieġa skont il-paragrafu 29, l-impriża għandha teskludi l-materja prima u l-fjuwils li ma ssirx kombustjoni tagħhom għal skopijiet ta’ enerġija. L-impriża li tikkonsma l-fjuwil bħala materja prima tista’ tiddivulga informazzjoni dwar dan il-konsum separatament mid-divulgazzjonijiet meħtieġa. |
Konverżjoni bejn unitajiet differenti tal-enerġija
|
22. |
L-impriżi għandhom jirrapportaw il-konsum tal-enerġija tagħhom f’termini tal-enerġija finali, li hija mifhuma bħala l-ammont ta’ enerġija fornuta lill-impriża, pereżempju, il-megawatt sigħat (MWh) tal-elettriku mixtri mill-fwar tal-utilità riċevut minn impjant industrijali fil-qrib jew minn diżil mixtri mill-pompi tal-petrol. L-elettriku jirreferi b’mod espliċitu għas-sħana, għall-fwar u għat-tkessiħ. Il-fjuwils jinkludu kwalunkwe ħaġa maħruqa, eż. gass, gass naturali, bijomassa, eċċ. |
|
23. |
Il-paragrafu 29 jindika l-MWh bħala l-unità tal-għażla għall-kejl tal-konsum tal-enerġija. Fil-każ ta’ fjuwil jew ta’ bijomassa, hija meħtieġa konverżjoni għal MWh għad-data espressa f’unitajiet oħra bħall-kontenut enerġetiku (eż. kJ, Btu), il-volum (eż. litri, m3) jew il-massa (eż. tunnellati metriċi, tunnellati qosra). |
|
24. |
Għall-konsum tal-fjuwil imkejjel skont il-massa (eż. injam, faħam), l-impriża għandha:
|
|
25. |
Għall-fjuwil likwidu, l-impriżi għandhom:
|
|||||||||||||
Emissjonijiet tal-gassijiet serra
|
26. |
Fir-rigward tal- emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG, greenhouse gas) gross li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-impriża, ir-rekwiżit fil-paragrafu 30 jibni fuq id-definizzjonijiet u r-regoli tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra, l-istandard kontabilistiku ewlieni għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Skont il-paragrafu 30, l-impriżi għandhom jirrapportaw dwar l-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u tal-Ambitu 2 tagħhom. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 ikopru l-emissjonijiet diretti minn sorsi proprji jew ikkontrollati. L-emissjonijiet tal-Ambitu 2 huma emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-kumpanija li tirrapporta (peress li jirriżultaw mill-enerġija kkunsmata mill-impriża) li, madankollu, iseħħu f’sorsi li huma ta’ proprjetà ta’ kumpanija oħra jew ikkontrollati minnha. Fit-taqsimiet ta’ hawn taħt tingħata aktar gwida dwar kif għandhom jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u 2. |
|
27. |
L-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u 2 jistgħu jiġu rrapportati fil-format li ġej.
|
|
28. |
Il-Protokoll dwar il-gassijiet serra huwa standard globali għall-kejl, ir-rapportar u l-ġestjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra filwaqt li jiżgura l-konsistenza u t-trasparenza. L-istandard korporattiv ikopri l-Ambitu 1, l-Ambitu 2 u l-Ambitu 3 għall-kumpaniji u għal organizzazzjonijiet oħra (NGOs, il-gvern, eċċ.). |
|
29. |
Sabiex jiġi żgurat għadd ġust tal-emissjonijiet tal-impriża, il-Protokoll dwar il-gassijiet serra stabbilixxa lista ta’ prinċipji ta’ rapportar:
|
|
30. |
Bħala alternattiva għall-Protokoll dwar il-gassijiet serra, l-impriżi jistgħu jirrikorru għall-ISO 14064-1, jekk dan ikun aktar adattat għall-ħtiġijiet ta’ rapportar tagħhom. |
|
31. |
Meta jsir rapportar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, huwa importanti li jiġu stabbiliti l-limiti xierqa biex jiġi żgurat li l-inventarju tal-gassijiet serra jkun korrett u biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet. Il-Protokoll dwar il-gassijiet serra jiddefinixxi żewġ tipi ewlenin ta’ limiti – limiti organizzazzjonali jew operazzjonali.
|
|
32. |
Il-Protokoll dwar il-gassijiet serra jintroduċi wkoll gwida kif ukoll passi li għandhom jiġu segwiti biex jiġu identifikati, ikkalkulati u segwiti l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif jidhru fl-immaġni ta’ hawn taħt (2). |
|
33. |
Ġew żviluppati għodod differenti minn inizjattivi privati u pubbliċi biex jgħinu lill-impriżi jiżviluppaw l-inventarju tagħhom tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jiffaċilitaw l-isfidi relatati mat-tħejjija tiegħu. Fuq is-sit web tiegħu, l-EFRAG iżomm sett ta’ kalkolaturi tal-gassijiet serra ssuġġeriti. |
Gwida għall-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u dawk tal-Ambitu 2 ibbażati fuq il-post
|
34. |
L-emissjonijiet tipiċi tal-Ambitu 1 jinkludu l-emissjonijiet tas-CO2 (kif ukoll tas-CH4 u l-N2O) assoċjati mal-kombustjoni tal-fjuwils (pereżempju fil-bojlers, fil-fran, fil-vetturi, eċċ.) u l-emissjonijiet li jaħarbu mill-arja kundizzjonata u mill-proċessi industrijali. |
|
35. |
L-Ambitu 2 ibbażat fuq il-post jinkludi l-emissjonijiet mill-elettriku, mis-sħana, mill-fwar u mit-tkessiħ mixtrija jew akkwistati u kkunsmati mill-kumpanija li tirrapporta. Dan jirrifletti l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-grilji li fuqhom iseħħ il-konsum tal-enerġija u juża l-aktar id-data tal-fattur ta’ emissjoni medju tal-grilja. Is-sorsi tipiċi tal-emissjonijiet tal-Ambitu 2 huma relatati ma’ kwalunkwe tagħmir li jikkonsma l-elettriku (magni elettriċi, dwal, bini, eċċ.), is-sħana (tisħin fi proċessi industrijali, bini, eċċ.), il-fwar (proċessi industrijali) u t-tkessiħ (proċessi industrijali, bini, eċċ.). |
|
36. |
L-evalwazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tista’ ssir b’diversi modi, inkluż permezz tal-approċċ tal-kalkolu, il-kejl, jew taħlita ta’ kejl u kalkoli. Approċċ komuni wieħed huwa bbażat fuq il-kalkolu bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni (EF, emission factors) – li jistgħu jinkorporaw il-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP, global warming potential) tal-gassijiet serra. Jista’ jiġi applikat ukoll kejl dirett bl-użu ta’ sensuri (fluss u konċentrazzjoni). It-tabella ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor l-aktar metodi komuni.
|
|
37. |
It-tabella ta’ hawn fuq tintroduċi t-termini li ġejjin:
|
|
38. |
It-tabella ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor is-sorsi mhux eżawrjenti fejn kemm il-fatturi ta’ emissjoni (EF) kif ukoll il-potenzjal tat-tisħin globali (GWP) jistgħu jiġu aċċessati faċilment mill-impriżi. L-impriżi jistgħu jirreferu wkoll għal sorsi nazzjonali awtorevoli li jistgħu jkunu aktar rilevanti għaċ-ċirkostanzi tagħhom.
|
|
39. |
L-impriżi jistgħu jsibu wkoll aktar gwida u għodod dwar kif għandhom jaġixxu u jirrapportaw dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l- impatti klimatiċi tagħhom billi jżuru s-sit web taċ-Ċentru tal-Klima tal-SMEs. |
Eżempju tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-Ambitu 1
|
40. |
Il-kumpanija A taħraq żejt tal-fjuwil Nru 4 f’bojler industrijali. Għall-kontabbiltà finanzjarja tagħha, hija żżomm kont tal-kostijiet tagħha, u għall-finijiet tal-għadd tal-gassijiet serra, hija żżomm kont tal-volumi (m3) kif rifless fl-irċevuti tal-fjuwil tagħha. Mill-irċevuti, hija tiddetermina l-volumi annwali ta’ żejt tal-fjuwil mixtri, u żżomm kont ukoll tal-inventarju taż-żejt tal-fjuwil fl-ewwel jum kalendarju tas-sena. Fl-2023 hija xtrat 100 m3 żejt tal-fjuwil. Abbażi tar-rekords tagħha, fl-1 ta’ Jannar 2023 kellha 2,5 m3 fir-riżervi tagħha, u fl-1 ta’ Jannar 2024 kellha 1 m3. Għalhekk, hija tiddetermina (permezz tax-xiri u l-kejl tal-inventarju) li matul l-2023 ikkunsmat 101,5 m3 żejt tal-fjuwil. |
|
41. |
Bl-użu tal-lista ta’ fatturi ta’ emissjoni tal-IPCC (Tabella 2.3, paġna 2.18), hija tistma l-fattur ta’ emissjoni tagħha bħala taħlita 50-50 ta’ żejt tad-diżil u żejt residwu bħala 75,75 t CO2/TJ, u bl-użu ta’ statistika ppubblikata dwar l-enerġija, tiddetermina li l-valur kalorifiku nett tagħha tal-fjuwil huwa ta’ 0,03921 TJ/m3. Minħabba li l-GWP tas-CO2 huwa ugwali għal wieħed, l-emissjoni tas-CO2 tagħha għal dan is-sors speċifiku tal-Ambitu 1 hija:
101,5 m3 * 0,03921 TJ/m3 * 75,75 t CO2/TJ * 1 = 301,5 t CO2 |
|
42. |
Għall-finijiet ta’ kompletezza f’dan l-eżempju, jiġu kkalkulati wkoll l-emissjonijiet tas-CH4 u l-N2O. L-iċċekkjar tal-lista tal-fatturi ta’ emissjoni tal-IPCC juri li dawn huma, rispettivament, 3 kg ta’ CH4/TJ u 0,6 kg ta’ N2O/TJ, u b’hekk l-emissjonijiet huma:
Emissjonijiet ta’ CH4 = 101,5 m3 * 0,03921 TJ/m3 * 3 kg CO2/TJ * 29,8 = 0,36 tCO2e Emissjonijiet ta’ N2O = 101,5 m3 * 0,03921 TJ/m3 * 0,6 kg CO2/TJ * 273 = 0,65 tCO2e |
|
43. |
Kif imsemmi, l-emissjonijiet tas-CH4 u tal-N2O jżidu madwar 1 tCO2e mal-valur tas-CO2 ta’ 301,5 tCO2, li jammonta għal madwar 0,3 % tat-total. Dan jista’ jitqies li huwa sew fil-limiti tal-errur ta’ rapportar aċċettabbli u għalhekk ma setax jiġi kkalkolat u rrapportat. Il-Potenzjali tat-Tisħin Globali għas-CH4 u l-N2O huma derivati mis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC, il-Kapitolu 7SM. |
Eżempju tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-Ambitu 2
|
44. |
Il-Kumpanija A għandha binja ta’ uffiċini ta’ 2 000 m2 f’Pariġi, fejn tħallas għall-elettriku kkunsmat għat-tisħin u t-tkessiħ ċentrali, id-dawl, il-kompjuters u tagħmir elettriku ieħor bħall-apparati. Mill-kontijiet tal-utilitajiet tagħha, hija stmat li l-binja kkunsmat 282 MWh ta’ elettriku fl-2022. Bl-użu ta’ fattur ta’ emissjoni ta’ 73 g CO2eq/kWh għal Franza fl-2022, hija stmat li l-emissjonijiet tal-Ambitu 2 tagħha għall-konsum tal-elettriku mill-binja tagħha kienu
|
|
45. |
L-impriżi jista’ jkun li jkunu jridu wkoll jipprovdu ċ-ċifri tal-Ambitu 2 tagħhom ibbażati fuq is-suq. Il-fatturi ta’ emissjoni għall-emissjonijiet tal-Ambitu 2 ibbażati fuq is-suq jirriflettu l-arranġamenti kuntrattwali tal-impriża mal-fornituri tal-enerġija tagħha. Il-fatturi ta’ emissjoni bbażati fuq is-suq jistgħu jiġu pprovduti mill-fornituri tal-elettriku jew tat-tisħin tagħhom kif ukoll appoġġati mix-xiri proprju ta’ Ċertifikati tal-Attributi tal-Enerġija jew ta’ Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija (PPAs, Power Purchase Agreements) jew l-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni tat-taħlita residwa (AIB, 2024). |
B4 – Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija
Gwida dwar liema impriżi jridu jirrapportaw dwar it-tniġġis u liema sustanzi niġġiesa jeħtieġ li jirrapportaw dwarhom l-impriżi.
|
46. |
Il-paragrafu 32 jistabbilixxi li l-impriża għandha tiddivulga s-sustanzi niġġiesa li tarmi fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija fl-operazzjonijiet tagħha stess jekk tali informazzjoni tkun diġà meħtieġa li tiġi rrapportata bil-liġi lill-awtoritajiet kompetenti jew taħt Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali. Dan ifisser li l-impriża l-ewwel tivvaluta jekk diġà tirrapportax tali informazzjoni, jew bħala rekwiżit legali jew volontarjament. Jekk diġà tirrapporta informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa (jew tkun legalment meħtieġa li tagħmel dan), l-impriża mbagħad tipprovdi aktar informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet skont ir-rekwiżiti fil-paragrafu 32. Madankollu, jekk l-impriża tkun għadha ma tirrapportax tali informazzjoni (u ma tkunx legalment meħtieġa li tagħmel dan), hija sempliċiment meħtieġa tiddikjara li dan huwa l-każ. |
|
47. |
B’mod ġenerali, dan ir-rekwiżit huwa mistenni li japplika għal impriżi li huma operaturi ta’ installazzjoni industrijali jew ta’ azjenda tal-bhejjem intensiva koperti mid-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali u mit-trobbija tal-bhejjem (IED 2.0 - id-Direttiva 2024/1785/UE), li temenda d-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali (IED, Industrial Emissions Directive - id-Direttiva 2010/75/UE). L-IED 2.0 tapplika għal madwar 75 000 installazzjoni fl-Ewropa, li jkopru attivitajiet bħall-ħruq tal-fjuwil f’bojlers b’potenza nominali ta’ aktar minn 50 MW, l-iffondar f’fonderiji tal-metall, l-ipproċessar ta’ metalli mhux ferrużi, il-produzzjoni tal-ġir, il-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz tal-kombustjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew bijoċidali, it-trobbija ta’ kwalunkwe taħlita ta’ ħnieżer jew pollam li jirrappreżentaw 380 unità ta’ bhejjem jew aktar, l-ikkonzar tal-ġlud, il-biċċeriji, eċċ. F’dawn il-każijiet, l-installazzjoni diġà trid tirrapporta lill-awtorità kompetenti dwar is-sustanzi niġġiesa mormija fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, u d-data hija disponibbli għall-pubbliku fir-Regolament dwar il-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IEPR, Industrial Emissions Portal Regulation - ir-Regolament 2024/1244/UE), li jissostitwixxi r-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (E-PRTR, European Pollutant Release and Transfer Register - ir-Regolament 166/2006/KE). Il-kumpaniji li joperaw f’aktar minn faċilità waħda, skont l-E-PRTR, ma għandhomx għalfejn jirrapportaw dwar l-emissjonijiet konsolidati tagħhom fil-livell tal-kumpanija, peress li jirrapportaw biss fil-livell tal-faċilità. Dan l-Istandard jirrikjedi r-rapportar tal-ammont totali ta’ sustanzi niġġiesa tal-faċilitajiet kollha. Bl-istess mod, il-kumpaniji li huma sidien ta’ faċilità iżda li ma joperawx fiha ma għandhomx għalfejn jirrapportaw lill-E-PRTR iżda huma mistennija li jirriflettu l-emissjonijiet tal-faċilità tagħhom fir-rapport tagħhom dwar is-sostenibbiltà. |
|
48. |
U anki jekk impriża tkun ġiet identifikata bħala li jkollha timmonitorja u tirrapporta dwar is-sustanzi niġġiesa elenkati fl-E-PRTR taħt Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali bħal, pereżempju, Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS, Eco-Management and Audit Scheme) jew ċertifikazzjoni tal-ISO 14001. Fil-prinċipju, dawn huma aspetti rilevanti li l-impriża għandha tinkludi fir-rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà. |
|
49. |
Jekk impriża jkollha faċilità waħda biss jew topera f’faċilità waħda biss, u jekk id-data tagħha dwar it-tniġġis tkun diġà disponibbli għall-pubbliku, l-impriża tista’ tirreferi għad-dokument fejn tiġi pprovduta tali informazzjoni minflok ma tirrapportaha mill-ġdid. Bl-istess mod, jekk l-impriża tippubblika rapport fil-livell tal-organizzazzjoni kollha bħal, pereżempju, rapport tal-EMAS li jinkorpora d-data dwar it-tniġġis, tista’ tinkludih fir-rapport dwar is-sostenibbiltà b’referenza. |
|
50. |
Sabiex tiġi rrapportata informazzjoni dwar is-sustanzi niġġiesa fir-rapport dwar is-sostenibbiltà, l-impriża għandha tindika t-tip ta’ materjal li jniġġes li jkun qed jiġi rrapportat flimkien mal-ammont ta’ emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija f’unità tal-massa xierqa (eż. t jew kg). |
|
51. |
Hawn taħt jista’ jinstab eżempju ta’ kif l-impriżi jistgħu jippreżentaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tagħhom fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija diviżi bit-tip ta’ sustanza niġġiesa.
|
|
52. |
Fir-rigward tat-tipi ta’ sustanzi niġġiesa li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta r-rapportar isir skont il-paragrafu 32, l-impriża tista’ tirreferi għas-sustanzi niġġiesa ewlenin li ġejjin li bħalissa huma koperti skont id-dritt tal-UE. Madankollu, kull impriża għandha tikkunsidra s-sustanzi niġġiesa speċifiċi koperti mil-leġiżlazzjoni fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom. |
|
53. |
Eżempji ta’ sustanzi niġġiesa ewlenin fl-arja (id-Direttiva (UE) 2024/299; ir-Regolament (UE) 2024/1244; Air pollution from key sectors, KE, 2024; Sources and emissions of air pollutants in Europe, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 2022) huma: l-ossidi tal-kubrit (SOx/SO2 – eż. mill-ġenerazzjoni tal-enerġija u t-tisħin fil-manifattura), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx/NO2 – eż. mit-trasport), komposti volatili organiċi mhux metaniċi (NMVOC (non-methane volatile organic compounds) – eż. minn attivitajiet agrikoli), il-monossidu tal-karbonju (CO – eż. mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili), l-ammonijaka (NH3 – eż. l-applikazzjoni u l-ħżin tad-demel), il-materja partikolata (PM10 – eż. mill-kombustjoni fil-manifattura, it-trasport, l-attivitajiet agrikoli), il-metalli tqal (Cd, Hg, Pb, As, Cr, Cu, Ni, Zn), il-POP (PAHs, HCB, PCBs, diossini/furani totali), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew “ODS” (ozone-depleting substances) (klorofluworokarburi “CFCs” (chlorofluorocarbons), idroklorofluworokarburi “HCFCs” (hydrochlorofluorocarbons), aloni), il-karbonju iswed (BC, black carbon – eż. mill-konsum tal-enerġija), eċċ. |
|
54. |
Is-sorsi ewlenin ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja fis-settur privat (li għandhom ukoll impatt kbir fuq il- katina tal-valur kollha) jinkludu: (a) il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili jew tal-bijomassa (li tista’ ssir esternament, tiġi distribwita permezz ta’ grilja nazzjonali, imbagħad ikkunsmata fl-attivitajiet tul il-katina tal-valur); (b) il-kombustjoni diretta stazzjonarja ta’ fjuwils fossili jew ta’ bijomassa fl-attivitajiet jew fil-proċessi industrijali ta’ impriża, jew it-tħaddim ta’ makkinarju stazzjonarju jew ta’ attivitajiet oħra li jeħtieġu kombustjoni tal-fjuwil; (c) it-trasport (tal-merkanzija, bit-triq, bil-ferrovija, it-tbaħħir u l-avjazzjoni, il-vetturi off-road bħal dawk użati fl-agrikoltura jew fil-kostruzzjoni); (d) il-proċessi industrijali (l-emissjonijiet l-oħrajn kollha li ma jirriżultawx mill-kombustjoni tal-fjuwil u li jseħħu matul il-proċessi industrijali); (e) l-agrikoltura (il-ġestjoni tal-bhejjem u tad-demel, il-produzzjoni tal-għelejjel bħall-ħruq tar-residwi tal-għelejjel, l-applikazzjoni tad-demel u tal-fertilizzanti); (f) ir-rimi tal-iskart (eż. ir-rimi f’landfill, l-inċinerazzjoni jew il-ħruq fil-miftuħ, jew l-ikkompostjar). |
|
55. |
Hawn taħt hawn eżempju ta’ metodoloġija sempliċi għall-iżvilupp ta’ inventarju tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja ta’ kumpanija u l-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ sustanzi rispettivi li jniġġsu l-arja. Din il-metodoloġija hija maqsuma fil-passi li ġejjin; bl-esklużjoni tal-immappjar tal-
katina tal-valur
skont l-Istandard VSME, l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni għandha tiġi rrapportata fil-livell tal-kumpanija li tirrapporta: (1) l-identifikazzjoni ta’ sorsi ta’ emissjonijiet fil-katina tal-valur, (2) l-identifikazzjoni ta’ metodoloġiji għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet, (3) il-ġbir ta’ data dwar l-attività, (4) l-identifikazzjoni ta’ fatturi ta’ emissjonijiet, u (5) il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet. Il-gwida tipprovdi mmappjar tas-sorsi tat-tniġġis għall-metodoloġiji għall-kalkolu tal-informazzjoni dwar l-emissjonijiet li jirriżultaw mis-sustanzi niġġiesa ewlenin tal-arja (it-tabella ta’ hawn taħt). (3)
|
|
56. |
Hawn taħt hawn eżempju ta’ metodu ta’ kalkolu għall-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja bl-użu tal-metodu għall-manifattura deskritt hawn fuq. Fl-eżempju kkunsidrat, Mp hija l-kwantità ta’ materjal M użat fi (jew prodott minn)
katina tal-valur
ta’ kumpanija prodotta bl-użu tal-proċess p (tunnellati, litri); EFk,p huwa l-fattur ta’ emissjoni għas-sustanza niġġiesa k għall-proċess p (unità tal-produzzjoni g-1); Emk,p huma emissjonijiet tas-sustanza niġġiesa speċifika k għall-proċess p (g).
Emk,p = Mp * EFk,p |
|
57. |
Pereżempju, manifattur ta’ daqs medju, li pproduċa 1 750 tunnellata ta’ ċikkulata fl-2022 japplika l-fattur ta’ emissjoni prestabbilit ta’ 2 biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tiegħu ta’ NMVOCs, li jirriżulta fil-kalkolu li ġej:
1 750 tunnellata ta’ ċikkulata * 2 (fattur ta’ emissjoni tal-NMVOCs) = 3 500 tunnellata ta’ emissjonijiet tal-NMVOCs. |
|
58. |
It-trasport jista’ jkun sors sinifikanti ieħor ta’ tniġġis tal-arja fl-operazzjonijiet proprji u fil-livell tal-
katina tal-valur
. F’dan il-każ, sabiex tiġi stmata l-emissjoni ta’ sustanza niġġiesa partikolari mit-trasport bit-triq, pereżempju, l-entità se jkollha tuża l-formula li ġejja, fejn FCv,f hija l-konsum tal-fjuwil tat-tip ta’ vettura v bl-użu tal-fjuwil f (kg); EFk,v,f hija l-fattur ta’ emissjoni għas-sustanza niġġiesa k għat-tip ta’ vettura v u għall-fjuwil f (g vettura-km-1); EmkK,v,f tirrappreżenta l-emissjonijiet tas-sustanza niġġiesa speċifika k għat-tip ta’ vettura v u għall-fjuwil f (g).
Emk,v,f = FCv,f * EFk,v,f |
|
59. |
Pereżempju, vettura kummerċjali ħafifa (LCV, light commercial vehicle) li taħdem bid-diżil li vvjaġġat total ta’ 2 800 km fl-2022 pproduċiet l-ammont li ġej ta’ emissjonijiet ta’ PM10 (fattur ta’ emissjoni ta’ PM10 ta’ 1,52 g/kg):
2 800 km * 1,52 = 4 256 grammi ta’ emissjonijiet ta’ PM10. |
|
60. |
Il-kombustjoni tal-fjuwil hija sors kritiku addizzjonali tal-emissjonijiet fl-arja. F’dan il-każ, eżempju ta’ formula jista’ jkun dan li ġej, fejn FCn huwa l-fjuwil n ikkunsmat fil-kategorija tas-sors (Gj); EFk huwa l-fattur ta’ emissjoni għal din is-sustanza niġġiesa k (g/Gj); u Emk huma l-emissjonijiet tas-sustanza niġġiesa speċifika k (g).
Emk = FCn * EFk; |
|
61. |
Pereżempju, kumpanija li tikkonsma 3 000 000 gramma ta’ fjuwil fl-2020 se jkollha EF ta’ 0,67 għall-SO2, li jirriżulta fi:
3 000 000 * 0,67 = 2 010 000 gramma ta’ emissjonijiet ta’ SO2. mill-kombustjoni tal-fjuwil fl-2020. |
|
62. |
Eżempji ta’ sustanzi niġġiesa ewlenin fl-ilma (ir-Regolament (UE) 2024/1244; id-Direttiva 2000/60/KE; id-Direttiva 2006/118/KE; id-Direttiva 91/676/KEE; id-Direttiva 2010/75/UE; u emenda tad-Direttiva 2024/1785; Industrial pollutant releases to water in Europe, EEA, 2024) huma: in-nitroġenu (N), il-fosforu (P), il-metalli tqal (Cd, Hg, Pb kif ukoll As, Cr, Cu, Ni, Zn), il-POPs u pestiċidi, BTEX (benżen, toluwen, etilbenżen, ksileni) u Komposti Organiċi Volatili oħrajn (VOCs, Volatile Organic Compounds), sustanzi li jinfluwenzaw b’mod mhux favorevoli l-bilanċ tal-ossiġenu (imkejla bl-użu ta’ parametri bħall-BOD, COD, eċċ.), il-kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC, total organic carbon), eċċ. |
|
63. |
Il-pestiċidi u n-nutrijenti (eż. N u P) jistgħu jiġu rilaxxati permezz ta’ attivitajiet agrikoli (Main sources of water pollution, EEA, 2023; Introduction to Freshwater Quality Monitoring and Assessment - Technical Guidance Document, UNEP, 2023) (eż. applikazzjoni tad-demel jew ta’ fertilizzant inorganiku). Il-konċentrazzjonijiet ta’ metalli tqal jistgħu jirriżultaw minn skariki mill-estrazzjoni mill-minjieri u ta’ ilma mormi. It-TOC huwa indikatur ġeneriku tal-kontaminazzjoni tal-ilma b’materja organika li jindika l-preżenza ta’ materjal ħaj, pereżempju fl-ilma mormi, iżda wkoll fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art (livelli ta’ konċentrazzjoni tas-soltu ta’ anqas minn 10 mgl-1 u 2 mgl-1, rispettivament). Is-COD tindika b’mod wiesa’ l-preżenza ta’ effluwenti industrijali jew dranaġġ, b’valuri li tipikament ikunu anqas minn 20 mgl-1 f’ilmijiet mhux imniġġsa u f’ilmijiet industrijali mormija jilħqu valuri sa 60 000 mgl-1. Il-BOD normalment tintuża biex jiġi ddeterminat it-tniġġis minn materja organika fl-ilmijiet tal-wiċċ kif ukoll għall-effiċjenza tat-trattament tad-dranaġġ, u normalment ikollha valuri ta’ madwar 2 mgl-1 f’ilmijiet mhux imniġġsa u ta’ 10 mgl-1 u aktar f’ilmijiet imniġġsa. Ir-rilaxx tal-VOCs jista’ jkun ir-riżultat ta’ tixrid fl-ilma. |
|
64. |
Fir-rigward tal-metodoloġija użata għall-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA, European Environment Agency) (Calculating emissions to water – a simplified method (Rapport tal-ETC/ICM 3/2022)) tirrakkomanda teknika ta’ stima sempliċi simili għal dik użata għas-sustanzi li jniġġsu l-arja msemmija hawn fuq. Fil-formula ta’ hawn taħt, ARa hija r-rata ta’ attività għall-attività a (li għandha tintgħażel abbażi tal-attività jew tal-proċess speċifiku; eż. ara Mp fil-kalkolu tal-emissjonijiet fl-arja ta’ hawn fuq); l-EFp,a huwa l-fattur ta’ emissjoni għas-sustanza niġġiesa p għall-attività a; u Emissionsp,a huma l-emissjonijiet tas-sustanza niġġiesa speċifika p għall-attività a.
Emissjonijietp,a = ARa * EFp,a |
|
65. |
Eżempji ta’ sustanzi niġġiesa ewlenin mormija fil-ħamrija (ir-Regolament (UE) 2024/1244; id-Direttiva 86/278/KEE) huma: N, P, metalli tqal (eż. l-applikazzjoni fuq l-art tal-ħama tad-dranaġġ), BTEX u VOCs, POPs u pestiċidi oħra. |
|
66. |
B’mod ġenerali, is-sorsi tas-settur privat tat-tniġġis tal-ħamrija huma prinċipalment il-prodotti jew il-prodotti sekondarji ta’ proċessi industrijali (eż. il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi, l-enerġija, il-manifattura tat-tessuti), it-tixrid aċċidentali ta’ prodotti derivati mill-petrol, il-bhejjem u l-attivitajiet agrikoli (eż. l-irrigazzjoni bl-ilma mormi mhux trattat, it-trobbija tal-pollam), il-produzzjoni u t-trattament tal-ilma mormi, il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-metall u l-minerali, u t-trasport (Global assessment of soil pollution: Rapport, FAO, 2021). |
|
67. |
Ġew żviluppati diversi manwali nazzjonali biex jappoġġaw lill-kumpaniji fil-kalkolu tal-emissjonijiet tagħhom fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, pereżempju, fl-Awstralja (Emission Estimation Technique Manual for Soft Drink Manufacture, National Pollution Inventory) u fl-Afrika t’Isfel (A Guide to Reporting and Estimating Emissions for the IPWIS) l-entitajiet huma ppreżentati bi ftit għażliet ta’ stima biex jagħżlu minnhom, skont il-possibbiltajiet tagħhom: kejl dirett (eż. kampjunar, sistema ta’ monitoraġġ kontinwu), bilanċ tal-massa, kalkoli tal-inġinerija, fatturi ta’ emissjoni (l-istess formula bħal dik ta’ hawn fuq għall-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma), eċċ. L-approċċ ġenerali għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet huwa li: 1) jiġu identifikati s-sorsi tal-emissjonijiet fil-faċilità (kombustjoni, manifattura, evaporazzjoni tas-solvent, ħżin, emissjonijiet li jaħarbu); 2) jingħata rendikont tal-informazzjoni disponibbli; 3) jiġi identifikat mil-lista ta’ metodi ta’ stima l-aktar wieħed xieraq għall-proċess speċifiku li qed jiġi evalwat, l-informazzjoni disponibbli, u l-għodod ta’ kejl li jistgħu jinkisbu biex tinkiseb id-data li hija meħtieġa; 4) tinġabar id-data meħtieġa għal kull metodu; u 5) jiġu kkalkolati l-emissjonijiet. Il-manwali jipprovdu diversi formuli u eżempji għall-metodu ta’ kalkolu ta’ kull emissjoni. |
|
68. |
Lista ta’ fatturi ta’ emissjoni għas-sustanzi li jniġġsu l-arja tista’ tinstab fuq il-paġna web iddedikata tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Għalkemm il-fatturi ta’ emissjoni jintużaw b’mod aktar komuni għat-tniġġis tal-arja, ċerti fatturi għall-iskariku tal-ilma tal-wiċċ u għar-rimi fl-art għal proċessi speċifiċi saru disponibbli mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Fatturi addizzjonali tal-emissjonijiet għall-POPs jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-paġna web tat-Toolkit for Identification and Quantification of Releases of Dioxins, Furans and Other Unintentional POPs. |
|
69. |
Ta’ min jinnota li r-rekwiżiti skont il-paragrafu 32 huma applikabbli biss għall-SMEs li joperaw f’setturi speċifiċi. L-impriżi li huma involuti fil-forniment ta’ servizzi (eż. li joperaw f’faċilitajiet ta’ koħidma jew kondiviżi jew mill-bogħod), pereżempju, tipikament ma humiex inklużi fl-ambitu ta’ din id-divulgazzjoni. B’kuntrast ma’ dan, l-impriżi li jwettqu attivitajiet ta’ produzzjoni (eż. sustanzi kimiċi) ġeneralment ikollhom
impatti
f’termini ta’ tniġġis u, għalhekk, huma mistennija jirrapportaw taħt din id-divulgazzjoni. It-tabella ta’ hawn taħt (adatta mill-
Gwida għall-Utent tal-EMAS
) tipprovdi eżempji ta’ impatti settorjali, inkluż għas-servizzi tal-uffiċċju, li għalihom l-aspetti relatati mat-tniġġis jistgħu ma jkunux sinifikanti.
|
B5 – Bijodiversità
Gwida dwar kif jiġu identifikati s-siti f’żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità jew dawk fil-qrib tagħhom
|
70. |
Il-paragrafu 33 jistipula li l-impriża għandha tiddivulga s- siti li topera fihom li jinsabu f’ żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità jew qribhom . Iż-żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità huma definiti bħala tali minn regolament speċjali dwar il-protezzjoni tan-natura fil-livell Ewropew jew internazzjonali. Dawn jinkludu żoni li jappartjenu għan-network Natura 2000 ta’ żoni protetti, siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità (“KBAs”, Key Biodiversity Areas), kif ukoll żoni protetti oħra indikati bħala li jeħtieġu protezzjoni speċjali mill-awtoritajiet governattivi (eż. żoni forestali protetti jew żoni li jinsabu f’distretti ta’ baċir ta’ xmara). |
|
71. |
Sabiex jiġu identifikati ż-żoni protetti u ż- żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità , l-impriża tista’ tirreferi għal bażijiet ta’ data bħall-Bażi ta’ Data Dinjija dwar iż-Żoni Protetti (WDPA, World Database on Protected Areas) (bażi ta’ data globali biex tgħin fl-identifikazzjoni ta’ żoni protetti marittimi u terrestri), il-Bażi ta’ Data Dinjija dwar Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità, u l-Lista Ħamra ta’ Speċi Mhedda tal-IUCN. L-impriża tista’ tuża wkoll għodod bħall-Għodda Integrata għall-Valutazzjoni tal-Bijodiversità (IBAT, Integrated Biodiversity Assessment Tool). |
|
72. |
Qrib , fil-kuntest ta’ B5 – Bijodiversità, għandu jirreferi għal żona li tkun (parzjalment) tikkoinċidi jew tmiss ma’ żona sensittiva mil-lat tal-bijodiversità . |
|
73. |
It-tabella li ġejja turi kif tista’ tiġi ppreżentata l-informazzjoni dwar is-
siti
f’
żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità
jew qribhom.
|
Gwida dwar il-kalkolu u r-rapportar dwar l-użu tal-art
|
74. |
“Żona ssiġillata” għandha tinftiehem bħala żona fejn il-ħamrija oriġinali ġiet mgħottija (eż. toroq, bini, parkeġġi), biex b’hekk saret impermeabbli u li tirriżulta f’ impatt fuq l-ambjent. |
|
75. |
Żona ekoloġika jew “ żona orjentata lejn in-natura ” hija żona li primarjament tippreserva jew tirrestawra n-natura. Żoni kważi naturali/ekoloġiċi jistgħu jkunu jinsabu fis- sit tal-organizzazzjoni u jistgħu jinkludu bjut, faċċati, sistemi ta’ katusi tal-ilma jew karatteristiċi oħrajn iddisinjati, adattati jew ġestiti biex tiġi promossa l-bijodiversità. Żoni kważi naturali jistgħu jkunu jinsabu wkoll barra mis-sit tal-organizzazzjoni jekk ikunu proprjetà tal-organizzazzjoni jew ġestiti minnha u primarjament iservu għall-promozzjoni tal-bijodiversità. |
|
76. |
It-tabella li ġejja turi kif tista’ tiġi ppreżentata l-informazzjoni dwar l-
użu tal-art
(EMAS, 2023).
|
B6 – Ilma
Gwida dwar kif għandhom jiġu kkalkolati u rrapportati l-estrazzjonijiet tal-ilma u l-konsum tal-ilma
|
77. |
L- estrazzjoni tal-ilma hija relatata mal-ammont ta’ ilma li impriża tiġbed fil-limiti organizzazzjonali tagħha minn kwalunkwe sors matul il-perjodu ta’ rapportar. Fil-prattika, għall-biċċa l-kbira tal-impriżi din tirrigwarda l-ammont ta’ ilma meħud min-network pubbliku tal-provvista tal-ilma kif indikat fil-kontijiet tal-utilitajiet. Madankollu, fejn applikabbli, l-estrazzjoni tal-ilma tinkludi wkoll ammonti ta’ ilma meħuda minn sorsi oħra bħall-ilma ta’ taħt l-art minn bjar proprji, ilma meħud minn xmajjar jew lagi jew ilma riċevut minn impriżi oħra. Fil-każ speċifiku ta’ impriżi li joperaw fl-agrikoltura, l-estrazzjoni tal-ilma tinkludi l-ilma tax-xita jekk jinġabar direttament u jinħażen mill-impriża. |
|
78. |
Id-data dwar l-estrazzjoni tal-ilma tista’ tinkiseb minn kejl bl-użu ta’ apparat li jkejjel il-fluss jew mill-kontijiet tal-ilma; tabilħaqq, fil-prattika, għall-biċċa l-kbira tal-impriżi l-estrazzjoni tal-ilma tirrigwarda l-ammont ta’ ilma meħud min-network pubbliku tal-provvista tal-ilma kif indikat fil-kontijiet tal-utilitajiet. F’każijiet li fihom il-kejl dirett ma jkunx fattibbli jew jitqies li ma huwiex biżżejjed u għalhekk jeħtieġ li jiġi ssupplimentat, id-data dwar l-estrazzjoni tal-ilma tista’ tiġi stmata bl-użu, pereżempju, ta’ mudelli ta’ kalkoli, u ta’ standards tal-industrija. |
|
79. |
Pereżempju, fil-każ ta’ uffiċċju kondiviż jew spazju ta’ koħidma, metodu possibbli għall-kalkolu tal-
irtirar tal-ilma
jista’ jkun li tittieħed l-estrazzjoni totali tal-ilma tal-bini mill-kont tal-ilma u tiġi kkalkolata l-estrazzjoni tal-ilma għal kull
impjegat
bl-ekwazzjoni li ġejja:
Estrazzjoni tal-ilma għal kull impjegat kuljum (L) = estrazzjoni tal-ilma annwali (L) / (nru tal-impjegati fil-bini kondiviż kollu x nru ta’ jiem tax-xogħol). L-impriża mbagħad tkun tista’ timmultiplika l-estrazzjoni tal-ilma għal kull impjegat għan-numru tal-impjegati tagħha u l-jiem li tkun ħadmet fis-sena ta’ rapportar biex tikseb in-numru finali meħtieġ fid-data. Bħala eżempju numeriku li japplika l-formula proposta, l-estrazzjoni tal-ilma annwali meħuda mill-kont tal-ilma ta’ spazju tal-koħidma hija ta’ 1 296 m3 (li jikkorrispondi għal 1 296 000 L), spazju tal-koħidma fejn 100 impjegat ta’ kumpaniji differenti jaħdmu flimkien għal għadd preżunt ta’ 240 jum fis-sena. Is-suppożizzjoni fuq l-għadd medju ta’ jiem maħduma tista’ tkun ibbażata fuq statistika nazzjonali, pereżempju. L-estrazzjoni tal-ilma għal kull impjegat kuljum f’dan il-każ tkun: estrazzjoni tal-ilma għal kull impjegat kuljum = 1 296 000 L / (100x240) = 54 L |
|
80. |
Jekk wieħed jassumi issa li l- impjegati tal-impriża li tirrapporta huma 25 u li jużaw l-ispazju tal-koħidma għal 220 jum fis-sena, l- estrazzjoni tal-ilma annwali tal-impriża fl-ispazju tal-koħidma tkun l-estrazzjoni tal-ilma għal kull impjegat immultiplikata bin-numru ta’ impjegati tagħha u l-jiem maħduma, għalhekk 54Lx25x220 = 297 000 L (li jikkorrispondu għal 297 m3). |
|
81. |
Dan il-kalkolu jista’ jkun utli meta jkun possibbli li jiġi aċċessat il-kont tal-ilma tal-bini kondiviż. Dan il-metodu sempliċi ta’ kalkolu għandu xi limitazzjonijiet, peress li ma jqisx, pereżempju, id-differenzi fl-użu bejn partijiet differenti tal-bini (eż. bini ta’ seba’ sulari jista’ jkollu sitt sulari ddedikati għall-uffiċċji u sular wieħed b’kantin jew ristorant), li l-impriża tista’ tegħlibhom jekk tkun disponibbli data addizzjonali, li tirfina aktar il-kalkolu bażiku pprovdut hawn fuq bħala eżempju. |
|
82. |
Mod alternattiv kif tinkiseb id-data dwar l-
estrazzjoni tal-ilma
fl-eżempju ta’ uffiċċji kondiviżi meta ma jkunx possibbli li jiġi aċċessat il-kont tal-ilma jista’ jkun li tiġi kkalkulata bl-użu ta’ rati tal-fluss tal-fittings u ta’ data dwar l-okkupanza bħala inputs primarji. Formula possibbli tista’ tkun:
Estrazzjoni tal-ilma totali = ∑(Rata tal-Fluss×Numru ta’ Użi Kuljum×Numru ta’ Jiem fis-Sena×Okkupanza) fejn:
|
|
83. |
Sors possibbli addizzjonali li jista’ jappoġġa r-rapportar tal- estrazzjoni tal-ilma għall-impriżi li joperaw f’uffiċċji kondiviżi huwa l-indikatur 3.1 tal-livell(i) tal-JRC: Manwal tal-utent tal-konsum tal-ilma skont l-istadju tal-użu kif ukoll dokumenti u skedi ta’ kalkolu addizzjonali relatati (ara PG Section Documents | Product Bureau (europa.eu)). Barra minn hekk, l-impriża tista’ tikkonsulta d-Dokument ta’ Referenza tal-EMAS għas-settur tal-Amministrazzjoni Pubblika u d-Dokument ta’ Referenza tal-EMAS għas-settur tal-kostruzzjoni kif ukoll is-sistemi ta’ klassifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjonijiet, li jistgħu jipprovdu indikazzjonijiet utli fil-metodoloġiji tagħhom dwar kif għandu jiġi rfinat aktar il-kalkolu għall-estazzjoni tal-ilma fl-uffiċċji u fl-ispazji kondiviżi. |
|
84. |
L-eżempji pprovduti biex tinkiseb data dwar l- estrazzjoni tal-ilma fil-każ ta’ uffiċċji kondiviżi jistgħu jiġu trasposti u applikati minn impriżi li joperaw f’setturi differenti, b’aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa għas-sitwazzjoni settorjali u speċifika għall-entità li topera fiha l-impriża. L-EMAS “faċli” għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ud-Dokumenti ta’ Referenza Settorjali (SRDs, Sectoral Reference Documents) tal-EMAS jistgħu jiġu kkonsultati għall-metodoloġija u għal indikaturi speċifiċi għas-settur dwar l-estrazzjoni tal-ilma kif ukoll għall-istandards u l-parametri referenzjarji tal-industrija. |
|
85. |
Il- konsum tal-ilma huwa l-ammont ta’ ilma miġbud fil-limiti tal-impriża li ma jiġix skarikat jew li ma huwiex ippjanat li jiġi skarikat lura fl-ambjent tal-ilma jew lil parti terza. Dan tipikament jirrigwarda l-ilma evaporat – eż. fi proċessi tal-enerġija termali bħat-tnixxif jew il-produzzjoni tal-enerġija – l-ilma inkorporat fil-prodotti – eż. fil-produzzjoni tal-ikel – jew l-ilma għal skopijiet ta’ irrigazzjoni – eż. użat fl-agrikoltura jew għat-tiqsija tal-bini tal-kumpaniji. |
|
86. |
L-iskariku tal-ilma jfisser, pereżempju, l-ammont ta’ ilma ttrasferit direttament lil korpi tal-ilma riċeventi bħal lagi jew xmajjar, id-dranaġġ pubbliku jew lil kumpaniji oħra għall-użu tal-ilma kaskata. Dan jista’ jitqies bħala l-output tal-ilma tal-impriża. |
|
87. |
Għalhekk, il-
konsum tal-ilma
jista’ jiġi kkalkolat bħala:
Konsum tal-ilma = Inputs tal-Ilma – Outputs tal-Ilma jew fi kliem ieħor: Konsum tal-ilma = (Estrazzjoni tal-ilma) – Skariki tal-ilma. Għall-impriżi li jieħdu l-ilma biss min-network pubbliku tal-ilma u jiskarikawh fid-dranaġġ, il-konsum tal-ilma se jkun qrib iż-żero u għalhekk jista’ jitħalla barra mir-rapport. B’mod aktar ġenerali, l-applikabbiltà tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni dwar il-konsum tal-ilma hija relatata ma’ informazzjoni diġà mitluba mil-liġi, diġà rrapportata, u/jew xierqa għas-settur. |
|
88. |
Fl-immaġni ta’ hawn taħt hawn stampa skematika tar-relazzjoni bejn l-
estrazzjoni tal-ilma
, il-
konsum tal-ilma
u l-iskariku tal-ilma.
|
|
89. |
L-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni ta’ spjegazzjoni addizzjonali biex tikkuntestwalizza l- estrazzjonijiet tal-ilma jew il-konsum tal-ilma tagħha. Pereżempju, l-impriża tista’ tenfasizza jekk l-ilma tax-xita jinġabarx u jintużax bħala sostituzzjoni għall-ilma tal-vit jew jekk l-ilma jiġix skarikat lil partijiet oħra għall-użu kaskata. |
|
90. |
Hawn taħt hawn eżempju ta’ kif l-impriżi jistgħu jippreżentaw informazzjoni kwantitattiva dwar l-estrazzjonijiet, l-iskariki u l-konsum tagħhom tal-ilma diviżi bil-post tas-
sit
.
|
Gwida għad-determinazzjoni ta’ jekk l-impriża toperax f’żona bi stress idriku għoli
|
91. |
L-impriża tista’ tikkonsulta lill-awtoritajiet lokali (eż. nazzjonali, reġjonali) tal-ilma tal-post(ijiet) li topera fihom sabiex tinforma l-valutazzjoni tagħha tar-riżorsi tal-ilma għall-post(ijiet) speċifiku/speċifiċi, inkluża l-identifikazzjoni ta’ żoni ta’ stress idriku għoli. L-impriża tista’ tikkonsulta wkoll għodod disponibbli għall-pubbliku u bla ħlas li jimmappjaw l-iskarsezza tal-ilma globalment. Għodda waħda ta’ dan it-tip hija l-Aqueduct Water Risk Atlas tad-WRI, li jipprovdi mappa interattiva ta’ indikatur tal-istress idriku (l-“istress idriku fil-linja bażi”, li jkejjel il-proporzjon tad-domanda totali tal-ilma għall-provvisti rinnovabbli disponibbli tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art) fil-livell tas-sottobaċir. Bl-għajnuna ta’ din l-għodda, l-impriżi jistgħu jikkonsultaw il-linja bażi tal-istress idriku stabbilita għall-baċiri ta’ xmajjar differenti madwar id-dinja. Il-valuri tal-indikatur tal-linja bażi tal-istress idriku ta’ aktar minn 40 % jindikaw żona ta’ stress idriku għoli. |
|
92. |
Bħala eżempju, il-mappa ta’ hawn taħt turi l-baċiri ewlenin tax-Xmara Iberika u l-klassifikazzjoni tal-istress idriku tagħhom skont WRI Aqueduct.
F’din l-immaġni jistgħu jiġu osservati diversi baċiri tal-ilma fil-Peniżola Iberika, flimkien mal-klassifikazzjoni tal-istress idriku tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-parti tan-Nofsinhar tal-peniżola tinsab f’żona ta’ stress idriku għoli sinifikanti – bl-eċċezzjoni tal-baċir ta’ Guadiana (bl-isfar). Għalhekk, jekk l-impriża jkollha operazzjonijiet fil-baċir ta’ Guadalquivir (eż. ir-reġjun tal-Andalusija, li għandu livell sinifikanti ta’ stress idriku għoli), l-impriża jkollha tiddiżaggrega l- konsum tal-ilma tagħha għal dak ir-reġjun/baċir tal-ilma. Iżda jekk l-operazzjonijiet tagħha jseħħu fil-parti tan-Nofsinhar tal-baċir tax-xmara Guadiana (fejn hemm stress idriku baxx), allura ma jkunx meħtieġ li l-konsum tal-ilma tagħha jiġi ddiżaggregat għal dak ir-reġjun/baċir tal-ilma. |
|
93. |
Għodod oħra possibbli li l-impriżi jistgħu jikkonsultaw biex jiddeterminaw il-post tagħhom f’żoni ta’ stress idriku huma l-mappa statika (u s-sett ta’ data relatat) ipprovduta mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) Water Exploitation Index plus (WEI+) for summer and Urban Morphological Zones (UMZ) u l-mappa interattiva Water exploitation index plus (WEI+) for river basin districts (1990-2015), li t-tnejn jippreżentaw l-indikatur tal-istress idriku WEI+ li jkejjel il- konsum tal-ilma totali bħala perċentwal tar-riżorsi tal-ilma ħelu rinnovabbli fil-livell tas-sottobaċir. Il-valuri tal-WEI+ ta’ 40 % jew aktar ġeneralment jindikaw sitwazzjonijiet ta’ stress idriku għoli. Ta’ min jenfasizza li WRI Aqueduct jibbaża l-indikatur tal-linja bażi tal-istress idriku tiegħu fuq id-domanda għall-ilma, filwaqt li l-indikatur tal-EEA tal-istress idriku WEI+ huwa bbażat fuq il-konsum tal-ilma. |
B7 – Użu tar-riżorsi, ekonomija ċirkolari u mmaniġġjar tal-iskart
Gwida dwar il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari
|
94. |
Meta tiddivulga informazzjoni dwar il-prodotti, l-użu tal-materjali u l-immaniġġjar tal-iskart tagħha, l-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni fir-rigward tal-
prinċipji tal-ekonomija ċirkolari
. Il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari huma spjegati fil-paragrafi ta’ hawn taħt. Il-prinċipji ewlenin tal-ekonomija ċirkolari huma deskritti hawn taħt u l-prinċipji ewlenin ikkunsidrati mill-Kummissjoni Ewropea huma mogħtija bil-korsiv.
L-eliminazzjoni tal-iskart u tat-tniġġis – dan jista’ jsir permezz ta’ titjib fil-proċess kif ukoll permezz ta’ kunsiderazzjonijiet fid-disinn fil-livell tal-utilizzabiltà, ir-riutilizzabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, iż-żarmar u l-manifattura mill-ġdid. Iċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti u tal-materjali (fl-ogħla valur tagħhom) – ir-riutilizzabbiltà u r- riċiklaġġ huma kruċjali għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti, iżda dan jissaħħaħ jekk tingħata kunsiderazzjoni speċjali liċ-ċirkolarità fil-fażi tad-disinn għal kwistjonijiet bħall-utilizzabiltà, ir-riutilizzabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, il-manifattura mill-ġdid u ż-żarmar. Jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll fatturi bħall-inkorporazzjoni ta’ bijomaterjali u r-riċirkolazzjoni tagħhom permezz taċ-ċiklu bijoloġiku, pereżempju l-użu ta’ kopertura ta’ għelejjel bijodegradabbli minflok tal-plastik fl-agrikoltura. Ir-riġenerazzjoni tan-natura – kull meta jkun possibbli, l-attivitajiet tal-bniedem għandhom ifittxu li jirriġeneraw in-natura u jtejbu jew jirrestawraw il-funzjonijiet ekoloġiċi ewlenin (jiġifieri l-iskular, il-provvista ta’ ħabitats, ir-regolazzjoni termali, eċċ.) li setgħu ntilfu minħabba attivitajiet preċedenti tal-bniedem. |
Gwida dwar il-ġenerazzjoni totali tal-iskart u l-iskart iddevjat għar-riċiklaġġ jew għall-użu mill-ġdid
|
95. |
Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 38 jistgħu jitħallew barra minn impriżi li jiġġeneraw biss skart domestiku. F’każijiet bħal dawn, l-impriża tiddikjara biss li tiġġenera dan it-tip ta’ skart. |
|
96. |
Meta tirrapporta dwar skart perikoluż skont il-paragrafu 38(a), l-impriża tissodisfa r-rekwiżiti dwar l- iskart radjuattiv tal-indikatur numru 9 mit-Tabella #1 tal-Anness 1 tar-Regolament dwar Divulgazzjonijiet relatati mas-Sostenibbiltà tas-Servizzi Finanzjarji (SFDR, Sustainable Finance Disclosure Regulation) (4). Dan l-indikatur tal-SFDR (il-proporzjon bejn it-tunnellati ta’ skart radjuattiv u perikoluż ) jista’ jiġi kkalkolat billi jintuża n-numeratur u d-denominatur li l-impriża tipprovdi meta tirrapporta skont il-paragrafu 38(a). |
|
97. |
L-SMEs iridu jiddivulgaw l-iskart perikoluż u radjuattiv jekk l-operazzjonijiet tagħhom jinvolvu l-ġenerazzjoni ta’ skart ta’ dan it-tip. L-applikabbiltà tiddependi fuq il-preżenza ta’ materjali perikolużi jew radjuattivi fil-proċessi tan-negozju. |
|
98. |
Huwa rrakkomandat li l-impriżi jikklassifikaw l-
iskart perikoluż
tagħhom bl-użu tal-Katalgu ta’ Skart Ewropew, jew EWC (European Waste Catalogue) fil-qosor (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), li tikkategorizza l-iskart skont it-tip. Kwalunkwe skart immarkat b’asterisk (*) huwa kklassifikat bħala perikoluż fl-EWC, normalment b’referenza għal “fih sustanzi perikolużi”. Pereżempju:
|
|
99. |
Madankollu, l-iskart jitqies perikoluż jekk juri waħda jew aktar mill-proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (id-Direttiva 2008/98/KE). Sabiex tkun tista’ ssir referenza għalihom aktar faċilment, dawn huma ppreżentati hawn taħt flimkien mal-pittogrammi rispettivi biex jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ proprjetajiet perikolużi bħall-fjammabbiltà, it-tossiċità u l-korrużività, li jistgħu jwasslu biex l-iskart jiġi kklassifikat bħala perikoluż. |
|
100. |
L- iskart radjuattiv għandu wkoll jew jista’ jkollu proprjetajiet perikolużi li jagħmluh perikoluż, jiġifieri karċinoġeniċi, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni. Madankollu, is-sustanzi radjuattivi huma soġġetti għal regolamenti separati fl-UE (id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom). Il-kumpaniji li jużaw materjali radjuattivi bil-kapaċità li jiġġeneraw skart radjuattiv soġġett għar-regolamentazzjoni tal-UE għandhom ikunu konxji dwar dan. L-iskart radjuattiv għandu jiġi identifikat abbażi tal-preżenza ta’ radjunuklidi f’livelli ogħla mil-limiti ta’ approvazzjoni regolatorja. |
|
101. |
L- iskart radjuattiv jista’ jkun preżenti f’varjetà ta’ oġġetti bħat-tagħmir mediku, tar-riċerka u industrijali, fid-detetturi tad-duħħan, jew fil-ħama. |
|
102. |
Il-Pittogrammi tal-Perikli għal kull klassi ta’ periklu huma ppreżentati hawn taħt.
Pittogrammi li jindikaw proprjetajiet perikolużi, l-Anness V, mir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-Klassifikazzjoni, Tikkettar u Imballaġġ (CLP, Classification, Labelling and Packaging). |
|
103. |
Meta tippreżenta informazzjoni dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart jew id-devjazzjoni tagħha mir-rimi, l-impriża preferibbilment għandha tirrapporta tali informazzjoni f’unitajiet ta’ piż (eż. kg jew tunnellati). Madankollu, jekk l-unitajiet ta’ piż jitqiesu bħala unità mhux xierqa mill-impriża, jistgħu minflok jiddivulgaw il-metriċi msemmija hawn fuq fil-volumi (eż. m3). |
|
104. |
Meta tiddivulga informazzjoni dwar l-iskart annwali totali ddevjat għar- riċiklaġġ jew għall-użu mill-ġdid, l-impriża għandha tikkunsidra l-iskart li jiġi magħżul u mibgħut lill-operaturi tar-riċiklaġġ jew tal-użu mill-ġdid (eż. l-ammont ta’ skart imqiegħed f’kontenitur tar-riċiklaġġ jew l-għażla tal-iskart f’ċerti kategoriji ta’ materjali u l-konsenja tagħhom lejn faċilitajiet ta’ trattament tal-iskart) minflok l-iskart li effettivament jiġi rriċiklat jew użat mill-ġdid. |
|
105. |
Meta tiddivulga informazzjoni dwar l-iskart, l-impriża tista’ tadotta t-tabelli li ġejjin.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
106. |
Eżempji ta’ skart perikoluż li n-negozji ż-żgħar jistgħu jiġġeneraw jinkludu batteriji, żjut użati, pestiċidi, tagħmir li fih il-merkurju u lampi fluworexxenti. |
|
107. |
L-impriża tista’ tipprovdi diżaggregazzjonijiet ulterjuri li jispeċifikaw aktar tipi ta’ skart perikoluż u mhux perikoluż. Meta tagħmel dan, tista’ tikkunsidra l-lista tad-deskrizzjonijiet tal-iskart li tinsab fil-metrika soċjali tal-Katalgu ta’ Skart Ewropew. |
Gwida dwar il-fluss tal-massa annwali tal-materjali rilevanti użati
|
108. |
Il-fluss tal-massa annwali huwa indikatur allinjat mar-rekwiżiti tal-EMAS dwar l-effiċjenza tal-konsum tal-materjali, u juri d-dipendenza tal-impriża fuq materjali speċifiċi fl-operazzjonijiet tagħha (eż. l-injam u l-azzar għall-industrija tal-kostruzzjoni). L-impriża hawnhekk hija meħtieġa tipprovdi informazzjoni dwar il-materjali li tuża, inklużi kemm il-materjali miksuba mill-fornituri kif ukoll dawk miksuba internament mill-produzzjoni. Sabiex tikkalkula l-fluss tal-massa annwali tal-materjali rilevanti li tkun użat, l-impriża l-ewwel ikollha bżonn tidentifika l-materjali ewlenin speċifiċi li fuqhom jiddependu l-operazzjonijiet tagħha u li għalihom jeħtieġ li tiġi evalwata l-effiċjenza tal-materjali (eż. l-effiċjenza tal-materjal tal-injam). Jekk jintużaw tipi differenti ta’ materjali, l-impriża jkollha tipprovdi separatament il-fluss tal-massa annwali (jiġifieri l-piż totali għal kull materjal rilevanti użat, eż. tunnellati ta’ injam mixtrija) għal kull materjal ewlieni b’mod xieraq, pereżempju billi taqsmu skont l-użu li jsir minnu (Gwida għall-Utent tal-EMAS). Il-fluss tal-massa tal-materjali rilevanti użati jirriżulta mis-somma tal-piż tal-materjali użati kollha, inklużi l-materja prima, il-materjali awżiljarji, il-materjali tal-input, il-prodotti semilesti, jew oħrajn (minbarra s-sorsi tal-enerġija u l-ilma). Dan l-indikatur għandu preferibbilment jiġi espress f’unitajiet ta’ piż (eż. kilogrammi jew tunnellati), volum (eż. m3) jew unitajiet metriċi oħra użati b’mod komuni fis-settur. |
Gwida dwar kif għandhom jiġu identifikati l-proċessi tal-manifattura, tal-kostruzzjoni u/jew tal-imballaġġ
|
109. |
Sabiex tidentifika l-proċessi tal-manifattura, tal-kostruzzjoni u/jew tal-imballaġġ, l-impriża tista’ tirreferi għall-attivitajiet li jaqgħu taħt it-Taqsima C – Manifattura, it-Taqsima F – Kostruzzjoni, kif ukoll il-Klassi O82.92 “Attivitajiet tal-ippakkjar” tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/137. |
1.3. Gwida tal-Modulu Bażiku – Metriċi Soċjali
B8 – Forza tax-xogħol – Karatteristiċi ġenerali
|
110. |
L-ekwivalenti għall-full-time (FTE) huwa l-għadd ta’ pożizzjonijiet full-time f’impriża. Dan jista’ jiġi kkalkolat billi jiġu diviżi s-sigħat skedati ta’ impjegat (is-sigħat effettivi totali maħduma f’ġimgħa) bis-sigħat ta’ min iħaddem għal ġimgħa tax-xogħol full-time (is-sigħat totali maħduma mill-impjegati full-time). Pereżempju, impjegat li jaħdem 25 siegħa kull ġimgħa għal kumpanija fejn ġimgħa full-time fiha 40 siegħa jirrappreżenta 0,625 FTE (jiġifieri 25/40 siegħa). |
|
111. |
L-għadd ta’ persuni huwa n-numru totali ta’ persuni impjegati mill-impriża rrapportat jew fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar jew bħala medja matul il-perjodu ta’ rapportar. |
Gwida dwar kif għandha tiġi ppreżentata informazzjoni dwar it-tipi ta’ kuntratti tal-impjegati
|
112. |
It-tabella li ġejja turi kif l-informazzjoni dwar l-
impjegati
tista’ tiġi ppreżentata skont it-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg.
|
|
113. |
It-tabella li ġejja turi kif l-informazzjoni dwar l-
impjegati
tista’ tiġi ppreżentata skont il-ġeneru.
|
|
114. |
F’xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, huwa possibbli għall-persuni li jirreġistraw lilhom infushom legalment bħala li għandhom it-tielet ġeneru, ħafna drabi newtrali, li huwa kategorizzat bħala “ieħor” fit-tabella ta’ hawn fuq. Jekk l-impriża tkun qed tiddivulga data dwar l- impjegati fejn dan ma jkunx possibbli, tista’ tispjega dan u tindika li l-kategorija “ieħor” ma hijiex applikabbli. Il-kategorija “mhux irrapportat” tapplika għall-impjegati li ma jiddivulgawx l-identità tal-ġeneru tagħhom. |
|
115. |
It-tabella li ġejja turi kif l-informazzjoni dwar l-
impjegati
tista’ tiġi ppreżentata skont il-pajjiżi.
|
|
116. |
Id-definizzjonijiet u t-tipi ta’ kuntratti ta’ impjieg jistgħu jvarjaw skont il-pajjiż. Jekk l-impriża jkollha impjegati f’aktar minn pajjiż wieħed, hija għandha tuża d-definizzjonijiet legali stipulati fil-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi fejn ikunu bbażati l-impjegati sabiex tikkalkula d-data fil-livell tal-pajjiżi. Tali data fil-livell tal-pajjiżi mbagħad għandha tingħadd sabiex jiġu kkalkulati n-numri totali, filwaqt li jiġu injorati d-differenzi fid-definizzjonijiet legali nazzjonali. |
|
117. |
Id-dawran tal- impjegati jirreferi għall-impjegati li jitilqu mill-impriża b’mod volontarju jew minħabba tkeċċija, irtirar jew mewt waqt is-servizz. |
|
118. |
Sabiex tiġi kkalkolata r-rata tad-
dawran
, għandha tintuża l-formula ta’ hawn taħt.
|
B9 – Forza tax-xogħol – Saħħa u sikurezza
Gwida dwar ir-rata ta’ aċċidenti relatati max-xogħol li jistgħu jiġu rreġistrati
|
119. |
Abbażi tas-suppożizzjoni li ħaddiem full-time jaħdem 2 000 siegħa fis-sena, ir-rata tindika l-għadd ta’ aċċidenti relatati max-xogħol għal kull 100 ħaddiem full-time fuq perjodu ta’ żmien annwali. Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tikkalkula direttament in-numru ta’ sigħat maħduma, hija tista’ tistma dan abbażi ta’ sigħat normali jew standard ta’ xogħol. |
|
120. |
Sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta’ aċċidenti
relatati max-xogħol li jistgħu jiġu rreġistrati
tal-
impjegati
, għandha tintuża l-formula ta’ hawn taħt.
Eżempju |
|
121. |
Il-Kumpanija A rrapportat tliet aċċidenti relatati max-xogħol fis-sena ta’ rapportar. Il-Kumpanija A għandha 40
impjegat
, u għadd totali ta’ 80 000 siegħa (40 x 2 000) maħduma f’sena.
Ir-rata ta’ aċċidenti relatati max-xogħol li jistgħu jiġu rreġistrati hija ta’ 3/80 000 x 200 000 = 7,5. |
Gwida dwar in-numru ta’ fatalitajiet bħala riżultat ta’ korrimenti relatati max-xogħol u ta’ mard relatat max-xogħol
|
122. |
Il-korrimenti relatati max-xogħol u l-mard relatat max-xogħol jirriżultaw mill-esponiment għall-perikli fuq il-post tax-xogħol. |
|
123. |
F’każ ta’ telexogħol, il-korrimenti u l-mard ikunu relatati max-xogħol jekk il-korriment jew il-mard ikunu direttament relatati mat-twettiq tax-xogħol aktar milli mal-ambjent ġenerali tad-dar. |
|
124. |
F’każ ta’ korrimenti u mard li jseħħu waqt li persuna tkun qed tivvjaġġa għax-xogħol, dawn jitqiesu bħala relatati max-xogħol jekk l- impjegat kien qed iwettaq attivitajiet tax-xogħol fl-interess ta’ min iħaddmu fil-mument li seħħ il-korriment jew il-mard. L-aċċidenti li jseħħu waqt l-ivvjaġġar, barra mir-responsabbiltà tal-impriża (jiġifieri l-ivjaġġar regolari lejn ix-xogħol u lura minnu), huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, li tirregola l-kategorizzazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ jekk humiex meqjusa relatati max-xogħol jew le. |
|
125. |
Il-mard mentali jitqies bħala relatat max-xogħol jekk ikun ġie nnotifikat volontarjament mill-impjegat u jekk tkun inħarġet u ġiet innotifikata wkoll evalwazzjoni minn professjonist tal-kura tas-saħħa liċenzjat li tiddikjara li l-marda inkwistjoni hija tabilħaqq relatata max-xogħol. Il-problemi tas-saħħa li jirriżultaw, pereżempju, mit-tipjip, mill-abbuż tad-droga u tal-alkoħol, mill-inattività fiżika, mid-dieti mhux tajbin għas-saħħa, u mill-fatturi psikosoċjali mhux relatati max-xogħol ma jitqisux relatati max-xogħol. |
|
126. |
L-impriża tista’ tippreżenta separatament fatalitajiet li jirriżultaw minn korrimenti relatati max-xogħol u dawk li jirriżultaw minn mard relatat max-xogħol. |
B10 – Forza tax-xogħol – remunerazzjoni, negozjar kollettiv u taħriġ
Gwida dwar ir-remunerazzjoni: paga minima
|
127. |
“ Paga minima” tirreferi għall-kumpens minimu ta’ impjieg fis-siegħa jew għal unità oħra ta’ ħin. Skont il-pajjiż, il-paga minima tista’ tiġi stabbilita direttament bil-liġi jew permezz ta’ ftehimiet ta’ negozjar kollettiv . L-impriża għandha tirreferi għall-paga minima applikabbli għall-pajjiż li tirrapporta dwaru. |
|
128. |
Għall-kategorija tal- paga l-aktar baxxa, minbarra l-interns u l-apprendisti, il- paga minima sservi bħala l-pedament għall-kalkolu tal-paga fil-livell tad-dħul. Għalhekk, il-paga fil-livell tad-dħul tinkludi paga ugwali għall-paga minima kif ukoll kwalunkwe pagament fiss addizzjonali ggarantit lill- impjegati f’dik il-kategorija. |
Gwida dwar ir-remunerazzjoni: differenza perċentwali bejn l-impjegati nisa u rġiel
|
129. |
Il-metrika għad-differenza perċentwali bejn l- impjegati nisa u rġiel tindirizza l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, li jistipula li għandu jkun hemm paga ugwali għal xogħol ugwali. Id-differenza fil-pagi hija ddefinita bħala d-differenza fil-livelli tal-paga medja bejn l-impjegati nisa u rġiel, espressa bħala perċentwal tal-livell tal-paga medja tal-impjegati rġiel. |
|
130. |
Sabiex tiġi kkalkolata din il-metrika, l-
impjegati
kollha għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu. Barra minn hekk, għandu jkun hemm żewġ kalkoli medji separati tal-
pagi
medji għall-impjegati nisa u rġiel. Ara l-formula ta’ hawn taħt:
|
|
131. |
Skont il-politiki ta’ remunerazzjoni tal-impriża, il-
paga
gross tirreferi għall-elementi kollha li ġejjin:
|
|
132. |
Il- paga gross hija s-somma tal-elementi applikabbli kollha elenkati hawn fuq. |
|
133. |
Il-
paga
gross medja fis-siegħa hija l-paga gross fil-ġimgħa/annwali diviża bis-sigħat medji maħduma fil-ġimgħa/fis-sena.
Eżempju |
|
134. |
Il-Kumpanija A għandha X impjegati rġiel u Y impjegati nisa b’kollox. Il- paga gross fis-siegħa tal-impjegati rġiel hija ta’ EUR 15 u l-paga gross fis-siegħa tal-impjegati nisa hija ta’ EUR 13. |
|
135. |
Il-livell tal- paga gross medja fis-siegħa tal- impjegati rġiel huwa s-somma tal-pagamenti gross fis-siegħa kollha tagħhom diviża bin-numru totali ta’ impjegati rġiel. Il-livell tal-paga gross medja fis-siegħa tal-impjegati nisa huwa s-somma tal-pagamenti gross fis-siegħa kollha tagħhom diviża bin-numru totali ta’ impjegati nisa. |
|
136. |
Il-formula użata biex tiġi kkalkulata d-differenza perċentwali fil-
pagi
bejn l-
impjegati
rġiel u nisa hija
|
Gwida dwar il-kopertura tan-negozjar kollettiv
|
137. |
L- impjegati koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv huma dawk l-individwi li għalihom l-impriża hija obbligata tapplika l-ftehim. Jekk impjegat ikun kopert minn aktar minn ftehim ta’ negozjar kollettiv wieħed, jeħtieġ li jingħadd darba biss. Jekk l-ebda wieħed mill-impjegati ma jkun kopert minn ftehim ta’ negozjar kollettiv, il-perċentwal ikun żero. |
|
138. |
Il-perċentwal ta’
impjegati
koperti minn ftehimiet ta’
negozjar kollettiv
jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja.
|
|
139. |
L-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni tista’ tiġi rrapportata bħala rati ta’ kopertura jekk il-kopertura tan- negozjar kollettiv tkun bejn 0-19 %, 20-39 %, 40-59 %, 60-79 % jew 80-100 %. |
|
140. |
Dan ir-rekwiżit ma għandux l-għan li jikseb il-perċentwal ta’ impjegati rrappreżentati minn kunsill tax-xogħlijiet jew li jappartjenu għat-trade unions, li jista’ jkun differenti. Il-perċentwal ta’ impjegati koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv jista’ jkun ogħla mill-perċentwal ta’ impjegati f’union meta l-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv japplikaw kemm għall-membri f’union kif ukoll għal dawk mhux membri f’union. |
1.4. Gwida tal-Modulu Bażiku – Metriċi tal-Kondotta Kummerċjali
B11 – Kundanni u multi għall-korruzzjoni u t-tixħim
|
141. |
Il- korruzzjoni u t- tixħim jaqgħu taħt il-kwistjoni tas-sostenibbiltà tal- kondotta kummerċjali . |
|
142. |
Skont il-paragrafu 43, l-impriża għandha tirrapporta dwar l-għadd totali ta’ kundanni u l-ammont totali ta’ multi mġarrba għall-ksur tal-liġijiet kontra l- korruzzjoni u kontra t- tixħim . |
Gwida dwar il-kundanni
|
143. |
Il-kundanni għall-ksur tal-liġijiet kontra l- korruzzjoni u kontra t- tixħim jirreferu għal kwalunkwe kundanna ta’ qorti kriminali kontra individwu jew impriża fir-rigward ta’ reat kriminali relatat mal-korruzzjoni u t-tixħim, pereżempju fejn dawn id-deċiżjonijiet tal-qorti jiddaħħlu fir-rekord kriminali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea tal-kundanna. |
Gwida dwar il-multi
|
144. |
Il-multi maħruġa għall-ksur tal-liġijiet kontra l- korruzzjoni u kontra t- tixħim jirreferu għal penali monetarji obbligatorji li jirriżultaw minn ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim imposti minn qorti, kummissjoni jew awtorità oħra tal-gvern, li jitħallsu lil teżor pubbliku. |
Modulu Komprensiv: Gwida
|
145. |
Il-gwida li tinsab fit-taqsimiet ta’ hawn taħt hija maħsuba biex tiffaċilita l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tas-sostenibbiltà li jinsabu fil-paragrafi 44 sa 65 tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar standard volontarju ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. |
|
146. |
Il-gwida ta’ hawn taħt hija maħsuba bħala parti minn ekosistema li tista’ tinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ gwida ta’ appoġġ ulterjuri mill-EFRAG, għodod diġitali ulterjuri u appoġġ għall-implimentazzjoni (attivitajiet edukattivi, involviment tal-partijiet ikkonċernati u hekk), bil-għan li jiffaċilitaw il-fehim ta’ wħud mill-elementi tekniċi preżenti fil-gwida. |
|
147. |
Din il-gwida hija maħsuba biex tappoġġa t-tħejjija tal-metriċi fil-Modulu Komprensiv. |
1.5. Gwida tal-Modulu Komprensiv – Informazzjoni Ġenerali
C1 – Strateġija: Mudell tan-Negozju u Sostenibbiltà – Inizjattivi Relatati
|
148. |
Meta tiddeskrivi r-relazzjonijiet ewlenin tal- konsumaturi u tal-fornituri skont il-paragrafu 47(c), l-impriża għandha tiddivulga l-għadd stmat ta’ fornituri, u s-setturi u l-ġeografija relatati tagħhom (jiġifieri l-pajjiżi). |
C2 – Deskrizzjoni tal-prattiki, tal-politiki u tal-inizjattivi futuri għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli
|
149. |
L-impriżi jistgħu jużaw il-mudell li ġej biex jirrapportaw dwar il-punti tad-data C2.
|
1.6. Gwida tal-Modulu Komprensiv – Metriċi Ambjentali
Kunsiderazzjoni fir-rapportar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt B3 (Modulu Bażiku)
|
150. |
Meta tkun qed tiddetermina jekk id-divulgazzjoni tal-Ambitu 3 hijiex xierqa skont il-paragrafu 50, l-impriża tista’ tiskrinja l-emissjonijiet totali tagħha tal-gassijiet serra tal-Ambitu 3 abbażi tal-15-il kategorija tal-Ambitu 3 identifikati mill-Protokoll dwar il-gassijiet serra bl-użu ta’ stimi xierqa u tirrapporta bl-inkorporazzjoni ta’ din l-informazzjoni b’referenza. Dan jippermetti l-identifikazzjoni u d-divulgazzjoni tal-kategoriji sinifikanti tal-Ambitu 3 tagħha fuq il-bażi tad-daqs tal-emissjonijiet stmati ta’ gassijiet serra tagħhom u kriterji oħrajn ipprovduti mill-Istandard Kontabilistiku u tar-Rapportar tal-Katina tal-Valur Korporattiva (l-Ambitu 3) tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra (il-Verżjoni tal-2011, p. 61 u 65-68) jew mill-EN ISO 14064-1:2018, l-Anness H.3.2, bħall-infiq finanzjarju, l-influwenza, ir-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni relatati jew fehmiet tal-partijiet ikkonċernati. |
|
151. |
L-SMEs li joperaw bi proċessi tal-manifattura, agroalimentari, tal-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli u tal-imballaġġ x’aktarx li jkollhom kategoriji sinifikanti tal-Ambitu 3 (Nota Teknika tas-CDP: Ir-rilevanza tal-kategoriji tal-Ambitu 3 skont is-settur, 2024), li tista’ titqies rilevanti għar-rapportar fis-settur tal-impriża. |
C3 – Miri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra u t-tranżizzjoni klimatika
|
152. |
It-tnaqqis tal-emissjonijiet jista’ jirriżulta kemm ta’ sfida kif ukoll ta’ opportunità għal impriża, peress li spiss ikun jeħtieġ bidliet fir-realtà strateġika u operazzjonali tan-negozju. L-għan tat-tnaqqis tal-emissjonijiet jista’ jirrikjedi rieżami tal-prijoritajiet strateġiċi u finanzjarji. Id-dekarbonizzazzjoni tista’ teħtieġ investiment inizjali importanti, pereżempju, fl-elettrifikazzjoni ta’ flotta ta’ vetturi, fl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija jew fl-iżvilupp ta’ linji ta’ prodotti ġodda li jiddependu inqas fuq materjali b’intensità tal-karbonju. Min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju biex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-enerġija u tal-materjali mixtrija. L-impriżi li jkunu se jibdew il-vjaġġ tagħhom ta’ dekarbonizzazzjoni spiss qed jiffaċċjaw aġġustamenti importanti fil-mudelli tan-negozju jew fl-operazzjonijiet ta’ kuljum tagħhom. Pereżempju, impriża ta’ servizzi ta’ loġistika u ta’ konsenja jista’ jkollha bżonn tirridisinja l-ġestjoni tal-flotta tagħha biex timminimizza t-tfixkil potenzjali fis-servizz minħabba l-ħtieġa ta’ ċċarġjar regolari tal-vetturi. Impriża li timmanifattura oġġetti tal-konsum li qed tippjana li tissostitwixxi komponent tal-prodott tagħha b’alternattiva sostenibbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jista’ jkollha bżonn talloka l-ħin u r-riżorsi għall-innovazzjoni tal-prodott u għat-tiftix ta’ fornituri ġodda. Dawn l-isforzi jistgħu, min-naħa tagħhom, jirriżultaw fi tnaqqis fl-ispejjeż, fl-aċċess għal swieq ġodda, fil-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol ġodda u fl-attirar ta’ finanzjament addizzjonali, u b’hekk it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jkun mhux biss sfida, iżda wkoll opportunità kummerċjali strateġika. F’dan il-kuntest, il- miri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra huma miżura importanti ta’ risposta għall-ħtieġa għal tranżizzjoni sostenibbli, peress li jippermettu lill-impriżi jimmaniġġjaw il-bidla b’mod sistematiku, ikkontrollat u organizzat. |
|
153. |
Mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra hija impenn biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-impriża f’sena futura meta mqabbla mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mkejla matul sena bażi magħżula. L- azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet jinkludu, pereżempju, l-elettrifikazzjoni, l-elettriku rinnovabbli, l-iżvilupp ta’ prodotti sostenibbli, eċċ. Id-divulgazzjoni C3 teħtieġ li l-impriża tiddivulga l- miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-emissjonijiet tagħha tal-Ambitu 1 u tal-Ambitu 2. |
|
154. |
L-assorbimenti u l-emissjonijiet evitati ma għandhomx jitqiesu bħala tnaqqis tal-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-impriża. Dan huwa dovut għad-distinzjoni importanti bejn il-prattiki kontabilistiċi għall-emissjonijiet gross tal-gassijiet serra (kontabbiltà tal-inventarju) u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra u l-emissjonijiet evitati (kontabbiltà bbażata fuq il-proġett jew fuq l-intervent). L-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-impriża huma mfassla biex jintraċċaw l-emissjonijiet attwali rilaxxati fl-ambjent, u jipprovdu linja bażi konsistenti u komparabbli biex jiġu stabbiliti l- miri tal-gassijiet serra. L-emissjonijiet evitati u l-assorbimenti tal-karbonju, min-naħa l-oħra, huma relatati ma’ attivitajiet speċifiċi għall-proġett tal-impriża, li jfisser li l-kontabbiltà tagħhom issir separatament mill-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra. |
|
155. |
Sabiex issegwi din il-prattika, l-impriża jeħtieġ li tagħmel distinzjoni bejn l-emissjonijiet grossi tagħha ta’ gassijiet serra u impatti oħrajn li ma jaqgħux fiha, bħall-assorbimenti ta’ gassijiet serra u l-emissjonijiet evitati. L-assorbimenti jirreferu għall-prelevament ta’ gassijiet serra mill-atmosfera bħala riżultat ta’ attivitajiet umani deliberati. Eżempji ta’ attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu t-tkabbir tal-pjanti (it-trasferiment tas-CO2 atmosferiku permezz tal-fotosinteżi) u l-qbid dirett mill-arja tas-CO 2 u huma tipikament marbuta mal-ħżin sussegwenti tas-CO2. L-emissjonijiet evitati tal-gassijiet serra tipikament jirreferu għal emissjonijiet li kieku kienu jseħħu iżda li, bħala riżultat tal-attivitajiet tal-impriża, ma seħħewx. Dawn jistgħu jinkludu l-introduzzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji ġodda li jnaqqsu d-domanda għall-ekwivalenti tagħhom b’intensità tal-karbonju, pereżempju soluzzjonijiet ta’ iżolazzjoni f’bini li jevitaw id-domanda għas-servizzi tal-enerġija fihom. Aktar informazzjoni dwar il-kunċetti relatati mal-assorbimenti tal-karbonju u l-emissjonijiet evitati tista’ tinstab fil-Gwida dwar is-settur tal-art u l-assorbimenti tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra. |
|
156. |
Sena bażi hija sena preċedenti li fuq il-bażi tagħha jistgħu jitkejlu l-emissjonijiet attwali tal-gassijiet serra tal-impriża. B’mod ġenerali, is-sena bażi għandha tkun sena riċenti u rappreżentattiva tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-impriża li fiha jkun hemm data verifikabbli. |
|
157. |
Is-sena fil-mira hija s-sena fil-futur li fiha l-impriża għandha l-għan li tikseb ċertu ammont assolut jew perċentwali ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Din għandha tvarja fuq perjodu ta’ bejn sena u 3 snin mis-sena bażi għal mira fuq terminu qasir. Jistgħu jiġu inklużi wkoll miri aktar fit-tul, pereżempju, għal perjodi ta’ 20 jew 30 sena (eż. 2040 jew 2050). L-impriżi huma mħeġġa jinkludu valuri fil-mira għas-sena fil-mira fuq terminu qasir tal-2030 mill-inqas u, jekk fattibbli, għas-sena fit-tul tal-2050. Mill-2030 ’il quddiem, huwa rrakkomandat li s-sena bażi u s-sena fil-mira għall-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jiġu aġġornati wara kull perjodu ta’ 5 snin. |
|
158. |
Sabiex tiġi stabbilita mira, l-impriżi għandhom jikkunsidraw l-evidenza xjentifika eżistenti dwar il-mitigazzjoni tal-gassijiet serra. L-SBTi (Science-Based Targets Initiative) tirrakkomanda mira transsettorjali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ -42 % sas-sena 2030 u ta’ -90 % sas-sena 2050 (sena bażi 2020). L-SBTi tipproponi wkoll rotta simplifikata għall-istabbiliment tal-miri għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (6). Jeżistu wkoll perkorsi speċifiċi skont is-settur u dawn jistgħu jiġu kkunsidrati mill-impriżi meta jistabbilixxu l- miri tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. |
|
159. |
Sabiex jinkiseb tnaqqis malajr kemm tal-emissjonijiet diretti kif ukoll ta’ dawk indiretti, hemm xi azzjonijiet sempliċi li l-impriża tista’ tieħu. Xi azzjonijiet jistgħu jkunu faċli iżda xorta jistgħu jwasslu għal tnaqqis notevoli tal-emissjonijiet u jappoġġaw lill-impriża biex tilħaq il- miri tagħha. Pereżempju, l-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-vetturi billi l-vetturi li jaħdmu bil-fjuwils fossili jiġu ssostitwiti b’vetturi elettriċi twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet hekk kif tiġi ssostitwita l-flotta preċedenti. Dan jista’ jfisser tnaqqis notevoli fl-emissjonijiet speċjalment għal negozju li jiddependi fuq it-trasport. Bl-istess mod, is-sostituzzjoni ta’ vjaġġi lejn u mix-xogħol u l-ivvjaġġar fuq xogħol bil-karozza b’alternattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bħar-roti jew it-trasport pubbliku hija azzjoni effettiva, sempliċi u li tista’ tinkiseb għad-dekarbonizzazzjoni. Qasam ieħor fejn faċli tinkiseb bidla huwa r-rieżami tal-ġestjoni interna tal-enerġija u l-aġġornament għal tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li l-manutenzjoni tiġi integrata fl-operazzjonijiet ta’ rutina tan-negozju. Billi ssir manutenzjoni regolari tat-tagħmir u l-makkinarju u billi dawn jiġu ssostitwiti b’alternattivi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija meta u fejn possibbli, l-impriża tista’ tnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħha. Tali tagħmir jista’ jinkludi, pereżempju, bojlers, sistemi ta’ telekomunikazzjoni, pompi tas-sħana, arja kundizzjonata, eċċ. Permezz ta’ manutenzjoni regolari, it-tħaddim effiċjenti tagħhom jista’ jiġi żgurat, u d-deterjorament bl-użu u l-iskart jinżammu għal minimu. Billi wkoll jiġu awtomatizzati s-sistemi u bl-użu ta’ timers biex jiġu ddefiniti l-perjodi ta’ użu, l-impriża tista’ tnaqqas saħansitra aktar l-emissjonijiet ta’ tali tagħmir. |
|
160. |
Pjan għat-tranżizzjoni klimatika għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima huwa sett ta’ azzjonijiet preżenti u futuri maħsuba biex jallinjaw il-mudell tan-negozju, l-istrateġija u l-operazzjonijiet tal-impriża mal-għan globali ewlieni li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C. B’mira sottostanti ta’ tnaqqis tal-gassijiet serra kompatibbli ma’ dak l-għan, l-importanza li jkun hemm pjan għat-tranżizzjoni fis-seħħ hija biex wieħed ikun jista’ jifhem il-mezzi li bihom l-impriża se tgħaddi lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li jinżamm kont tal-progress li jkun sar. Pjan ta’ tranżizzjoni jservi bħala mekkaniżmu għall-akkontabilità u t-trasparenza, li jwassal lill-impriżi biex jiżviluppaw perkorsi kredibbli għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz tal-azzjonijiet tagħhom. |
|
161. |
L-istabbiliment ta’ pjan kredibbli għat-tranżizzjoni għall-impriża għandu jkun sostnut minn elementi bħal (a) l-identifikazzjoni ta’ responsabbiltajiet u rwoli ċari; (b) l-integrazzjoni tal-pjan fl-istrateġija tan-negozju u fl-ippjanar finanzjarju tal-impriża; (c) l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar il-lievi u l-perkorsi tad-dekarbonizzazzjoni kif ukoll indikaturi kwantifikabbli li jistgħu jiġu mmonitorjati matul perjodi ta’ żmien predefiniti; (d) il-possibbiltà li jsiru rieżami u aġġornament regolari wara l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati meta jkun xieraq; u (e) il-kopertura tal-operazzjonijiet proprji kollha u, sa fejn ikun l-aktar possibbli, il- katina tal-valur jew, inkella, l-għoti ta’ spjegazzjoni dwar kwalunkwe limitazzjoni. |
|
162. |
L-impriżi li jiddivulgaw miri skont l-Anness IV B (d) tar-Regolament dwar l-EMAS jistgħu jużaw il-miri tagħhom tat-tnaqqis tal-gassijiet serra biex jissodisfaw ir-rekwiżit tal-VSME jekk ikunu stabbilixxew tali miri. L-impriża tista’ tappoġġa wkoll din id-divulgazzjoni permezz tal-implimentazzjoni tagħha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-EMAS u r-rabta mal-EN ISO 14001:2015 kif stabbilit fl-Anness II B A.6.2.1 u B.5 tar-Regolament dwar l-EMAS (objettivi ambjentali). |
Gwida dwar kif għandhom jiġu identifikati l-proċessi tal-manifattura, tal-kostruzzjoni u/jew tal-imballaġġ
|
163. |
Sabiex tidentifika l-proċessi tal-manifattura, tal-kostruzzjoni u/jew tal-imballaġġ, l-impriża tista’ tirreferi għal dawn l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-Taqsima C – Manifattura, it-Taqsima F – Kostruzzjoni, kif ukoll il-Klassi O82.92 “Attivitajiet tal-ippakkjar” tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/137. |
C4 – Riskji klimatiċi
|
164. |
Il- perikli relatati mal-klima huma l-muturi wara r-riskji fiżiċi relatati mal-klima li jirriżultaw mill-effetti li t-tibdil fil-klima għandu fuq l-impriża. Dawn jistgħu jiġu kklassifikati f’perikli akuti, li jirriżultaw minn avvenimenti partikolari (bħal nixfiet, għargħar, preċipitazzjonijiet estremi u nirien fis-selvaġġ), u perikli kroniċi (bħat-tibdil fit-temperaturi, iż-żieda fil-livell tal-baħar u l-erożjoni tal-ħamrija), li jirriżultaw minn bidliet aktar fit-tul fil-klima (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139). Ir-riskji fiżiċi huma funzjoni tal-perikli relatati mal-klima, l-esponiment tal-assi u l-attivitajiet tal-impriża għal dawn il-perikli, u kemm l-impriża hija sensittiva għal dawn il-perikli. Eżempji ta’ perikli relatati mal-klima huma l-mewġ tas-sħana, iż-żieda fil-frekwenza ta’ avvenimenti estremi tat-temp, iż-żieda fil-livell tal-baħar, l-għargħar minn kollass ta’ lagi glaċjali u t-tibdil fix-xejriet tal-preċipitazzjoni u tar-riħ. Ir-riskji fiżiċi relatati mal-klima jistgħu jiġu identifikati u mmudellati bl-użu ta’ xenarji klimatiċi li jikkunsidraw trajettorji ta’ emissjonijiet għoljin bħall-SSP5-8.5 tal-IPCC. |
|
165. |
Avvenimenti ta’ tranżizzjoni relatati mal-klima jistgħu jkunu (skont ir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima, (TCFD, Task Force on Climate-related Financial Disclosures), 2017) ibbażati fuq il-politika u l-liġi (eż. obbligi mtejba ta’ rapportar tal-emissjonijiet), ibbażati fuq it-teknoloġija (eż. kostijiet tat-tranżizzjoni lejn teknoloġija b’emissjonijiet aktar baxxi), ibbażati fuq is-suq (eż. żieda fil-kost tal-materja prima) u bbażati fuq ir-reputazzjoni (eż. tħassib akbar għall-partijiet ikkonċernati). |
|
166. |
Ir- riskji grossi relatati mal-klima jirreferu għar-riskji fiżiċi grossi u r-riskji grossi tat-tranżizzjoni li jistgħu jirriżultaw mill-esponiment tal-assi u l-attivitajiet kummerċjali tal-impriża għall-perikli relatati mal-klima. |
1.7. Gwida tal-Modulu Komprensiv – Metriċi Soċjali
C5 – Karatteristiċi addizzjonali (ġenerali) tal-forza tax-xogħol
|
167. |
Sabiex jiġi ddeterminat il-proporzjon bejn in-nisa u l-irġiel, in-numru ta’
impjegati
nisa jiġi diviż bin-numru ta’ impjegati rġiel fil-livell maniġerjali. Dan jagħti l-proporzjon ta’ nisa ma’ rġiel fil-kumpanija tagħkom.
|
|
168. |
Il-livell maniġerjali jitqies bħala l-livell ta’ taħt il-bord tad-diretturi sakemm l-impriża ma jkollhiex definizzjoni speċifika li għandha tintuża. |
|
169. |
Pereżempju, jekk ikun hemm 28 impjegata u 84 impjegat fil-livell maniġerjali, il-proporzjon bejn in-nisa u l-irġiel ikun ta’ 1:3, li jfisser li għal kull mara fil-livell maniġerjali, ikun hemm tliet irġiel. |
|
170. |
Fatturi rilevanti li impriża għandha tikkunsidra fid-deċiżjoni dwar jekk tiddivulgax jew le l-għadd ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom u ta’ ħaddiema temporanji skont il-paragrafu 60 ikunu: (1) il-proporzjon ta’ impjegati ma’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom u ħaddiema temporanji, speċjalment f’każ ta’ dipendenza sinifikanti u/jew li qed tiżdied jew (2) meta r-riskju ta’ impatti soċjali negattivi fuq dawk li jaħdmu għal rashom jew fuq il-ħaddiema temporanji jkun akbar meta mqabbel mal-impjegati tal-impriża stess. |
|
171. |
It-tabella li ġejja turi kif tista’ tiġi ppreżentata l-informazzjoni dwar persuni li jaħdmu għal rashom mingħajr persunal li qed jkunu qed jaħdmu esklużivament għall-impriża u dwar ħaddiema temporanji pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’attivitajiet ta’ impjieg.
|
|
172. |
L-impriżi jistgħu jirreferu għall-Kodiċi tan-NACE O78 għall-ħaddiema temporanji pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg”. |
C6 – Informazzjoni addizzjonali dwar il-forza tax-xogħol proprja – Politiki u proċessi tad-drittijiet tal-bniedem
|
173. |
L-impriżi li għandhom proċess ta’ diliġenza dovuta għad-drittijiet tal-bniedem fis-seħħ jistgħu jwieġbu b’mod pożittiv (IVA) u jistgħu jiċċaraw il-kontenut tal-politiki u/jew tal-proċessi permezz tal-menù li jinżel. |
C7 – Inċidenti severi negattivi marbuta mad-drittijiet tal-bniedem
|
174. |
“ Inċident ikkonfermat” jirreferi għal azzjoni legali jew ilment irreġistrat mal-impriża jew mal-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ proċess formali, jew ta’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat mill-impriża permezz ta’ proċeduri stabbiliti. Proċeduri stabbiliti sabiex jiġu identifikati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jistgħu jinkludu awditi tas-sistemi ta’ ġestjoni, programmi ta’ monitoraġġ formali, jew mekkaniżmi ta’ lmentar . |
1.8. Gwida tal-Modulu Komprensiv – Metriċi tal-Kondotta Kummerċjali
C8 – Dħul minn ċerti setturi u esklużjoni mill-parametri referenzjarji tal-UE
|
175. |
Il-fjuwils fossili, kif definiti fl-Artikolu 2(62) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli bbażati fuq il-karbonju bħall-fjuwils solidi, il-gass naturali u ż-żejt. |
|
176. |
Il-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi tirreferi għall-attivitajiet elenkati fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 20.2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/137, jiġifieri l-manifattura tal-pestiċidi u ta’ prodotti agrokimiċi oħrajn. |
|
177. |
Kif huwa ddefinit mill-Artikolu 12.1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818, il-kumpaniji esklużi mill-esklużi mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi huma dawn li ġejjin:
|
C9 – Proporzjon tad-diversità bejn il-ġeneri fil-korp ta’ governanza
|
178. |
Il-korp ta’ governanza jirreferi għall-ogħla awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’kumpanija. Skont il-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-kumpanija u l-klassifikazzjoni tal-entità ġuridika tagħha, il-korp ta’ governanza jista’ jvarja fil-format. |
|
179. |
Abbażi tar-rekwiżiti fl-SFDR, il-proporzjon tad-diversità bejn il-ġeneri tal-korp ta’
governanza
huwa kkalkulat bħala proporzjon medju ta’ membri tal-bord nisa u rġiel.
Eżempju |
|
180. |
Il-korp ta’ governanza ta’ ċerta SME huwa magħmul minn sitt membri, inklużi tliet nisa. Il-proporzjon tad-diversità bejn il-ġeneri huwa wieħed – għal kull membru mara hemm membru raġel wieħed. |
(1) Il-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra. L-Istandard Kontabilistiku u ta’ Rapportar Korporattiv tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra – Edizzjoni Riveduta. L-Istitut Dinji tar-Riżorsi u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli.
(2) Il-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra. L-Istandard Kontabilistiku u ta’ Rapportar Korporattiv tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra – Edizzjoni Riveduta. L-Istitut Dinji tar-Riżorsi u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli.
(3) SEI u CCAC (2022). A Practical Guide for Business Air Pollutant Emission Assessment. L-Istitut tal-Ambjent ta’ Stokkolma (SEI, Stockholm Environment Institute) u l-Koalizzjoni għall-Klima u għall-Arja Nadifa (CCAC, Climate and Clean Air Coalition).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi C/2022/1931, ĠU L 196, 25.7.2022, pp. 1–72.
(5) L-eżempji jistgħu jinkludu karozzi, assigurazzjoni privata tas-saħħa, assigurazzjoni tal-ħajja u programmi ta’ benesseri.
(6) L-SBTI toffri wkoll riżorsi għall-SMEs biex jistabbilixxu miri bbażati fuq ix-xjenza.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/1710/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)