European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1705

30.7.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1705

tad-29 ta’ Lulju 2025

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II u IV ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li titħassar l-entrata għal persuna waħda, u jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet l-oħra kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BJERRE


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1333/oj.


ANNESS

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness II (“Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)”), il-Parti A (“Persuni”), titħassar l-entrata 9 (dwar HOUEJ, Mohamad Ali);

(2)

fl-Anness IV (“Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)”), il-Parti A (“Persuni”), titħassar l-entrata 9 (dwar HOUEJ, Mohamad Ali).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1705/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)