European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1581

29.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1581

tad-29 ta’ Lulju 2025

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 16 u 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 13(1) u 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/612 (3) introduċa xi aġġustamenti għall-funzjonament tal-miżura ta’ salvagwardja definittiva fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (4). Wieħed mill-aġġustamenti kien l-introduzzjoni ta’ limitu massimu ta’ 15 % għas-sehem tal-volum globali li jista’ jiġi pprovdut minn kwalunkwe pajjiż esportatur wieħed fil-kategorija 17 (“Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat”).

(2)

Il-kategorija 17, fejn l-Ukrajna storikament kienet l-akbar esportatur lejn l-Unjoni, ġiet “globalizzata” fl-2022 wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, minħabba li l-Ukrajna ma kinitx għadha kapaċi tesporta l-prodott, u dan ħoloq riskju ta’ nuqqas ta’ provvista għall-utenti tal-Unjoni (5). Fil-prattika, dan kien ifisser li l-kwoti eżistenti speċifiċi għall-pajjiż tar-Renju Unit, tat-Turkija u tal-Korea ngħaqdu mal-kwota għal pajjiżi oħra (“kwota residwa”), biex minflok tiġi stabbilita kwota unika disponibbli għall-oriġini kollha.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/978 ippreveda l-possibbiltà li tiġi vvalutata mill-ġdid il-globalizzazzjoni tal-kwota fid-dawl tal-iżvilupp tal-flussi kummerċjali f’dawk il-kategoriji u tas-sospensjoni tal-applikazzjoni tas-salvagwardja fil-konfront tal-Ukrajna, jew jekk jiġu identifikati effetti ta’ esklużjoni bla bżonn (6).

(4)

L-investigazzjoni tar-rieżami identifikat esklużjoni bla bżonn ta’ ċerti fornituri tradizzjonali fil-kategorija 17. Għalhekk, il-Kummissjoni introduċiet limitu massimu ta’ 15 % f’dik il-kategorija (7). Madankollu, l-informazzjoni disponibbli tindika li l-limitu tal-pajjiżi qed jaffettwa l-flussi kummerċjali tradizzjonali ta’ ċerti sħab kummerċjali, u jillimita l-aċċess tagħhom għal volumi mingħajr dazju għal livelli taħt il-livelli kummerċjali storiċi tagħhom.

(5)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-limitu massimu ta’ 15 % għall-pajjiżi għandu jitneħħa sabiex jitħares il-kummerċ tradizzjonali ta’ dawn is-sħab kummerċjali, b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2025.

(6)

Sabiex tiġi evitata l-esklużjoni bla bżonn tal-fornituri tradizzjonali filwaqt li jinżammu l-flussi kummerċjali storiċi, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġu introdotti mill-ġdid il-kwoti speċifiċi għall-pajjiż għar-Renju Unit, it-Turkija u l-Korea, u li terġa’ tiddaħħal il-kwota residwa. Minħabba li hemm ukoll riskju ta’ esklużjoni bla bżonn tal-fornituri tradizzjonali f’din il-kwota residwa, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġi introdott limitu massimu ta’ 40 % għal kull oriġini.

(7)

L-aċċess ta’ ċerti oriġini għal volumi mingħajr dazju li jikkorrispondu għall-kummerċ tradizzjonali tagħhom jenħtieġ li jitreġġa’ lura mill-aktar fis, f’dan il-każ mill-1 ta’ Awwissu 2025.

(8)

Peress li ma kienx possibbli li din il-bidla tiġi introdotta fil-bidu ta’ trimestru ta’ salvagwardja, il-kwoti speċifiċi għall-pajjiż tar-Renju Unit, tat-Turkija u tal-Korea u l-kwota ta’ “pajjiżi oħra” għat-trimestru 1.7.2025–30.9.2025 se jiġu ddeterminati billi l-volumi mingħajr dazju li jifdal disponibbli taħt il-kwota globalizzata fl-1 ta’ Awwissu 2025 jiġu allokati fuq bażi prorata, kif indikat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, li huwa bbażat fuq flussi kummerċjali tradizzjonali għal kull oriġini.

(9)

Kif innotat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/612 (il-premessa (72)), il-kategorija 17 ġiet ikklassifikata taħt il-grupp 2 (pressjoni sinifikanti fuq l-importazzjoni). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex xieraq li d-detenturi tal-kwoti speċifiċi għall-pajjiż jingħataw aċċess għall-kwota residwa matul l-aħħar trimestru ta’ sena ta’ salvagwardja. Għal dak l-għan, it-tabelli rilevanti fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 huma kkoreġuti.

(10)

Peress li l-kwota tar-Renju Unit – l-Irlanda ta’ Fuq (“il-kwota tal-UKNI”) tal-kategorija 17 tintuża esklużivament minn prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit li jiddaħħlu fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2023/2840 (8), din il-kwota mhux se tiġi affettwata mill-bidliet fil-ġestjoni tal-kwota tal-kategorija 17. Barra minn hekk, il-kwota tal-UKNI ma taffettwax l-allokazzjoni prorata tal-volumi għall-kwoti ta’ pajjiżi terzi.

(11)

Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkoreġi xi ineżattezzi oħra li ġew identifikati wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/612.

(12)

Kif innotat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/612 (il-premessa 76), fil-kategorija 4B (“Folji Miksija Metalliċi”), il-partijiet interessati ppreżentaw evidenza konvinċenti li turi li ż-żamma tal-istatus quo hija allinjata mal-aħjar interess tal-Unjoni. Għalhekk, il-kategorija 4B ġiet ikklassifikata taħt “Grupp 4” (l-ebda pressjoni fuq l-importazzjoni). Għalhekk, għal raġunijiet ta’ korrettezza, jitneħħa limitu fil-kategorija 4B.

(13)

Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-Artikolu 1, il-paragrafu (7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 jiġu rispettati, in-noti f’qiegħ il-paġna 1, 2, 6, 9, 10, 15, 16, 18, 19 u 23 fl-Anness IV.1 huma kkoreġuti.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5   Meta l-kwota tariffarja rilevanti taħt il-paragrafu 2 tkun eżawrita għal pajjiż speċifiku wieħed, l-importazzjonijiet minn dak il-pajjiż għal xi kategoriji ta’ prodotti jistgħu jsiru taħt il-parti li jifdal tal-kwota tariffarja għall-istess kategorija ta’ prodott. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss matul l-aħħar trimestru ta’ kull sena ta’ applikazzjoni tal-kwota tariffarja definittiva. Għall-kategoriji tal-prodotti 1A, 2, 3B, 4A, 5, 6, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25B, 26 mhux se jkun permess aktar aċċess għall-parti li jifdal tal-kwota tariffarja. Għall-kategoriji tal-prodotti 1B, 3A, 9, 10, 12, 27 u 28 se jkun permess biss aċċess għal volum speċifiku fi ħdan il-volum ta’ kwoti tariffarji inizjalment disponibbli fl-aħħar trimestru. Fil-kategorija tal-prodotti 4B l-ebda pajjiż esportatur ma għandu jitħalla juża waħdu aktar minn 30 % tal-volum tal-kwota tariffarja residwa disponibbli inizjalment fl-aħħar trimestru ta’ kull sena ta’ applikazzjoni tal-miżuri.”

;

(2)

L-Artikolu 1(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7   Il-volum massimu ta’ importazzjoni għall-kategoriji 1A u 2 huwa ta’ 13 %; għall-kategorija 16 hija ta’ 15 %; għall-kategoriji 6, 7 u 13 huwa ta’ 20 %; għall-kategoriji 4A, 5 u 14 huwa ta’ 25 %; għall-kategoriji 3B, 20, 21, 25B u 26 huwa ta’ 30 % għal kull pajjiż tal-kwota disponibbli mingħajr dazju fil-bidu tat-trimestru stabbilit fl-Anness IV.1 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għall-pajjiżi li jimportaw permezz tal-kwota residwa. Barra minn hekk, volum massimu ta’ importazzjoni għall-kategorija 17 huwa ta’ 40 % għal kull pajjiż tal-kwota disponibbli mingħajr dazju fl-1 ta’ Awwissu 2025 li jimporta permezz tal-kwota residwa. Il-volum massimu ta’ importazzjoni japplika għal pajjiżi li ma għandhomx kwota speċifika għall-pajjiż u huwa applikabbli fit-trimestri kollha.”

;

(3)

Il-paragrafu 8 jiżdied mal-Artikolu 1:

“8   Għall-perjodu bejn l-1.8.2025 u t-30.9.2025, il-volum li jifdal tal-kwota disponibbli fl-1 ta’ Awwissu 2025 fil-Kategorija 17 se jiġi allokat għall-kwoti rispettivi abbażi taċ-ċifri pro rata fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament”

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

In-nota f’qiegħ il-paġna 1 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8601

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8602

Minn 1.7 sa 30.6: Għall-Eġittu: 09.8450, għall-Vjetnam: 09.8451, għall-Ġappun: 09.8452, għat-Tajwan: 09.8453, għall-Awstralja: 09.8454, għall-Isvizzera: 09.8455, għall-Istati Uniti: 09.8456, għal-Libja: 09.8457, għall-Kanada: 09.8458 u għall-Alġerija: 09.8459”;

(2)

In-nota f’qiegħ il-paġna 2 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8661

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8662”;

(3)

In-nota f’qiegħ il-paġna 6 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8609

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8610

Minn 1.7 sa 30.6: Għat-Turkija: 09.8430, għall-Vjetnam: 09.8431, għat-Tajwan: 09.8432 u għat-Tuneżija: 09.8422”;

(4)

In-nota f’qiegħ il-paġna 7 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8611

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8612

Minn 1.4 sa 30.6: Għaċ-Ċina*: 09.8581, għall-Korea, ir-Repubblika ta’*: 09.8582, għall-Indja*: 09.8583 u għar-Renju Unit*: 09.8584 *Fil-każ ta’ eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom f’konformità mal-Artikolu 1.5”;

(5)

In-nota f’qiegħ il-paġna 9 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8615

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8616

Minn 1.7 sa 30.6: Għall-Indja: 09.8423, għat-Turkija: 09.8424 u għall-Ġappun: 09.8419”;

(6)

In-nota f’qiegħ il-paġna 10 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8617

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8618

Minn 1.7 sa 30.6: Għall-Indja: 09.8425, għall-Indoneżja: 09.8426, għall-Korea, ir-Repubblika ta’*: 09.8427 u għat-Turkija: 09.8418”;

(7)

In-nota f’qiegħ il-paġna 15 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8627

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8628

Minn 1.7 sa 30.6: għall-Alġerija: 09.8428, għall-Eġittu: 09.8429 u għaċ-Ċina: 09.8417”;

(8)

In-nota f’qiegħ il-paġna 16 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8629

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8630

Minn 1.7 sa 30.6: għaċ-Ċina: 09.8436, għat-Tajwan: 09.8437 u għall-Istati Uniti: 09.8415”;

(9)

In-nota f’qiegħ il-paġna 18 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8633

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8634

Minn 1.7 sa 30.6: Għall-Malażja: 09.8460, għall-Alġerija: 09.8461, għall-Eġittu: 09.8462, għall-Bożnija-Ħerzegovina: 09.8463, għall-Korea, ir-Repubblika ta’*: 09.8464, għall-Ġappun: 09.8466, għall-Indoneżja: 09.8465, għas-Serbja: 09.8467 u għall-Vjetnam: 09.8468”;

(10)

In-nota f’qiegħ il-paġna 19 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8635

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8636

Minn 1.7 sa 30.6: għaċ-Ċina: 09.8448, għall-Isvizzera: 09.8469 u għall-Emirati Għarab Magħquda: 09.8409”;

(11)

In-nota f’qiegħ il-paġna 23 fl-Anness IV.1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minn 1.7 sa 31.3: 09.8643

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8644

Minn 1.7 sa 30.6: għaċ-Ċina: 09.8442, għas-Serbja: 09.8443 u għall-Bożnija-Ħerzegovina: 09.8449”;

(12)

It-Tabella IV.1 bit-titolu “Volumi ta’ kwoti tariffarji” li jikkonċernaw il-kategorija tal-prodotti 17 fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 hija sostitwita bit-tabella fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

(13)

It-Tabella IV.2 bit-titolu “Volumi ta’ kwoti tariffarji globali u residwi għal kull trimestru” li tikkonċerna l-kategorija tal-prodotti 17 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 hija sostitwita bit-tabella fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

(14)

It-Tabella IV.3 bit-titolu “Volum massimu ta’ kwota residwa aċċessibbli fl-aħħar trimestri għal pajjiżi bi kwota speċifika għall-pajjiż” li tikkonċerna l-kategorija tal-prodotti 17 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 hija sostitwita bit-tabella fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

Artikolu 3

It-test stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness VI għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/478/oj.

(2)   ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/612 tal-24 ta’ Marzu 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L, 2025/612, 25.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/612/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar ( ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/159/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/978 tat-23 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 167, 24.6.2022, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/978/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/978 tat-23 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 167, 24.6.2022, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/978/oj), premessa (19).

(7)  Ara t-Taqsima 6.3.3. tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/612 tal-24 ta’ Marzu 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L, 2025/612, 25.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/612/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2840 tal-14 ta’ Diċembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L, 2023/2840, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2840/oj).


ANNESS I

Numru tal-Prodott

Kategorija tal-prodott

Kodiċijiet NM

Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli)

Sena 8

Rata tad-dazju addizzjonali

Numri tal-ordni

Mill-1.8.2025 sat-30.9.2025

Mill-1.10.2025 sal-31.12.2025

Mill-1.1.2026 sal-31.3.2026

Mill-1.4.2026 sat-30.6.2026

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

17

Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat

7216 31 10 , 7216 31 90 , 7216 32 11 , 7216 32 19 , 7216 32 91 , 7216 32 99 , 7216 33 10 , 7216 33 90

L-Ukrajna

31 662,59

31 662,59

30 974,27

31 318,43

25 %

09.8891

Ir-Renju Unit

volumi li għandhom jiġu kkalkulati kif definit fl-artikolu 1(8)

27 506,58

26 908,61

27 207,60

25 %

09.8897

It-Turkija

volumi li għandhom jiġu kkalkulati kif definit fl-Artikolu 1(8)

22 892,27

22 394,61

22 643,44

25 %

09.8892

Korea, Ir-Repubblika tal-

volumi li għandhom jiġu kkalkulati kif definit fl-artikolu 1(8)

5 335,16

5 219,18

5 277,17

25 %

09.8893

Pajjiżi oħra

volumi li għandhom jiġu kkalkulati kif definit fl-artikolu 1(8)

12 555,44

12 282,49

12 418,96

25 %

 (1)

Ir-Renju Unit (lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

14 254,99

14 254,99

13 945,10

14 100,05

25 %

09.8499


(1)  Minn 1.7 sa 31.3: 09.8635

Minn 1.4 sa 30.6: 09.8636

Minn 1.7 sa 30.6: għaċ-Ċina: 09.8448, għall-Iżvizzera: 09.8469 u għall-Emirati Għarab Magħquda: 09.8409


ANNESS II

Numru tal-Prodott

Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli)

Sena 8

Mill-1.8.2025 sat-30.9.2025

Mill-1.10.2025 sal-31.12.2025

Mill-1.1.2026 sal-31.3.2026

Mill-1.4.2026 sat-30.6.2026

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

17

Pajjiżi oħra

volumi li għandhom jiġu kkalkulati kif definit fl-artikolu 1(8)

12 555,44

12 282,49

12 418,96


ANNESS III

Kategorija tal-prodott

Kwota ġdida allokata f’tunnellati

Mill-1.4.2026 sat-30.6.2026

17

Bla aċċess għall-kwota residwa f’Q4


ANNESS IV

“ANNESS VI

Pajjiż

Mill-1.8.2025 sat-30.9.2025

Allokazzjoni prorata tal-volumi mingħajr dazju li jifdal disponibbli taħt il-kwota globalizzata fl-1.8.2025

Ir-Renju Unit

40,28 %

It-Turkija

33,52 %

Korea, Ir-Repubblika tal-

7,81 %

Pajjiżi oħra

18,39 %


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1581/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)