|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1566 |
30.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1566
tad-29 ta’ Lulju 2025
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards ta’ referenza għall-verifika tal-identità u tal-attributi tal-persuna li lilha għandhom jinħarġu ċ-ċertifikat kwalifikat jew l-attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 jeżiġi li l-fornituri kwalifikati tas-servizzi fiduċjarji jivverifikaw l-identità u, jekk applikabbli, kull attribut speċifiku ta’ persuna fiżika jew ġuridika meta joħorġu ċertifikati kwalifikati jew attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi lil dik il-persuna. |
|
(2) |
Biex ikunu żgurati trattament ugwali u l-abbiltà li jkun fdat ir-riżultat tal-proċess ta’ verifika, il-verifiki jenħtieġ li jagħmluhom b’mod ekwivalenti l-fornituri kwalifikati tas-servizzi fiduċjarji kollha meta joħorġu ċertifikat kwalifikat jew attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi. F’konformità mal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, intgħażlu għadd ta’ standards biex jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti speċifiċi. Dawn l-istandards jenħtieġ li jirriflettu prattiki stabbiliti u jkunu rikonoxxuti b’mod wiesa’ fis-setturi rilevanti. Dawn l-istandards jenħtieġ li jiġu adattati biex ikunu jinkludu kontrolli addizzjonali li jiżguraw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-servizz fiduċjarju kwalifikat, filwaqt li jiffaċilitaw l-interoperabbiltà transfruntiera u l-funzjonament effettiv tas-suq intern. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-fornituri kwalifikati tas-servizzi fiduċjarji jingħataw perjodu tranżitorju adegwat biex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. Biex ikun żgurat perjodu taż-żmien suffiċjenti għall-awditjar tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wara 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tivvaluta regolarment teknoloġiji, prattiki, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda. F’konformità mal-Premessa 75 tar-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina u taġġorna dan ir-Regolament, jekk ikun meħtieġ, biex iżżommu konformi mal-iżviluppi dinjin, ma’ teknoloġiji, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda, u biex timxi mal-aqwa prattiki fis-suq intern. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) japplikaw għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u ta l-opinjoni tiegħu nhar is-6 ta’ Ġunju 2025. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(1c) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(4) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ANNESS
Standard ta’ referenza għall-verifika tal-identità u tal-attributi tal-persuni li lilhom għandhom jinħarġu ċertifikat kwalifikat jew attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi
L-istandard ETSI TS 119 461 V2.1.1 (2025-02) għall-konformità mal-klawżola C.3 tal-Anness C japplika, bl-adattamenti li ġejjin:
|
(1) |
2.1 Referenzi normattivi
|
|
(2) |
C.3 Każijiet tal-użu għall-ħruġ ta’ ċertifikat kwalifikat jew ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi f’konformità mal-Artikoli 24(1), (1a) u (1b) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014
|
|
(3) |
C.3.4 Każ tal-użu għall-verifika tal-identità b’mezzi oħra tal-identifikazzjoni
|
|
(4) |
9.2.3.4 Każ tal-użu għal operazzjoni awtomatizzata
|
|
(5) |
8.3.3 Validazzjoni ta’ dokument fiżiku tal-identità
|
|
(6) |
7.12. Terminazzjoni u pjanijiet ta’ terminazzjoni
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1566/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)