|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1523 |
29.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1523
tat-28 ta’ Lulju 2025
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Flimkien ma’dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ Novembru 2024 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 huwa sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv mhuwiex irritant tal-ġilda iżda huwa irritant tal-għajnejn, li jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur potenzjali tal-ġilda u respiratorju, u li kwalunkwe esponiment mill-ġilda u mill-apparat respiratorju jitqies bħala riskju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 huwa effikaċi bħala addittiv tas-silaġġ fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dak il-preparat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal, 23(1), e9144. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9144.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
CFU/kg ta’ materja friska |
||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||||||||||
|
1k20723 |
Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv Għamla solida ————————— Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094 ————————— Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094:
Enumerazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30094:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-18 ta’ Awwissu 2035 |
||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1523/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)