|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1520 |
28.7.2025 |
REGOLAMENT (UE) 2025/1520 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/445 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4) (BĊE/2025/24)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6, u l-Artikolu 9(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar l-opzjoni prevista fl-Artikolu 178(1), il-punt (b), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 575/2013 (3) għall-awtoritajiet kompetenti biex jestendu għal 180 l-għadd ta’ jiem skaduti qabel ma obbligu ta’ kreditu materjali msemmi fih jitqies bħala inadempjenti. Sabiex ir-Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/4) (4) jiġi allinjat mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-opzjoni mħassra, huwa għalhekk meħtieġ li titħassar id-dispożizzjoni korrispondenti fir-Regolament (UE) 2016/445 (BĊE/2016/4). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1623 emenda l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi żied rekwiżit, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2025, li, għall-finijiet li jintuża l-approċċ standardizzat għall-kalkolu ta’ ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet, istituzzjoni ma tistax tuża valutazzjoni tal-kreditu ta’ istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) li tinkorpora suppożizzjonijiet ta’ appoġġ impliċitu mill-gvern, ħlief meta tirreferi għal istituzzjoni proprjetà ta’ jew stabbilita u sponsorjata minn gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali. L-Artikolu 138 emendat jipprevedi wkoll li meta l-uniċi valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI li jeżistu għal istituzzjoni li ma taqax fil-kategorija ta’ istituzzjonijiet eċċezzjonali jkunu valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI li jinkorporaw tali suppożizzjonijiet ta’ appoġġ impliċitu mill-gvern, l-iskoperturi għal tali istituzzjoni jridu jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni mhux klassifikata, f’konformità mal-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(3) |
Il-BĊE jara l-ħtieġa li jibqgħu jintużaw il-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI li jinkorporaw suppożizzjonijiet ta’ appoġġ impliċitu mill-gvern fejn l-istituzzjoni msemmija ma taqax fil-kategorija ta’ istituzzjonijiet eċċezzjonali, bl-effett li l-iskoperturi għal tali istituzzjoni ma għandhomx għalfejn jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni mhux klassifikata. L-użu ta’ tali valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI jenħtieġ li jkompli għal perjodu limitat wara d-data tal-applikazzjoni tal-emenda għall-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, jeħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/445 (BĊE/2016/4) jiġi emendat biex jippermetti l-eżerċizzju, sal-1 ta’ Jannar 2027, tal-opzjoni prevista fl-Artikolu 495e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex ikun permess l-użu kontinwu ta’ tali valutazzjonijiet tal-kreditu ECAI sa dik id-data. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2016/445 (BĊE/2016/4) għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (UE) 2016/445 (BĊE/2016/4) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 huwa mħassar; |
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu 24a li ġej: “ Artikolu 24a L-Artikolu 495e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Arranġamenti tranżizzjonali għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI tal-istituzzjonijiet B’deroga mill-Artikolu 138, il-punt (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jużaw valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI fir-rigward ta’ istituzzjoni li tinkorpora suppożizzjonijiet ta’ appoġġ impliċitu mill-gvern sal-1 ta’ Jannar 2027.” |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1024/oj.
(2) Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj).
(3) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj).
(4) Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4) (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/445/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1520/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)