|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1490 |
25.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1490
tal-24 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 564/2013 fir-rigward tal-adattament tat-tariffi għall-inflazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2013 (2), it-tariffi previsti f’dak ir-Regolament għandhom jiġu rieżaminati kull sena b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni kif imkejla permezz tal-Indiċi Ewropew tal-prezzijiet għall-konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. |
|
(2) |
Sabiex jitwettaq dan ir-rieżami annwali għas-sena 2024, jenħtieġ li t-tariffi jiġu aġġustati f’konformità mar-rati medji annwali tal-inflazzjoni għall-2021, l-2022 u l-2023, kif ippubblikati mill-Eurostat biex jirriflettu r-rata ta’ inflazzjoni kumulattiva ta’ 19,5 %. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 564/2013 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 564/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Annessi I u II huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness III huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 dwar it-tariffi u l-imposti dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 19.6.2013, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/564/oj).
ANNESS I
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 564/2013 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, it-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 1 Tariffi standard
|
|
(2) |
fl-Anness II, it-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 1 Tariffi standard
|
(1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1062/oj).”
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4., ELI: ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/414/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).”
ANNESS II
“ANNESS III
Tariffi oħrajn
|
Deskrizzjoni ġenerali tal-kompitu; dispożizzjoni rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012) |
Kundizzjoni speċifika jew deskrizzjoni tal-kompitu |
Tariffa (EUR) |
|
Ekwivalenza teknika; Artikolu 54(3) |
Tariffa, meta d-differenza bejn is-sorsi tas-sustanza attiva hija limitata għal bidla tal-post tal-manifattura, u l-applikazzjoni hija bbażata biss fuq data analitika |
5 975 |
|
Tariffa, meta d-differenza bejn is-sorsi tas-sustanza attiva tmur lil hinn minn bidla tal-post tal-manifattura, u l-applikazzjoni hija bbażata biss fuq data analitika |
23 900 |
|
|
Tariffa meta ma jkunux ġew issodisfati kundizzjonijiet preċedenti. |
47 800 |
|
|
Tariffa annwali għal prodotti bijoċidali awtorizzati mill-Unjoni; Artikolu 80(1)(a) |
Tariffa għal kull awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodott bijoċidali |
11 950 |
|
Tariffa għal kull awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ familja ta’ prodotti bijoċidali |
23 900 |
|
|
Tariffa għas-Sottomissjoni ta’ Rikonoxximent Reċiproku; Artikolu 80(1)(a) |
Tariffa għal kull prodott jew familja ta’ prodotti kkonċernat(i) minn applikazzjoni għal rikonoxximent reċiproku, għal kull Stat Membru fejn huwa mitlub ir-rikonoxximenti reċiproku |
837 |
|
Appell; Artikolu 77(1) |
Tariffa għal kull appell |
2 988 |
|
Sottomissjoni għall-inklużjoni fil-lista ta’ persuni rilevanti; Artikolu 95 |
Tariffa għal kull preżentazzjoni ta’ ittra ta’ aċċess għal dossier li jinstab diġà komplet mill-Aġenzija jew minn Awtorità Kompetenti li tevalwa |
2 390 |
|
Tariffa għal kull sottomissjoni ta’ ittra ta’ aċċess għal parti ta’ dossier li jinstab diġà komplet mill-Aġenzija jew minn Awtorità Kompetenti li tevalwa, flimkien ma’ data komplimentari |
23 900 |
|
|
Tariffa għal kull sottomissjoni ta’ dossier ġdid |
47 800 |
|
|
Talbiet skont l-Artikolu 66(4) sottomessi lill-Aġenzija |
Tariffa għal kull oġġett li għalih tintalab il-kunfidenzjalità |
1 195 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1490/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)