|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1488 |
23.7.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1488
tat-22 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal kejbils flessibbli ċatti u kejbils li jiċċarġjaw għall-vetturi elettriċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom, imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Bl-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titoli tal-istandards armonizzati u għall-abbozzar, ir-reviżjoni u t-tlestija ta’ standards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE (“it-talba”). L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CENELEC irreveda l-istandard armonizzat EN 50214:2006 kif ikkorreġut b’EN 50214:2006/Ac:2007 dwar Kejbils flessibbli ċatti miksija bil-polivinilklorur, li r-referenzi tiegħu huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2723 (3). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 50214:2024. |
|
(4) |
Barra minn hekk, abbażi tat-talba, is-Cenelec emenda l-istandard armonizzat EN 50620: 2017 kif emendat b’EN 50620: 2017/A1: 2019 dwar il-kejbils li jiċċarġjaw vetturi elettriċi. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat emendatorju EN 50620:2017/A2:2024. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CENELEC, ivvalutat jekk l-istandards u l-emendi tagħhom, abbozzati mis-CENELEC, humiex konformi mat-talba. |
|
(6) |
L-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi tagħhom jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE: EN 50214: 2024 u EN 50620: 2017 kif emendati b’EN 50620:2017/A1:2019 u b’EN 50620:2017/A2:2024. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards u l-emendi tagħhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Biex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi ta’ dawk l-istandards u tal-emendi tagħhom jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(8) |
Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 50214:2006 u EN 50620:2017 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi tal-istandards emendatorji jew korrettorji għalihom ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723. |
|
(9) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw it-tagħmir tagħhom li huwa kopert bl-istandard armonizzat EN 50214:2006 kif ikkorreġut b’EN 50214:2006/AC:2007 u b’EN 50620:2017 kif emendat b’EN 50620:2017/A1:2019, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġi differit. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika t-23 ta’ Jannar 2027.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/35/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2723 tas-6 ta’ Diċembru 2023 dwar standards armonizzati għat-tagħmir elettriku abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2723, 13.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2723/oj).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru r-ringieli 31 u 107; |
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1488/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)