European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L

2025/1482

28.10.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1482

tal-24 ta’ Lulju 2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-pollutanti organiċi persistenti etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jimplimenta l-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (2) (“il-Konvenzjoni”) u skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini u fit-Tul tal-Arja fuq Pollutanti Organiċi Persistenti (3).

(2)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1021, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, sew jekk waħedhom, sew jekk f’taħlitiet jew f’oġġetti, huma pprojbiti, soġġett għall-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-etere tat-tetrabromodifenil (tetraBDE), l-etere tal-pentabromodifenil (pentaBDE), l-etere tal-eżabromodifenil (hexaBDE), l-etere tal-ettabromodifenil (heptaBDE) u l-etere tad-dekabromodifenil (decaBDE) (flimkien “eteri tad-difenil polibromurat elenkati”, “PBDEs elenkati”) huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 b’valur ta’ limitu ta’ kontaminanti fi traċċi mhux intenzjonati (UTC) ta’ 500 mg/kg għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-ħames sustanzi meta jkunu preżenti fit-taħlitiet jew fl-oġġetti. Dan il-valur ta’ limitu tal-UTC huwa soġġett għal rieżami mill-Kummissjoni.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2022/2400 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) inaqqas il-limitu ta’ konċentrazzjoni fl-iskart għas-somma ta’ tetraBDE, pentaBDE, hexaBDE, heptaBDE u decaBDE għal 500 mg/kg mill-10 ta’ Ġunju 2023, għal 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u għal 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027.

(5)

Fil-biċċa l-kbira, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PBDEs fl-Unjoni ġew gradwalment eliminati. Madankollu, minħabba attivitajiet ta’ riċiklaġġ tal-passat u dawk attwali, is-sustanzi jokkorru fi prodotti magħmula minn materjali rkuprati, inklużi prodotti għall-pubbliku ġenerali.

(6)

Jenħtieġ tingħata attenzjoni partikolari lill-prodotti għall-kura tat-tfal u l-ġugarelli fid-dawl tal-esponiment potenzjali għall-PBDEs elenkati li jinsabu fihom. Sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fejn l-PBDEs elenkati jistgħu jkunu preżenti b’mod mhux intenzjonat fi prodotti għall-kura tat-tfal u ġugarelli manifatturati minn materjal irkuprat, huwa ġġustifikat li għalihom jiġi stabbilit valur ta’ limitu ta’ kontaminant fi traċċa mhux intenzjonat.

(7)

B’kont meħud tal-objettiv tar-Regolament (UE) 2019/1021 li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn pollutanti organiċi persistenti billi jipprojbixxi, jelimina gradwalment malajr kemm jista’ jkun, jew jirrestrinġi l-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tagħhom, u b’kont meħud tal-fatt li l-PBDEs elenkati jokkorru prinċipalment f’materjali rkuprati, u tal-limitu ta’ detezzjoni tal-metodi ta’ determinazzjoni rilevanti, jenħtieġ li jiġi stabbilit valuri ta’ limitu tal-UTC għat-taħlitiet u l-oġġetti magħmulin minn jew li jkun fihom materjal rkuprat u taħlitiet u oġġetti oħra li jkun fihom il-PBDEs elenkati. Il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jenħtieġ li jiġu esklużi minn dan ir-Regolament peress li l-PBDEs elenkati fil-prinċipju jenħtieġ li ma jkunux preżenti fil-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel f’konformità mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (6) u (UE) 2022/1616 (7).

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1021 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)   ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1021/oj.

(2)  Stockholm Convention on Persistent Organic Pollutants (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/2006/507/oj).

(3)  Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini u fit-Tul tal-Arja fuq Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2004/259/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2022/2400 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2400/oj).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1935/oj).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/10/oj).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1616 tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 (ĠU L 243, 20.9.2022, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1616/oj).

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 huma emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, fit-tabella, fl-entrata “Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O”, il-punt 2 fir-raba’ kolonna huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Għall-finijiet tal-entrati dwar tetra-, penta-, hexa-, hepta- u decaBDE, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma li ġejja tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi:

(a)

10 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(b)

b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027 meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti li fihom jew li jkunu magħmulin minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(c)

b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 10 mg/kg minn 17 ta’ Mejju 2027, meta jkunu preżenti fil-ġugarelli soġġetti għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), jew fi kwalunkwe prodott għat-tfal li jiffaċilita t-tpoġġija bilqiegħda, l-irqad, ir-rilassament, l-iġjene, it-tbiddil u l-kura ġenerali tal-ġisem, it-tmigħ, l-irdigħ, it-trasport u l-protezzjoni, li jkun fih jew li jkun magħmul minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1935/oj)."

(*2)  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170. 30.6.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/48/oj).”;"

(2)

fil-Parti A, fit-tabella, fl-entrata “Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O”, il-punt 2 fir-raba’ kolonna huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Għall-finijiet tal-entrati dwar tetra-, penta-, hexa-, hepta- u decaBDE, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma li ġejja tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi:

(a)

10 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(b)

b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027 meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti li fihom jew li jkunu magħmulin minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(c)

b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 10 mg/kg minn 17 ta’ Mejju 2027, meta jkunu preżenti fil-ġugarelli soġġetti għad-Direttiva 2009/48/KE, jew fi kwalunkwe prodott għat-tfal li jiffaċilita t-tpoġġija bilqiegħda, l-irqad, ir-rilassament, l-iġjene, it-tbiddil u l-kura ġenerali tal-ġisem, it-tmigħ, l-irdigħ, it-trasport u l-protezzjoni, li jkun fih jew li jkun magħmul minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.”;

(3)

fil-Parti A, fit-tabella, fl-entrata “Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O”, il-punt 2 fir-raba’ kolonna huwa sostitwit b’dan li ġej:

fil-Parti A, fit-tabella, fl-entrata “Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O”, il-punt 2 fir-raba’ kolonna huwa sostitwit b’dan li ġej:

fil-Parti A, fit-tabella, fl-entrata “Etere tal-bis(pentabromofenil) (etere tad-dekabromodifenil; decaBDE)”, il-punt 2 fir-raba’ kolonna huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Għall-finijiet tal-entrati dwar tetra-, penta-, hexa-, hepta- u decaBDE, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma li ġejja tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi:

(a)

10 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(b)

b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027 meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti li fihom jew li jkunu magħmulin minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(c)

b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 10 mg/kg minn 17 ta’ Mejju 2027, meta jkunu preżenti fil-ġugarelli soġġetti għad-Direttiva 2009/48/KE, jew fi kwalunkwe prodott għat-tfal li jiffaċilita t-tpoġġija bilqiegħda, l-irqad, ir-rilassament, l-iġjene, it-tbiddil u l-kura ġenerali tal-ġisem, it-tmigħ, l-irdigħ, it-trasport u l-protezzjoni, li jkun fih jew li jkun magħmul minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.”.

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1935/oj).

(*2)  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170. 30.6.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/48/oj).”;”

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1482/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)