European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1474

21.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1474

tat-18 ta’ Lulju 2025

li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1770.

(2)

Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2021/2201 (2) sabiex jingħata effett lid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2208 (3), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 (4) u li stabbiliet qafas ġdid li jipprevedi miżuri restrittivi addizzjonali kontra individwi u entitajiet li huma responsabbli għal jew kompliċi f’azzjonijiet u politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali, jew li involvew ruħhom, direttament jew indirettament, f’tali azzjonijiet u politiki, jew li jostakolaw jew jdgħajfu t-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.

(3)

Fid-dawl ta’ rieżami tal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2017/1770, il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-entrata għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi titħassar.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2017/1770 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2017/1770 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BJERRE


(1)   ĠU L 251, 29.9.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1770/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2201 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2201/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2208 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2208/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1775/oj).


ANNESS

Fl-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2017/1770, titħassar l-entrata għall-persuna li ġejja:

“3.

MAÏGA, Choguel”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1474/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)