European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1457

18.7.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1457

tas-16 ta’ Lulju 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 fir-rigward tal-irtirar tar-referenza għall-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003 dwar rekwiżiti partikolari għall-banjijiet għall-idromassaġġi u spa idromassaġġi, u fir-rigward tal-pubblikazzjoni b’restrizzjoni tar-referenza għall-istandards armonizzati EN 60335-1:2012 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili, kif ukoll EN 60335-2-27:2013 dwar rekwiżiti partikolari għal apparati għal apparati għall-esponiment tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraħamra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku manifatturat f’konformità ma’ standard armonizzat, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza koperti minn tali standard armonizzat.

(2)

Bl-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titoli tal-istandards armonizzati u għall-abbozzar, ir-reviżjoni u t-tlestija ta’ standards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE (“it-talba”).

(3)

Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC abbozzaw l-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003, għall-banjijiet għall-idromassaġġi u spa idromassaġġi, kif emendat b’EN 60335-2-60:2003/A1:2005, EN 60335-2-60:2003/A2:2008, EN 60335-2-60:2003/A12:2010 u EN 60335-2-60:2003/A11:2010; EN 60335-1:2012, għall-apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili, kif emendat b’EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019, EN 60335-1:2012/A15:2021 u kkoreġut b’EN 60335-1:2012/AC:2014; u EN 60335-2-27:2013, għal apparati għall-esponiment tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraħamra, kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020 u kkoreġut b’EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11. Ir-referenzi ta’ dawk l-istandards huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2723 (3).

(4)

F’Diċembru 2014, in-Netherlands ippreżentaw oġġezzjoni formali f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għall-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003, kif emendat b’EN 60335-2-60:2003/A1:2005, EN 60335-2-60:2003/A2:2008, EN 60335-2-60:2003/A11:2010 u EN 60335-2-60:2003/A12:2010.

(5)

L-oġġezzjoni formali tgħid li l-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003, kif emendat, ma jilħaqx l-objettivi tas-sikurezza stipulati fil-punt 1(c) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE, flimkien mal-punti 2(a), 2(b) u 2(d) ta’ dak l-Anness. In-Netherlands jargumentaw li l-istandard ma jqisx biżżejjed ir-regoli għall-installazzjoni kif stabbiliti fis-serje ta’ standards IEC 60364 dwar l-installazzjonijiet elettriċi ta’ vultaġġ baxx. Dan jirriżulta fi prodotti li jikkonformaw mal-istandard armonizzat iżda li xorta ma jikkonformawx mal-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. In-Netherlands iżidu li għandhom jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet applikabbli għall-pixxini u faċilitajiet simili, bħal spas għall-użu fuq barra. Għal prodotti bħal dawn, hemm riskju akbar ta’ xokk elettriku li jirriżulta minn tnaqqis fir-reżistenza tal-ġisem u l-kuntatt tal-ġisem mal-potenzjal tal-ert. Għalhekk, in-Netherlands jiddikjaraw li skont l-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003, kif emendat, jista’ jseħħ aċċident fatali mal-ewwel difett.

(6)

Minn Diċembru 2014 ’l hawn l-oġġezzjoni formali ġiet diskussa regolarment fil-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx u fil-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku. Dawn id-diskussjonijiet eventwalment wasslu għal ftehim bejn CEN-CENELEC u n-Netherlands dwar abbozz ġdid tal-istandard fl-2021. Madankollu, dan l-abbozz ġdid tal-istandard għadu ma ġiex offrut għall-pubblikazzjoni lill-Kummissjoni. L-oġġezzjoni formali mqajma min-Netherlands reġgħet ġiet diskussa mill-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Ġunju 2024.

(7)

Wara li eżaminat l-istandard EN 60335-2-60:2003, kif emendat, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard armonizzat jonqos milli jilħaq l-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fil-punt 1(c) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE, flimkien mal-punti 2(a), 2(b) u 2(d) ta’ dak l-Anness.

(8)

Fil-25 ta’ Mejju 2023, il-Ġermanja ppreżentat oġġezzjoni formali f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għall-istandard armonizzat EN 60335-1:2012, kif emendat b’EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019 u EN 60335-1:2012/A15:2021 u kkoreġut b’EN 60335-1:2012/AC:2014.

(9)

L-oġġezzjoni formali mqajma mill-Ġermanja tiddikjara li l-istandard armonizzat ma jissodisfax l-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fil-punt 2(c) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE. Il-Ġermanja targumenta li l-istandard jipprevedi test għall-aċċessibbiltà ta’ partijiet li jiċċaqilqu b’sonda tat-test li hija maħsuba biex tirreplika l-id umana, madankollu s-sonda tat-test imsemmija ma tqisx id-dimensjonijiet essenzjali tal-ġisem tal-bniedem u realistikament ma tirrappreżentax l-id umana peress li hija sempliċiment simili għas-sonda xierqa li għandha tintuża għal tali tip ta’ test.

(10)

L-oġġezzjoni formali mqajma mill-Ġermanja ġiet diskussa mill-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Ġunju 2024.

(11)

Wara li eżaminat l-istandard armonizzat EN 60335-1:2012, kif emendat, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard armonizzat jonqos milli jilħaq l-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fil-punt 2(c) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE.

(12)

Fis-6 ta’ Lulju 2023, Franza qajmet oġġezzjoni formali f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għall-istandard armonizzat EN 60335-2-27:2013, kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020 u kkoreġut b’EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11.

(13)

L-oġġezzjoni formali ta’ Franza tiddikjara li l-istandard armonizzat ma jissodisfax l-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE. Franza targumenta li l-kundizzjonijiet tal-użu indikati fit-test u fl-anness normattiv tal-istandard armonizzat permezz tal-klassifikazzjoni tal-apparati skont kategoriji ta’ użu u ta’ utenti mhumiex konformi mal-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE.

(14)

L-oġġezzjoni formali mqajma minn Franza ġiet diskussa mill-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Ġunju 2024.

(15)

Wara li eżaminat l-istandard armonizzat EN 60335-2-27:2013, kif emendat, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard jonqos milli jilħaq l-objettivi essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE.

(16)

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jittejbu l-aspetti tas-sikurezza tal-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003, kif emendat, u sakemm issir reviżjoni xierqa ta’ dak l-istandard, ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju għalih, ma tipprovdix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti bażiċi tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. B’konsegwenza ta’ dan, ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju għalih, jenħtieġ li tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw it-tagħmir elettriku li huwa kopert mill-istandard armonizzat EN 60335-2-60:2003 kif emendat, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dak l-istandard jiġi differit.

(17)

L-istandard armonizzat EN 60335-1:2012, kif emendat b’EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019 u EN 60335-1:2012/A15:2021 u kkoreġut b’EN 60335-1:2012/AC:2014; u EN 60335-2-27:2013, kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020 u kkoreġut b’EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11, għaldaqstant jenħtieġ li jinżamm f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(18)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 tiġi emendata kif xieraq.

(19)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

(20)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punt (1) tal-Anness għandu japplika mit-18 ta’ Jannar 2027.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/35/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2723 tas-6 ta’ Diċembru 2023 dwar standards armonizzati għat-tagħmir elettriku abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2723, 13.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2723/oj).


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru r-ringieli 155, 176 u 206;

(2)

ir-ringieli li ġejjin jiżdiedu f’ordni sekwenzjali:

Nru

Referenza tal-istandard

“155 a.

EN 60335-1:2012

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 60335-1:2012/AC:2014

EN 60335-1:2012/A11:2014

EN 60335-1:2012/A13:2017

EN 60335-1:2012/A1:2019

EN 60335-1:2012/A14:2019

EN 60335-1:2012/A2:2019

EN 60335-1:2012/A15:2021

Restrizzjoni: L-applikazzjoni ta’ dawn il-partijiet tal-istandard EN 60335-1:2012, kif emendat l-aħħar permezz ta’ A15:2021, ma tikkonferix il-preżunzjoni ta’ konformità mal-objettivi tas-sikurezza stipulati fil-punt 2(c) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE:

il-parti tal-klawżola 20.2, li tirreferi għas-sonda tat-test, li hi simili għas-sonda tat-test B.”;

“176a.

EN 60335-2-27:2013

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sikurezza – Parti 2-27: Rekwiżiti partikolari għal apparati għall-esponiment tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraħamra

EN 60335-2-27:2013/A1:2020

EN 60335-2-27:2013/A2:2020

EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11

Avviż: F’dan l-istandard armonizzat, in-noti ma jirreferux għall-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE, u lanqas ma tista’ tiġi preżunta konformità ma’ dawn l-objettivi tas-sikurezza fl-applikazzjoni tagħhom:

Nota tal-klawżola 6.Z101 u n-Nota 101 tal-klawżola BB.2 fl-Anness BB li jipprovdu deskrizzjoni tal-postijiet li fihom il-klassifikazzjonijiet differenti ta’ prodotti, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-istandard, jistgħu jintużaw u minn liema utenti dan jista’ jseħħ u, għalhekk, ma jirrigwardawx it-tqegħid fis-suq.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1457/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)