|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1449 |
29.10.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1449
tat-18 ta’ Lulju 2025
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-qtil b’emerġenza ta’ ungulati domestiċi, għat-tonn iffriżat fis-salmura u għall-prodotti raffinati ħafna
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b), (c), (d) u (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. L-operaturi tan-negozju tal-ikel huma meħtieġa jikkonformaw, fost l-oħrajn, mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness III, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu VI, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jipprevedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw li l-laħam minn ungulati domestiċi li jkunu nqatlu b’emerġenza barra mill-biċċerija jkun jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem biss jekk il-laħam jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-Kapitolu. Il-punt 5 ta’ dak il-Kapitolu VI jeħtieġ dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel li għandha takkumpanja lill-annimal maqtul sal-biċċerija. Il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni huwa inkluż fl-informazzjoni dwar il-katina alimentari meħtieġa f’konformità mal-punt 3 tas-Sezzjoni III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Għaċ-ċarezza u sabiex tiġi evitata duplikazzjoni possibbli, il-punt 5 tal-Kapitolu VI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jenħtieġ li jiġi sostitwit b’referenza għall-informazzjoni dwar il-katina alimentari meħtieġa f’konformità mas-Sezzjoni III tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fl-Anness III, is-Sezzjoni VIII, il-Kapitolu I, il-Parti I.C, il-punt 1, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeħtieġ li l-bastimenti tal-friża jkollhom tagħmir li jiffriża b’kapaċità suffiċjenti biex jiffriża kemm jista’ jkun malajr fi proċess kontinwu u b’perjodu ta’ waqfien termali kemm jista’ jkun qasir, sabiex tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ mhux aktar minn – 18 °C. Il-punt 2 ta’ dik il-Parti jeħtieġ li l-bastimenti tal-friża jkollhom tagħmir ta’ refriġerazzjoni b’kapaċità suffiċjenti biex iżommu l-prodotti tas-sajd fl-istivi tal-ħażna f’temperatura ta’ mhux aktar minn – 18 °C. F’konformità mal-Anness III, is-Sezzjoni VIII, il-Kapitolu I, il-Parti II, il-punt 7, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, meta l-ħut sħiħ intenzjonat għall-mili fil-laned jiġi ffriżat fis-salmura, it-temperatura ma għandhiex tkun ta’ aktar minn – 9 °C. Dan il-punt jistabbilixxi wkoll li anki jekk il-ħut sħiħ inizjalment iffriżat fis-salmura f’temperatura ta’ mhux aktar minn – 9 °C sussegwentement jiġi ffriżat f’temperatura ta’ – 18 °C, dan għandu jkun destinat għall-mili fil-laned. |
|
(4) |
Il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri u l-awditi u l-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Kummissjoni kemm fl-Istati Membri kif ukoll f’pajjiżi terzi, urew li, fil-prattika, il-bastimenti tal-friża ma setgħux jilħqu t-temperatura ta’ – 18 °C għall-iffriżar tat-tonn fis-salmura. Ir-rapporti tal-awditjar urew ukoll li ċerti operaturi tan-negozju tal-ikel qiegħdu fis-suq b’mod illegali tonn iffriżat fis-salmura f’temperatura ta’ – 9 °C, bħala tonn mhux ipproċessat għall-konsum dirett mill-bniedem. F’konformità mal-Anness III, is-Sezzjoni VIII, il-Kapitolu I, il-Parti II, il-punt 7, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, dan it-tonn jista’ jkun destinat biss għall-mili fil-laned. Din il-prattika tista’ tesponi lill-konsumaturi għal riskji għas-saħħa, peress li produzzjoni eċċessiva tal-istamina tirriżulta fis-sindromu ta’ skombrojde. |
|
(5) |
Għadd dejjem jikber ta’ notifiki nħarġu fis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF, Rapid Alert System for Food and Feed) rigward il-preżenza ta’ istamina ’l fuq mil-limitu stabbilit fir-ringiela 1.26 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (2) fi flettijiet tat-tonn imdewba ppakkjati f’vakwu, ittrattati b’addittivi, u ta’ avvelenament ta’ skombrojde mill-ikel assoċjat mal-konsum ta’ tali prodotti. L-Istati Membri ħadu miżuri wara l-kontrolli uffiċjali iżda n-notifiki reċenti tal-RASFF urew li dawn il-miżuri ma solvewx il-kwistjoni. |
|
(6) |
Il-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati wrew li t-teknoloġiji tal-iffriżar abbord ċerti bastimenti tjiebu b’mod sostanzjali u issa huwa possibbli li t-tonn fis-salmura jiġi ffriżat f’temperatura ta’ – 18 °C filwaqt li jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi tagħhom u tiġi żgurata s-sikurezza tat-tonn meta jkun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar l-iffriżar tat-tonn fis-salmura f’temperatura ta’ – 18 °C intenzjonat għall-produzzjoni ta’ prodotti tas-sajd ippreparati. Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-operaturi jwettqu l-verifiki proprji xierqa u li jiffaċilitaw il-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti, meħtieġa biex jiddifferenzjaw dawk il-bastimenti tal-friża minn dawk li jiffriżaw it-tonn fis-salmura f’temperatura ta’ – 9 °C u li huma destinati biss għall-mili fil-laned. |
|
(7) |
Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiżguraw li l-bastimenti tal-friża jkunu mgħammra b’tali mod li jkunu jistgħu jiffriżaw it-tonn fis-salmura f’temperatura ta’ – 18 °C għal perjodu ta’ żmien determinat minn qabel. Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tal-ikel ikkonċernati jenħtieġ li jkunu jistgħu jimmonitorjaw it-temperatura tas-salmura f’ħin reali, bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni remoti. Tali data jenħtieġ li tinżamm disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-kapaċità xierqa ta’ ffriżar tal-bastimenti tal-friża li jiffriżaw it-tonn fis-salmura jenħtieġ li tiġi identifikata waqt il-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ tali bastimenti tal-friża biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw it-tonn li jkun ġej minn tali bastimenti tal-friża waqt il-kontrolli uffiċjali u jieħdu azzjoni kontra l-operaturi li b’mod illegali jqiegħdu fis-suq tonn mhux iffriżat f’temperatura ta’ – 18 °C. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li jipproteġu lill-konsumaturi, f’konformità mal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(8) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti parametri stretti ta’ ħin/temperatura għall-iffriżar tat-tonn fis-salmura f’temperatura ta’ – 18 °C fil-qalba f’bastimenti tal-friża approvati għal dik l-attività. It-tnaqqis fit-temperatura jenħtieġ li jitwettaq fi proċess kontinwu, u li jkun soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien totali tal-proċess ta’ ffriżar. |
|
(9) |
Jenħtieġ li fis-Sezzjoni VIII, il-Kapitolu I, il-Parti I u l-Parti II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(10) |
Fl-Anness III, it-Taqsima XVI, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għal ċerti prodotti raffinati ħafna meta t-trattament tal-materja prima jelimina kwalunkwe riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali awtorizzati bħala addittivi tal-ikel f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huma wkoll tali prodotti raffinati ħafna peress li l-produzzjoni ta’ tali addittivi telimina dawn ir-riskji u għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Taqsima XVI ta’ dak l-Anness. Uħud minn dawn l-addittivi huma derivati minn insetti u għalhekk l-insetti jenħtieġ li jkunu permessi bħala materja prima għall-prodotti raffinati ħafna. Għalhekk jenħtieġ li fl-Anness III, it-Taqsima XVI tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(11) |
Sabiex il-partijiet interessati jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jistabbilixxu proċeduri biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-emendi tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan japplika minn “l-27 ta' Jannar 2026”, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punt (2) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu japplika minn “l-27 ta' Jannar 2026”.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/853/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2073/oj).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1333/oj.
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fis-Sezzjoni I, il-Kapitolu VI, il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fis-Sezzjoni VIII:
|
|
(3) |
It-Taqsima XVI hija emendata kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1333/oj).”;”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1449/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)