|
(1)
|
l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
Isem
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
“17.
|
Alexandru BEȘCHIERU
|
Funzjoni: Mexxej tal-partit politiku ‘Forța de Alternativă și de Salvare a Moldovei’ (‘Alternative and Salvation Force of Moldova’)
Data tat-twelid: 5.7.1990
Post tat-twelid: Chișinău, Republic of Moldova
Sess: raġel
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
|
Alexandru Beșchieru huwa l-mexxej tal-partit politiku ‘Forța de Alternativă și de Salvare a Moldovei’ (‘FASM’), li huwa wieħed mis-suċċessuri tal-partit politiku illegali ȘOR, immexxi minn Ilan Shor. F’April 2024, Ilan Shor nieda f’Moska l-blokk politiku Victory/Pobeda, li jgħaqqad is-suċċessuri tal-partit tiegħu, inkluż il-FASM.
Bħala l-mexxej tal-FASM, Alexandru Beșchieru jirrappreżenta lill-partit u jikkoordina l-attivitajiet tiegħu.
Għalhekk huwa assoċjat mal-blokk politiku Victory/Pobeda. Huwa assoċjat ukoll ma’ Ilan Shor.
|
15.7.2025
|
|
18.
|
Victoria FURTUNĂ
|
Funzjoni: Politiku – Mexxejja tal-partit politiku ‘Moldova Mare’
Data tat-twelid: 24.2.1981
Post tat-twelid: Hâncești, Republic of Moldova
Sess: mara
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
|
Victoria Furtună hija politiku mir-Repubblika tal-Moldova li rċeviet appoġġ sinifikanti minn Ilan Shor u l-blokk politiku Victory/Pobeda, li huwa s-suċċessur tal-partit politiku illegali ȘOR, immexxi minn Ilan Shor. B’mod partikolari, matul l-elezzjoni Presidenzjali tal-2024, il-membri tal-blokk politiku Victory/Pobeda ġew imħeġġa jivvutaw għal Victoria Furtună, inkluż permezz ta’ skemi ta’ tixħim. Barra minn hekk, bi ksur tal-liġijiet elettorali li jipprojbixxu l-kampanji matul il-jum tal-elezzjonijiet, il-persuna elenkata Ilan Shor u l-assoċjati tiegħu taw struzzjonijiet lis-sostenituri tagħhom biex jivvutaw għal Victoria Furtună.
Għalhekk, hija assoċjata mal-blokk politiku Victory/Pobeda. Hija assoċjata ukoll ma’ Ilan Shor.
|
15.7.2025
|
|
19.
|
Vadim GROZAVU
|
Funzjoni: Mexxej tal-partit politiku ‘Victorie’ (Victory)
Data tat-twelid: 2.12.1984
Post tat-twelid: Republic of Moldova
Sess: raġel
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
|
Vadim Grozavu huwa l-mexxej tal-partit politiku ‘Victorie’, li huwa wieħed mis-suċċessuri tal-partit politiku illegali ȘOR, immexxi mill-persuna elenkata Ilan Shor. F’April 2024, Ilan Shor nieda f’Moska l-blokk politiku Victory/Pobeda, li jgħaqqad is-suċċessuri tal-partit tiegħu, inkluż Victory.
Bħala l-mexxej ta’ Victory, Vadim Grozavu jirrappreżenta lill-partit u jikkoordina l-attivitajiet tiegħu.
Għalhekk huwa assoċjat mal-blokk politiku Victory/Pobeda. Huwa assoċjat ukoll ma’ Ilan Shor.
|
15.7.2025
|
|
20.
|
Irina MIHAIL LOZOVAN
|
Funzjoni: Politiku – partit politiku ‘Renaștere’ (Revival)
Data tat-twelid: 27.12.1983
Post tat-twelid: Lipcani, Republic of Moldova
Sess: mara
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
|
Irina Lozovan hija politiku fir-Repubblika tal-Moldova mill-partit politiku Renaștere (‘Renaștere’/‘Revival’), li huwa wieħed mis-suċċessuri tal-partit politiku illegali ȘOR, immexxi mill-persuna elenkata Ilan Shor. F’April 2024, Ilan Shor nieda f’Moska l-blokk politiku Victory/Pobeda, li jgħaqqad is-suċċessuri tal-partit tiegħu, inkluż Renaștere.
Irina Lozovan ħadet sehem f’dan l-avveniment u kellha rwol eżekuttiv fl-iskema ta’ tixħim ta’ Ilan Shor fil-kuntest tal-elezzjonijiet presidenzjali u r-referendum kostituzzjonali dwar l-adeżjoni mal-UE tal-2024.
Billi dgħajfet serjament l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, Irina Lozovan hija responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.
Hija assoċjata wkoll mal-blokk politiku Victory/Pobeda u Ilan Shor.
|
15.7.2025
|
|
21.
|
Alexei LUNGU
|
Funzjoni: Ġurnalist, President tal-Partit Politiku ‘Șansă’ (Chance)
Post tat-twelid: Republic of Moldova
Sess: raġel
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
|
Alexei Lungu huwa l-mexxej tal-partit politiku ‘Șansă’, li huwa wieħed mis-suċċessuri tal-partit politiku illegali ȘOR, immexxi mill-persuna elenkata Ilan Shor. F’April 2024, Ilan Shor nieda f’Moska l-blokk politiku Victory/Pobeda, li jgħaqqad is-suċċessuri tal-partit tiegħu, inkluż Șansă.
Bħala l-mexxej ta’ Șansă, Alexei Lungu jirrappreżenta lill-partit u jikkoordina l-attivitajiet tiegħu. Għalhekk huwa assoċjat mal-blokk politiku Victory/Pobeda. Huwa assoċjat ukoll ma’ Ilan Shor.
|
15.7.2025
|
|
22.
|
Alexandr NESTEROVSCHI
|
Funzjoni: Politiku
Data tat-twelid: 11.1.1981
Post tat-twelid: Răuțel, Republic of Moldova
Sess: raġel
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
|
Alexandr Nesterovschi huwa politiku mir-Repubblika tal-Moldova li kien involut fi skemi ta’ tixħim organizzati mill-persuna elenkata Ilan Shor sabiex jiġu korrotti diversi politiċi mir-Repubblika tal-Moldova biex joħolqu moviment apparentement pro-Ewropew, li iżda kien fil-fatt ikkontrollat minn Ilan Shor minn Moska. Matul il-proċess kriminali tiegħu, Alexandr Nesterovschi rċieva appoġġ mir-Russja u minn Ilan Shor. Huwa ġie kkundannat għal 12-il sena ħabs għal korruzzjoni politika.
Billi dgħajjef il-proċess politiku demokratiku, inkluż billi pprova jiddestabbilizza jew iwaqqa’ l-ordni kostituzzjonali, Alexandr Nesterovschi huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, jew id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova. Huwa assoċjat ukoll ma’ Ilan Shor.
|
15.7.2025
|
|
23.
|
Natalia PARASCA
|
Funzjoni: Politiku; mexxejja tal-partit politiku ‘Renaștere’ (Revival); membru tal-bord tal-organizzazzjoni ‘Evrazia’
Data tat-twelid: 2.2.1990
Post tat-twelid: Ukraine
Sess: mara
Nazzjonalità: Russa
|
Natalia Parasca hija l-mexxejja tal-partit politiku ‘Renaștere’ (Revival), li huwa wieħed mis-suċċessuri tal-partit politiku illegali ȘOR, immexxi mill-persuna elenkata Ilan Shor. F’April 2024, Ilan Shor nieda f’Moska l-blokk politiku Victory/Pobeda, li jgħaqqad is-suċċessuri tal-partit tiegħu, inkluż Renaștere. Bħala l-mexxejja ta’ Renaștere, Natalia Parasca tirrappreżenta lill-partit u tikkoordina l-attivitajiet tiegħu.
Hija wkoll membru tal-bord tal-entità elenkata Evrazia, li hija involuta b’mod attiv fl-iskemi ta’ finanzjament illegali ta’ Ilan Shor.
Natalia Parasca hija għalhekk assoċjata mal-blokk politiku Victory/Pobeda, ma’ Ilan Shor u mal-Evrazia.
|
15.7.2025”;
|
|