|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1401 |
15.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1401
tal-14 ta’ Lulju 2025
li jemenda l-Annessi I, VIII, XI, XV, XVI u XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 fir-rigward tal-approvazzjoni jew tal-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni jew kompartimenti tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4), it-tieni subparagrafu, u l-Artikoli 36(4) u 42(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu, u jispeċifika kif dawk ir-regoli jridu jiġu applikati għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi wkoll l-approvazzjoni jew l-irtirar mill-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom rigward ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tiegħu. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b), tiegħu u programmi tal-eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (c), tiegħu, u li l-Kummissjoni tapprova dawn il-programmi. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard elenkat, imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, tal-annimali, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod partikolari, dan jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom bi status approvat ta’ ħelsien mill-mard, u bil-programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi approvati eżistenti. Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel fl-Unjoni ta’ ċertu mard elenkat, jenħtieġ li jiġu emendati l-Annessi I, VIII, XV, XI, XVI u XVII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-Brucella abortus, tal-B. melitensis u tal-B. suis, l-istatus ta’ ħelsien mill-mard fil-popolazzjonijiet tal-annimali ovini u kaprini fil-provinċja ta’ Alessandria fir-reġjun tal-Piemonte fl-Italja ġie rtirat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2692 (4). Minħabba dik l-emenda, l-Italja issa ppreżentat lill-Kummissjoni emenda għall-programm tal-eradikazzjoni approvat għal Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali ovini u kaprini, inkluż dik il-provinċja. Wara valutazzjoni mill-Kummissjoni, il-programm tal-eradikazzjoni emendat instab li jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni ta’ programmi tal-eradikazzjoni fir-rigward ta’ Brucella abortus, B. melitensis u B. suis. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-provinċja tiġi elenkata fil-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 bħala żona bi programm tal-eradikazzjoni approvat għal Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali ovini u kaprini. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għall-Italja fil-Kapitolu 2 tal-Parti II ta’ dak l-Anness tiġi emendata kif xieraq. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1–24) (l-infezzjoni bil-BTV), is-Slovenja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ infezzjoni bis-serotip 4 tal-BTV li jaffettwaw lit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru. Billi t-territorju kollu tas-Slovenja għandu status ta’ ħelsien mill-mard u huwa elenkat fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li tiġi rtirata mit-territorju kollu tas-Slovenja. Għalhekk, l-entrata għas-Slovenja fil-Parti I ta’ dak l-Anness jenħtieġ li titħassar u jenħtieġ li dak l-Anness jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Barra minn hekk, Spanja infurmat lill-Kummissjoni li minħabba l-preżenza ta’ diversi serotipi tal-infezzjoni bil-BTV fil-parti peninsulari ta’ Spanja, il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard fiż-żona ta’ dik il-parti ta’ Spanja li bħalissa għandha status ta’ ħelsien mill-mard u li hija elenkata fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 ma għadhomx issodisfati. L-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li tiġi rtirata miż-żona fil-parti peninsulari ta’ Spanja. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għal Spanja fil-Parti I ta’ dak l-Anness tiġi emendata kif xieraq. |
|
(7) |
Barra minn hekk, Spanja infurmat lill-Kummissjoni wkoll li naqset il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm tal-eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni tal-BTV li diġà kien approvat għaż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, u li se żżommu biss fil-komunità awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi. Għalhekk, iż-żoni l-oħrajn li bħalissa huma elenkati fl-entrata għal Spanja fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jenħtieġ li jitħassru, u l-emenda proposta għall-programm tal-eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li tiġi approvata. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għal Spanja fil-Parti II ta’ dak l-Anness tiġi emendata kif xieraq. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-infezzjoni bl-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI), in-Netherlands infurmat lill-Kummissjoni li Cobb Europe B.V. bin-numru tal-approvazzjoni 2951 ma tistax titqies bħala kompartiment ħieles mill-HPAI, billi l-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ma għadhomx issodisfati. Għalhekk, dak il-kompartiment jenħtieġ li ma jibqax elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 bħala ħieles mill-HPAI, u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-HPAI jenħtieġ li jiġi rtirat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għan-Netherlands f’dak l-Anness tiġi emendata kif xieraq. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens, l-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa, u l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, l-Iżvezja ppreżentat informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati għat-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, ħareġ li l-applikazzjoni tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Għalhekk, jenħtieġ li t-territorju kollu tal-Iżvezja jiġi elenkat bħala ħieles mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens, ħieles mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa, u ħieles mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae fl-Annessi XV, XVI u XVII, rispettivament, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-Annessi jiġu emendati kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, VIII, XI, XV, XVI u XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2692 tas-17 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Annessi I u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni jew l-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat (ĠU L, 2024/2692 18.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2692/oj).
ANNESS
L-Annessi I, VIII, XI, XV, XVI u XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fil-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness I, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’li ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif gej:
|
|
(3) |
fl-Anness XI, l-entrata għan-Netherlands hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fil-Parti I tal-Anness XV, l-entrata li ġejja għall-Iżvezja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Irlanda u l-entrata għar-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq):
|
|
(5) |
fil-Parti I tal-Anness XVI, l-entrata li ġejja għall-Iżvezja tiżdied wara l-entrata għall-Estonja:
|
|
(6) |
fil-Parti I tal-Anness XVII, l-entrata li ġejja għall-Iżvezja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Irlanda u l-entrata għar-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq):
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1401/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)