|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1386 |
16.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1386
tal-15 ta’ Lulju 2025
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd u għal speċijiet minuri tal-pollam (detentur tal-awtorizzazzjoni: AB Enzymes Finland Oy)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044. Flimkien ma’dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ispeċijiet minuri tal-pollam, u qed titlob li dan jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Settembru 2024 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044 huwa sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044, fil-forom kollha, mhuwiex irritanti għall-ġilda iżda jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. Il-forom likwidi kollha ta’ dak il-preparat mhumiex irritanti għall-għajnejn u mhumiex sensitizzaturi tal-ġilda. L-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal tal-forom solidi li jkunu irritanti għall-għajnejn u sensitizzaturi tal-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044 għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fil-ħnieżer tas-simna f’20,000 BXU/kg ta’ għalf komplet, fit-tiġieġ tal-bajd u fl-ispeċijiet minuri tal-pollam tal-bajd fi 12,000 BXU/kg ta’ għalf komplet u fl-ispeċijiet minuri tal-pollam għajr it-tjur tal-bajd fi 8 000 BXU/kg ta’ għalf komplet. Hija ma qisitx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (3), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa f’valutazzjoni preċedenti fir-rigward tal-istess addittiv huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044 jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-ħnieżer tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ispeċijiet minuri tal-pollam. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal 2024;22:e9025, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9025.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà. |
|||||||||||||||||
|
4a8i |
AB Enzymes Finland Oy |
Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044 li jkollu attività minima ta’: Forma solida: 160 000 BXU (1)/g Forma likwida: 160 000 BXU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 114044 Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf u fil-premixxeli:
Għall-kwantifikazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fl-għalf kompost:
|
Ħnieżer tas-simna |
— |
BXU 20 000 |
— |
|
Il-5 ta’ Awwissu 2035 |
||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd Speċijiet minuri tal-pollam tal-bajd |
12 000 BXU |
||||||||||||||||
|
Speċijiet minuri tal-pollam għajr dawk tal-bajd |
8 000 BXU |
||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
(1) 1 BXU huwa l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 nmol ta’ zokkor riduċenti bħala ksilożju mill-ksilan tal-betula kull sekonda f’pH ta’ 5,3 u f’50 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1386/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)