European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1359

24.7.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 114/2025

tat-8 ta’ Mejju 2025

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2025/1359]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2182 tat-2 ta’ Settembru 2024 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-sett tad-data, li jistabbilixxi l-formati tekniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u li jispeċifika l-arranġamenti dettaljati u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun fl-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2025 skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18qze (ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2024/297) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18qzf.

32024 R 2182: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2182 tat-2 ta’ Settembru 2024 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-sett tad-data, li jistabbilixxi l-formati tekniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u li jispeċifika l-arranġamenti u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun fl-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2025 f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/2182, 3.9.2024).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2182 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, u li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Mejju 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, fit-8 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2024/2182, 3.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2182/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1359/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)