|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1314 |
30.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1314
tat-23 ta’ Ġunju 2025
dwar is-sottomissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ proposti għall-emendi għall-appendiċijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fl-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet ta’ dik il-Konvenzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (1) (CITES) daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1975. L-Unjoni aderixxiet mas-CITES permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu XI(3), il-punt (b), tas-CITES, il-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES (il-“Konferenza tal-Partijiet”) tista’ tadotta deċiżjonijiet biex temenda l-Appendiċijiet I u II tas-CITES. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu XVI tas-CITES, kwalunkwe Parti tista’ tissottometti lis-Segretarjat tas-CITES lista tal-ispeċijiet li tidentifika bħala soġġetti għar-regolamentazzjoni fil-ġurisdizzjoni tagħha għall-fini ta’ prevenzjoni jew restrizzjoni tal-isfruttament, u bħala li jkunu jeħtieġu l-kooperazzjoni ta’ Partijiet oħrajn fil-kontroll tal-kummerċ. Dik il-lista trid tiġi inkluża fl-Appendiċi III tas-CITES. |
|
(4) |
Waqt l-20 laqgħa tagħha mill-24 ta’ Novembru 2025 sal-5 ta’ Diċembru 2025, il-Konferenza tal-Partijiet ser tieħu deċiżjoni dwar kwalunkwe proposta biex jiġu emendati l-Appendiċijiet I u II tas-CITES. Il-Partijiet iridu jissottomettu tali proposti lis-Segretarjat tas-CITES sas-27 ta’ Ġunju 2025. |
|
(5) |
Il-proposti dwar l-inklużjoni ta’ speċijiet fl-Appendiċi III tas-CITES ma jeħtiġux deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet. Madankollu huwa rrakomandat li dawk il-proposti jitressqu mill-inqas 3 xhur qabel il-laqgħa rilevanti tal-Konferenza tal-Partijiet. |
|
(6) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fir-rigward tal-proposti għal emendi għall-Appendiċijiet I u II tas-CITES, peress li tali emendi se jkunu vinkolanti għall-Unjoni. |
|
(7) |
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni rigward il-proposti għall-emendi għall-appendiċijiet tas-CITES stabbilit f’din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq analiżi esperta tal-merti tagħhom, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fis-CITES u fid-dawl tal-aħjar evidenza xjentifika disponibbli. Dik l-analiżi esperta tappoġġa l-proposti għall-emendi għall-appendiċijiet tas-CITES stabbiliti f’din id-Deċiżjoni bl-għan li jiġi żgurat li l-kummerċ tal-ispeċijiet ikkonċernati ma jkunx ta’ theddida għas-sopravivenza tagħhom fis-selvaġġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proposti għal emendi tal-Appendiċijiet I u II tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) li għandhom jiġu sottomessi mill-Unjoni fl-okkażjoni tal-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES (il-“Konferenza tal-Partijiet”), huma stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. Il-proposti għall-emendi għall-Appendiċijiet I u II tas-CITES li għandhom jiġusottomessi b’mod konġunt mill-Unjoni f’dik l-okkażjoni huma stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Is-sottomissjoni għall-inklużjoni fl-Appendiċi III tas-CITES li għandha ssir mill-Unjoni fl-okkażjoni tal-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet hija stabbilita fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għandha tkun li tappoġġa l-proposti għal emendi tal-Appendiċijiet I u II tas-CITES stabbiliti fl-Anness I u II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
C. SIEKIERSKI
(1) ĠU L 75, 19.3.2015, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/2015/451/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas- 6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 19.3.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/451/oj).
ANNESS I
Proposti għall-emendi tal-Appendiċijiet I u II tas-CITES li għandhom jiġu sottomessi mill-Unjoni
|
Grupp tassonomiku |
Unità tassonomika (isem komuni) |
Proposta |
|
Rettili |
Gekko badenii * (Wiżgħa dehbija ta’ Ba Den) * Soġġetta għall-espressjoni ta’ appoġġ mill-uniku Stat taż-żona ta’ distribuzzjoni, il-Vjetnam, mill-20.06.2025; jekk ma tasal ebda tweġiba pożittiva sa dik id-data ta’ skadenza, il-proposta ma tiġix sottomessa |
Inkludi fl-Appendiċi II |
|
Amfibji |
Pelophylax epeiroticus, Pelophylax shqipericus, Pelophylax ridibundus u Pelophylax lessonae (Żrinġijiet tal-ilma) |
Inkludi fl-Appendiċi II (b’dewmien ta’ 18-il xahar fid-dħul fis-seħħ) |
|
Ħut |
Anguilla spp. (Salluri tal-ilma ħelu) |
Inkludi fl-Appendiċi II (b’dewmien ta’ 18-il xahar fid-dħul fis-seħħ) |
|
Centrophoridae (Żagħrun) |
Inkludi fl-Appendiċi II |
|
|
Invertebrati |
Holothuria lessoni (Bużżu tar-ramel) |
Inkludi fl-Appendiċi II |
|
Actinopyga echinites, Actinopyga lecanora, Actinopyga mauritiana, Actinopyga miliaris, Actinopyga palauensis u Actinopyga varians (Bużżi) |
Inkludi fl-Appendiċi II |
|
|
Siġar |
Commiphora wightii (Bdellju Indjan) |
Inkludi fl-Appendiċi II |
|
Araucaria angustifolia * (Arżnu ta’ Paraná) * Soġġetta għall-espressjoni ta’ appoġġ mill-Brażil sal-20.06.2025; in-nuqqas ta’ tweġiba pożittiva sa dik id-data jirriżulta fin-nuqqas ta’ sottomissjoni tal-proposta |
Inkludi fl-Appendiċi II (bl-annotazzjoni #17) |
ANNESS II
Proposti għal emendi tal-Appendiċijiet I u II tas-CITES li għandhom jiġu sottomessi b’mod konġunt mill-Unjoni
|
Grupp tassonomiku |
Unità tassonomika (isem komuni) |
Proposta |
|
Ħut |
Carcharhinus longimanus (Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku) |
Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I |
|
Galeorhinus galeus (Kelb il-baħar), Mustelus spp. (Mazzola bla xewka)* * Soġġett għall-konferma mill-Brażil tal-intenzjoni tagħhom li jissottomettu l-proposta |
Inkludi fl-Appendiċi II |
ANNESS III
Emenda tal-Appendiċi III tas-CITES li għandha tiġi sottomessa mill-Unjoni
|
Grupp tassonomiku |
Unità tassonomika (isem komuni) |
Proposta |
|
Rettili |
Gallotia atlantica, Gallotia bravoana, Gallotia caesaris, Gallotia galloti, Gallotia intermedia, Gallotia stehlini |
Inkludi fl-Appendiċi III |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1314/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)