|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1296 |
1.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1296
tas-16 ta’ Ġunju 2025
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu u 209(2), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta’ Lulju 2018, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika tal-Użbekistan għal Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni. |
|
(2) |
Filwaqt li jibnu fuq ix-xewqa tal-Partijiet li jsaħħu u jwessgħu r-relazzjonijiet b’mod ambizzjuż u innovattiv, in-negozjati tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) ġew finalizzati b’suċċess permezz tal-inizjalar tal-Ftehim fis-6 ta’ Lulju 2022. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li l-Ftehim jiġi applikat qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu wara r-ratifika mill-Istati Membri, jenħtieġ li partijiet tal-Ftehim jiġu applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(5) |
L-iffirmar tal-Ftehim f’isem l-Unjoni u l-applikazzjoni proviżorja ta’ partijiet mill-Ftehim huma mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta’ kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f’konformità mat-Trattati. Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tagħha. L-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sakemm il-Ftehim ma jaffettwax regoli komuni jew ma jbiddilx il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. |
|
(6) |
Huwa mfakkar li l-prinċipji ta’ sovranità u ta’ integrità territorjali tal-Istati kollha, inkluż ir-rispett għar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) 541 (1983) u 550 (1984), jikkostitwixxu obbligi internazzjonali li jirriżultaw, b'mod partikolari, mis-sħubija tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU”), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).
Artikolu 2
Sakemm il-Ftehim jidħol fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 345 tal-Ftehim, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Użbekistan mill-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Unjoni u r-Repubblika tal-Użbekistan innotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għal dak il-għan, flimkien ma’ indikazzjoni ta’ dawk il-partijiet tal-Ftehim li għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja, iżda biss sa fejn dawn ikopru materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inkluż materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika estera u ta’ sigurtà komuni:
|
(a) |
it-Titolu I; |
|
(b) |
it-Titolu II: l-Artikoli 3, 4, 6 u 9; |
|
(c) |
it-Titolu III: l-Artikoli 14(1) u 15(2); |
|
(d) |
it-Titolu IV (bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 26, 75 (sal-punt li jikkonċerna l-infurzar kriminali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali), 233 u 234 (2) sa (4)); |
|
(e) |
it-Titolu V: l-Artikoli 284, 285, 286, 288, 289 (bl-eċċezzjoni tal-punt (b)), 290, 291 (bl-eċċezzjoni tal-punt (1) (a), (f), u (i)), 292, 306 u 307; |
|
(f) |
it-Titolu VII: l-Artikoli 331 sa 336; |
|
(g) |
it-Titolu VIII, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim; |
|
(h) |
it-Titolu IX, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 347(1) u(2), sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim; u |
|
(i) |
l-Annessi 3, 5-A, 5-B, 5-C, 5-D, 6, 7-A, 7-B, 7-C, 9-A, 12-A, 12-B, 12-C, 12-D, 14-A u 14-B, kif ukoll il-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali. |
Artikolu 3
Fejn Stat Membru jew ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jqisu li obbligu internazzjonali li jirriżulta, b’mod partikolari, minn sħubija tan-NU, b’mod partikolari r-rispett għar-Riżoluzzjonijiet KSNU 541 (1983) u 550 (1984), ma jkunx issodisfat, dak l-Istat Membru jew ir-Rappreżentant Għoli, għandhom iqajmu l-kwistjoni fil-Kunsill bil-ħsieb li jiddeterminaw jekk għandhomx isiru konsultazzjonijiet taħt l-awspiċji tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit bl-Artikolu 337(1) tal-Ftehim, skont l-Artikolu 343(4) tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
P. HENNIG-KLOSKA
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1296/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)