|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1279 |
26.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1279
tas-26 ta’ Ġunju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 (1). |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fil-kundanna tagħha tal-attivitajiet malinni tar-Russja diretti kontra l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha, organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill jikkunsidra li jenħtieġ li persuna fiżika waħda tiżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“38. |
Nathalie YAMB |
Data tat-twelid: 22.7.1969 Post tat-twelid: La Chaux-de-Fonds, Switzerland Nazzjonalità: Żvizzera u Kamerunjana Sess: mara |
Nathalie Yamb hija influwenzatur tal-media soċjali. Mis-summit ta’ Sochi li attendiet fl-2019, Nathalie Yamb kienet sostenitur miftuħ tar-Russja, adottat il-lingwa ta’ Moska u mmirat lil Franza u l-Punent b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu esklużi mill-kontinent Afrikan. Hija għandha rabtiet speċifiċi mal-AFRIC, organizzazzjoni marbuta ma’ kumpaniji militari privati Russi. Għalhekk, Nathalie Yamb qed tappoġġa azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew fl-Istati Membri tagħha billi tinvolvi ruħha fl-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni. |
26.6.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1279/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)