|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1262 |
1.7.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1262
tas-27 ta’ Ġunju 2025
dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti bijoċidali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista tal-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali. |
|
(2) |
Għal għadd ta’ kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott inklużi f’dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw, jew jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) ippubblikat sejħa miftuħa biex jittieħed ir-rwol ta’ parteċipant għal dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant ma kienx ittieħed qabel. Għal dawk il-kombinamenti ma ġiet ippreżentata l-ebda notifika lill-Aġenzija fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014. Għalhekk, dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott, f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega, jenħtieġ li ma jiġux approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott huma dawn li ġejjin:
|
|
(4) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni b’dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li għalihom il-parteċipanti kollha rtiraw, jew jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin, u li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant kien ittieħed qabel. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li, f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega, jenħtieġ ma jiġux approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali, huma dawn li ġejjin:
|
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness mhumiex approvati għat-tipi ta’ prodott indikati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1062/oj).
ANNESS
Kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott mhux approvati:
|
Numru tal-entrata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1062/2014 |
Isem tas-sustanza |
Stat Membru relatur |
Numru KE |
Numru CAS |
Tip(i) ta’ prodott |
|
339 |
1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT) |
ES |
220-120-9 |
2634-33-5 |
2 |
|
491 |
Diossidu tal-kloru |
DE |
233-162-8 |
10049-04-4 |
12 |
|
522 |
Żingu piritijon |
SE |
236-671-3 |
13463-41-7 |
2, 10 |
|
152 |
Prodotti tar-reazzjoni tal-5,5-dimetilidantoina, 5-etil-5-metilidantoina mal-bromu u mal-kloru (DCDMH) |
NL |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
11 |
|
777 |
Prodotti tar-reazzjoni bejn il-5,5-dimetilidantoina, il-5-etil-5-metilidantoina u l-kloru (DCEMH) |
NL |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
11 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1262/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)