|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1252 |
24.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1252
tat-23 ta’ Ġunju 2025
li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/758 (1), li taħtar lis-Sur Olof SKOOG bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem għal perjodu ta’ 24 xahar sat-28 ta’ Frar 2026. |
|
(2) |
Wara l-ħatra tas-Sur Olof SKOOG għal pożizzjoni oħra, jenħtieġ li s-Sa Kajsa OLLONGREN tinħatar bħala r-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem mint-23 ta’ Ġunju 2025 sat-28 ta’ Frar 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-mandat tas-Sur Olof SKOOG bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa b’dan itterminat mill-1 ta’ Marzu 2025.
2. Is-Sa Kajsa OLLONGREN hija b’dan maħtura bħala r-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem mit-23 ta’ Ġunju 2025 sat-28 ta’ Frar 2026. Hija għandha teżerċita l-mandat tagħha f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2024/758.
3. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi tterminat aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Artikolu 2
1. In-nefqa relatata mal-kontinwità amministrattiva bejn il-mandati tar-RSUE matul il-perjodu mill-1 ta' Marzu 2025 sat-22 ta’ Ġunju 2025 għandha tkun koperta mill-ammont ta' referenza finanzjarja stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/758.
2. In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE matul il-perjodu mit-23 ta' Ġunju 2025 sat-28 ta’ Frar 2026 għandha tkun koperta mill-ammont ta' referenza finanzjarja stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/758.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/758 tas-26 ta’ Frar 2024 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, (ĠU L, 2024/758, 27.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/758/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1252/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)