|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1241 |
20.6.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/1241 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ Ġunju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/440 dwar programm temporanju ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (BĊE/2025/21)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2), l-ewwel inċiż, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1, it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 3.1, l-ewwel inċiż, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Filwaqt li:
|
(1) |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi u finanzjarji eċċezzjonali assoċjati mat-tixrid tal-marda tal-coronavirus 2019 (COVID-19), fit-18 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) li jinkludi l-kategoriji kollha ta’ assi eliġibbli taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi tal-BĊE, li jikkonsisti fil-programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku tas-swieq sekondarji, it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds koperti (CBPP3), il-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti b’assi, u l-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP). |
|
(2) |
Is-CBPP3 ġie stabbilit bid-Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), li ġiet riformulata fid-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/8) (2). Fih għadd ta’ salvagwardji biex jiġi żgurat li x-xiri u ż-żamma ta’ bonds iggarantiti jkunu proporzjonati mal-għanijiet tiegħu. Dawn is-salvagwardji għandhom jiżguraw ukoll li riskji finanzjarji relatati jitqiesu fid-disinn tas-CBPP3, u għaldaqstant ukoll l-PEPP, u għandhom jirriflettu perspettivi tal-ġestjoni tar-riskju. |
|
(3) |
Għaldaqstant, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fl-24 ta’ April 2025 li jemenda r-regola applikabbli għal tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli ta’ bonds iggarantiti miżmuma mill-Eurosistema taħt is-CBPP3 u l-PEPP biex jiġu riflessi kunsiderazzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju. |
|
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) (3) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/440 (BĊE/2020/17) huwa mibdul b’dan li gej:
“ Artikolu 7
Self ta’ titoli
Ħlief għal titoli li ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal titoli mixtrijin taħt il-programm ta’ xiri tas-settur korporattiv jew it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti, l-Eurosistema għandha tagħmel it-titoli mixtrijin taħt il-PEPP, inklużi riakkwisti, disponibbli għas-self, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-effettività tal-PEPP.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Ġunju 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/828/oj).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2020/8) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/187/oj).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/440/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1241/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)