European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1235

25.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1235

tal-24 ta’ Marzu 2025

dwar il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat SA.54155 (2021/NN) implimentata minn Spanja — Deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija lil Antin

(notifikata bid-dokument C(2025)1781)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1), il-punt (a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ notifika elettronika tas-17 ta’ April 2019, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), id-deċiżjoni ta’ arbitraġġ maħruġa fil-15 ta’ Ġunju 2018 mit-Tribunal tal-Arbitraġġ (it-“Tribunal”), stabbilit taħt l-awspiċji taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar Investiment (“ICSID”, International Centre for Settlement of Investment Disputes), fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. u Antin Energia Termosolar B.V. (flimkien “Antin”) vs Spanja (2) . Id-deċiżjoni mogħtija fi tmiem dawk il-proċedimenti, kif emendata fid-29 ta’ Jannar 2019 bid-deċiżjoni ta’ rettifika tat-Tribunal (3), tordna ħlas ta’ kumpens ta’ EUR 101 miljun lil Antin, flimkien mal-imgħax fuq din is-somma u l-kontribuzzjoni għall-kostijiet tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ, li għandhom jitħallsu minn Spanja minħabba l-ksur tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (it-“TKE”) minn Spanja (4)(id-“Deċiżjoni”).

(2)

Billi nnotifikat id-Deċiżjoni, Spanja aġixxiet f’konformità mal-obbligu tagħha skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, li ġie mfakkar ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 2017 fil-każ SA.40348 (5) (id-“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017”).

(3)

Permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni infurmat lil Spanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tad-Deċiżjoni (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”).

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mingħand 23 parti interessata, inkluż mingħand Antin. Spanja ma ppreżentatx osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Permezz ta’ ittri datati l-1 ta’ Frar 2022 u l-25 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lil Spanja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi. Spanja bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ ittri datati l-20 ta’ April 2022, it-3 ta’ Jannar 2023, is-27 ta’ Novembru 2023 u d-29 ta’ Jannar 2024.

(6)

Ġiet ippreżentata aktar informazzjoni minn Spanja fis-6 ta’ Marzu 2025.

(7)

Fl-4 ta’ Marzu 2025, l-awtoritajiet Spanjoli qablu b’mod eċċezzjonali li jirrinunzjaw id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 342 TFUE, flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/1958 (7), u li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż.

2.   SFOND B’RABTA MAL-ARBITRAĠĠ INTRA-UE (8)

(8)

Kif ġie kkunsidrat b’mod konsistenti mill-Kummissjoni (9) u deċiż mill-Qorti (10), il-mekkaniżmi ta’ arbitraġġ intra-UE bejn l-investituri u l-Istat li jirriżultaw minn Trattati Bilaterali fuq l-Investiment (“TBI”) u t-TKE jmorru kontra d-dritt tal-UE, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), l-Artikoli 267 u 344 TFUE u l-prinċipju ta’ awtonomija tal-ordni legali tal-UE.

(9)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza Achmea tagħha li l-klawżoli ta’ arbitraġġ bejn l-investituri u l-Istat fit-TIB intra-UE huma inkompatibbli mat-Trattati tal-UE, u b’mod partikolari mal-Artikoli 267 u 344 tat-TFUE, minħabba li tali klawżoli għandhom effett negattiv fuq l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni (11).

(10)

Ir-raġunament stabbilit fis-sentenza Achmea huwa applikabbli bl-istess mod għall-applikazzjoni intra-UE tat-TKE, kif ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Komstroy (12). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dispożizzjoni bħall-Artikolu 26 tat-TKE hija maħsuba, fir-realtà, biex tirregola r-relazzjonijiet bilaterali bejn tnejn mill-Partijiet Kontraenti tat-TKE, b’mod simili għad-dispożizzjoni tat-TBI inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Achmea (13). Il-Qorti żiedet li l-proċedimenti ta’ arbitraġġ intra-UE mibdija skont l-Artikolu 26 tat-TKE jneħħu mill-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri, u, għalhekk, mis-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jobbligahom jistabbilixxu fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, tilwim li jista’ jikkonċerna l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dak id-dritt (14). Il-Qorti sabet li l-Artikolu 26(2), il-punt (c) tat-TKE għalhekk irid jiġi interpretat bħala li mhuwiex applikabbli għal tilwim bejn Stat Membru u investitur ta’ Stat Membru ieħor li jikkonċerna investiment magħmul minn dan tal-aħħar fl-ewwel Stat Membru (15).

(11)

Fid-digriet Romatsa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fil-kuntest ta’ kawża bejn Stat Membru u investitur minn Stat Membru ieħor, abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ prevista fi ftehim internazzjonali, hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 267 u 344 TFUE, u għalhekk ma tista’ tipproduċi l-ebda effett u ma tistax tiġi eżegwita (16). Għaldaqstant, tali deċiżjoni ma jistax ikollha effett u għalhekk ma tistax jiġi infurzata sabiex jitħallas il-kumpens mogħti permezz ta’ din id-deċiżjoni. F’każ bħal dan, qorti ta’ Stat Membru ma tista’ fl-ebda każ tipproċedi bl-infurzar ta’ tali deċiżjoni sabiex tippermetti lill-benefiċjarji tagħha jiksbu l-ħlas għad-danni li tkun tathom (17).

(12)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħadu diversi azzjonijiet biex jimplimentaw jew b’xi mod ieħor jiżguraw l-effettività tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(13)

Fil-15 ta’ Jannar 2019, l-Istati Membri ffirmaw dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Achmea u dwar il-protezzjoni tal-investiment fl-Unjoni Ewropea (18).

(14)

Fil-5 ta’ Mejju 2020, 23 Stat Membru ffirmaw ftehim għat-terminazzjoni tat-TBI intra-UE, li daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2020 (19). L-Istati Membri l-oħra temmew b’mod bilaterali t-TBI intra-UE tagħhom, sabiex b’hekk it-TBI intra-UE kollha tneħħew formalment mill-ordni legali (20).

(15)

Fis-26 ta’ Ġunju 2024, l-UE u l-Istati Membri ffirmaw dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi legali tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Komstroy u fehim komuni dwar in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 26 tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija bħala bażi għal proċedimenti ta’ arbitraġġ intra-UE. Huma għalqu wkoll in-negozjati dwar it-test ta’ ftehim internazzjonali formali bejniethom imfassal biex itemm il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ intra-UE li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni (21). B’mod partikolari, id-dikjarazzjoni u l-ftehim jiċċaraw, għall-benefiċċju tal-qrati u tat-tribunali tal-arbitraġġ, li l-klawżola ta’ arbitraġġ prevista fit-TKE ma tapplikax – u qatt ma applikat – għar-relazzjonijiet bejn investitur tal-UE u Stat Membru ieħor.

(16)

Għal raġunijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li fis-27 ta’ Ġunju 2024, l-Unjoni u l-Euratom innotifikaw l-irtirar tagħhom mit-TKE lid-depożitarju tat-TKE (22), peress li nstab li fin-nuqqas ta’ kwalunkwe modifika sostanzjali, it-TKE ma għadux kompatibbli mal-prinċipji tal-Ftehim ta’ Pariġi, mar-rekwiżiti tal-iżvilupp sostenibbli u mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kif ukoll mal-istandards moderni tal-protezzjoni tal-investiment. Barra minn hekk, kif spjegat fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għad-deċiżjoni ta’ rtirar, it-TKE huwa inkompatibbli mal-prinċipju ta’ awtonomija tad-dritt tal-Unjoni, peress li ma jinkludix xi wħud mis-salvagwardji identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-opinjoni tas-CETA (23) sabiex jiġi konkluż li d-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ ma jkollhomx l-“effett li jipprevjenu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni milli joperaw skont il-qafas kostituzzjonali tagħha” (24). Spanja wkoll innotifikat l-irtirar tagħha mit-TKE f’April 2024. L-irtirar jidħol fis-seħħ sena mid-data tan-notifika tiegħu lid-depożitarju.

3.   SFOND DWAR IL-MIŻURI TA’ APPOĠĠ SPANJOLI GĦALL-ENERĠIJA RINNOVABBLI

(17)

F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tipprovdi, bħala sfond, deskrizzjoni qasira tal-iskemi dwar l-enerġija rinnovabbli Spanjoli li wasslu għall-proċedimenti ta’ arbitraġġ u, fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni.

(18)

Fl-2007, Spanja stabbiliet skema ekonomika primjum bl-għan li trawwem il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (“RES”, renewable energy sources), li kienet irregolata mid-Digrieti Reġji 661/2007, u 1578/2008 kif ukoll mid-Digriet Amministrattiv Reġju 6/2009 (l-“Iskema tal-2007”) sabiex tittrasponi d-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), l-ewwel Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni. Spanja ma nnotifikatx din l-iskema lill-Kummissjoni, minkejja t-tfakkira espliċita fil-premessa 12 ta’ dik id-Direttiva li l-Artikoli 87 u 88 KE (issa l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE) japplikaw għal skemi ta’ appoġġ li l-Istati Membri stabbilew biex jittrasponu d-Direttiva. B’riżultat ta’ dan, l-Iskema tal-2007 qatt ma ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(19)

Fl-2012 u l-2013, Spanja emendat l-Iskema tal-2007, fil-qafas tat-tieni Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni (26). L-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Direttiva fakkar l-obbligu li l-iskemi ta’ appoġġ jiġu nnotifikati bħala miżuri ta’ għajnuna mill-Istat. L-ewwel nett, il-Liġi 15/2012 eliminat ir-remunerazzjoni għall-elettriku ġġenerat permezz tal-gass naturali. Fl-2013, Spanja adottat aktar emendi. L-iskema emendata fl-2013 hija rregolata mid-Digriet Amministrattiv Reġju 9/2013, il-Liġi 24/2013, id-Digriet Reġju 413/2014 u l-Ordnijiet IET/1045/2014 u IET/1459/2014 (l-“Iskema tal-2013”). L-Iskema tal-2013 iżżomm il-karatteristiċi essenzjali tal-Iskema tal-2007 u tapplika metodoloġija differenti għall-kalkolu tar-remunerazzjoni għal installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbla mal-Iskema tal-2007. Skont l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, għalkemm tard, Spanja nnotifikat l-Iskema tal-2013 lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Diċembru 2014. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Iskema tal-2013 kienet konformi mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (“EEAG”, Environmental Protection and Energy Aid Guidelines) (27) u għalhekk kienet kompatibbli mas-suq intern. Dik id-deċiżjoni vvalutat ukoll il-ħlasijiet li saru taħt l-Iskema tal-2007 lil impjanti li komplew jirċievu appoġġ taħt l-Iskema tal-2013.

3.1.   L-Iskema tal-2007

(20)

Fl-2007, fl-2008 u fl-2009, Spanja adottat id-Digrieti Reġji 661/2007, 1578/2008, u d-Digriet Reġju - Liġi 6/2009, li daħħlu fis-seħħ l-Iskema tal-2007. L-operaturi tal-ġeneraturi tal-RES jistgħu jagħżlu bejn żewġ għażliet biex jibbenefikaw mill-appoġġ taħt l-Iskema tal-2007. L-ewwel għażla kienet tikkonsisti fir-riċeviment ta’ tariffa fissa għal kull kWh ta’ enerġija prodotta (l-għażla tat-tariffa feed-in), aġġornata kull sena b’referenza għall-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur. It-tieni għażla kienet tikkonsisti fil-bejgħ tal-elettriku fis-suq u r-riċeviment ta’ primjum għal kull kWh ta’ elettriku mibjugħ minbarra l-prezz tas-suq (l-għażla tal-primjum).

(21)

Kemm it-tariffa fl-għażla tat-tariffa feed-in kif ukoll il-primjum skont l-għażla tal-primjum ġew ikkalkulati abbażi tal-kostijiet u d-dħul tipiċi ta’ installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli standard. L-awtoritajiet Spanjoli stmaw kemm il-kostijiet tal-investiment inizjali kif ukoll il-kostijiet tal-operazzjoni u tal-manutenzjoni tal-installazzjonijiet standard, kif ukoll il-prezz tas-suq.

(22)

Il-profittabbiltà tal-enerġija solari termoelettrika ġiet stabbilita għal massimu ta’ 8 % għall-faċilitajiet li għażlu t-tariffi u għal bejn 7 % u 11 % redditu għal dawk li jipparteċipaw fis-suq tal-operaturi u li jirċievu primjum (28).

(23)

Barra minn hekk, l-installazzjonijiet ta’ konċentrazzjonijiet tal-enerġija solari (“CSP”, concentrated solar power) kienu intitolati li jirċievu t-tariffa / il-primjum taħt l-Iskema tal-2007 anke għall-elettriku ġġenerat mill-fjuwils fossili/mill-gass naturali, meta jintużaw flimkien mar-RES sabiex jiġu żgurati l-produzzjoni u l-provvista stabbli, sakemm is-sehem ta’ tali elettriku ma jaqbiżx 12 % tal-elettriku totali prodott fil-każ tat-tariffa u 15 % tal-elettriku totali prodott fil-każ tal-primjum (29).

(24)

Sabiex jiksbu l-appoġġ taħt l-Iskema tal-2007, il-benefiċjarji potenzjali kellhom jissottomettu applikazzjoni lid-Direttorat Ġenerali Spanjol tal-Politika tal-Enerġija u l-Estrazzjoni.

(25)

L-iskema ġiet iffinanzjata permezz ta’ imposti tal-aċċess għan-network imposti fuq il-konsumaturi tal-elettriku u l-utenti tan-network mil-Liġi tas-Settur tal-Elettriku 54/1997 (emendata fl-2013 bil-Liġi 24/2013) u d-Digriet Reġju 2017/1997. L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-ħlas tal-imposti tal-aċċess għan-network kien obbligatorju għall-konsumaturi u l-utenti tan-network. Huma jsostnu wkoll li l-Iskema tal-2007 kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u jirreferu, b’mod partikolari, għall-premessa 158 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017.

(26)

B’mod partikolari, l-Artikolu 17, il-paragrafi (1) u (3) tal-Liġi tas-Settur tal-Elettriku 54/1997 ippreveda li l-gvern Spanjol kellu jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ imposti tal-aċċess għan-network. L-imposti huma ffissati abbażi tal-kostijiet tal-attivitajiet regolati tas-sistema. Dawn jinkludu l-kostijiet permanenti tas-sistema tal-elettriku u l-kostijiet tad-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista. Il-Gvern Spanjol kellu jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-imposti. L-Artikolu 4.g.1 tad-Digriet Reġju 2017/1997 jinkludi fost il-kostijiet tad-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista dawk li jirriżultaw mill-Iskema tal-2007.

(27)

Id-Digriet Reġju 2017/1997 inkariga lill-Comisión Nacional de Energía (il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Enerġija), korp tal-Istat li ġie inkorporat fil-Kummissjoni Nazzjonali tas-Swieq u tal-Kompetizzjoni (aktar ’il quddiem is-“CNMC”, Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia) bit-trasferiment lill-benefiċjarji rilevanti, permezz ta’ tranżazzjonijiet sussegwenti, tal-fondi miġbura għall-finijiet li jiġu koperti l-kostijiet permanenti tas-sistema tal-elettriku u l-kostijiet tad-diversifikazzjoni u tas-sigurtà tal-provvista. L-annessi tad-digriet kienu jiddefinixxu wkoll il-benefiċjarji tas-saldu, il-formuli matematiċi applikabbli u rregolaw il-proċedura tas-saldu nnifisha, skont parametri oġġettivi predeterminati.

(28)

Il-qafas legali tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Iskema tal-2007 huwa l-istess bħal dak ivvalutat mill-Qorti fil-kawża Elcogás (30).

3.2.   L-Iskema tal-2013

(29)

Kif imsemmi fil-premessa (19), mill-2012, Spanja introduċiet diversi atti legali li emendaw l-Iskema tal-2007.

(30)

Id-Digriet Amministrattiv Reġju 2/2013 tal-1 ta’ Frar 2013, fost affarijiet oħra, ikkanċella l-mekkaniżmu għall-aġġornament tat-tariffi “feed-in” f’konformità mal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur, u ssostitwixxih b’indiċi aktar baxx.

(31)

Sussegwentement, Spanja adottat l-atti legali li ġejjin li stabbilew l-Iskema tal-2013 (31): Id-Digriet Amministrattiv Reġju 9/2013 tat-12 ta’ Lulju 2013, il-Liġi 24/2013 tas-26 ta’ Diċembru 2013 dwar is-settur tal-elettriku, id-Digriet Reġju 413/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 u l-Ordnijiet IET/1045/2014 u IET/1459/2014.

(32)

L-Iskema tal-2013 hija organizzata f’perjodi regolatorji ta’ sitt snin. L-ewwel perjodu regolatorju kien mill-14 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2019. It-tieni wieħed beda fl-1 ta’ Jannar 2020.

(33)

L-Iskema tal-2013 ipprovdiet appoġġ għal (i) installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni, (ii) installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli, u (iii) installazzjonijiet oħra li jużaw mill-inqas 70 % sorsi ta’ rkupru enerġetiku u likur iswed (32).

(34)

Iż-żewġ tipi ta’ faċilitajiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ taħt l-Iskema tal-2013:

(a)

faċilitajiet li jingħataw għajnuna taħt din l-iskema wara d-dħul fis-seħħ tad-Digriet Reġju 413/2014 fil-11 ta’ Ġunju 2014 (“faċilitajiet li għadhom kif ġew appoġġati”);

(b)

faċilitajiet li kienu diġà intitolati għal jew kienu diġà qed jirċievu appoġġ taħt l-Iskema tal-2007 meta d-Digriet Amministrattiv Reġju 9/2013 daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2013 (“faċilitajiet appoġġati qabel”).

(35)

L-għajnuna taħt l-Iskema tal-2013 tingħata fil-forma ta’ primjum flimkien mal-introjtu ġġenerat mis-suq. Din għandha l-għan li tgħin lit-teknoloġiji appoġġati jikkompetu fuq l-istess livell ma’ teknoloġiji oħra fis-suq b’rata raġonevoli ta’ redditu, li ġiet ikkalkulata għal 7,398 % għal faċilitajiet appoġġati qabel (33) u 7,503 % għal faċilitajiet li għadhom kif ġew appoġġati. Il-primjum huwa magħmul minn żewġ komponenti: kumpens għall-investimenti u, jekk applikabbli, kumpens għall-operazzjonijiet.

(36)

Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ għajnuna li għandha titħallas, il-faċilitajiet huma kklassifikati taħt wieħed mid-diversi tipi ta’ faċilitajiet standard abbażi tal-karatteristiċi individwali tagħhom. Il-parametri referenzjarji ta’ kumpens applikabbli għal kull faċilità standard huma stabbiliti permezz ta’ ordni ministerjali u jinkludu: it-tip ta’ teknoloġija, il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, id-data tal-bidu tal-operazzjoni, it-tul tal-ħajja, is-sistema tal-elettriku/il-post tal-faċilità, id-dħul standard iġġenerat mill-bejgħ tal-elettriku fis-suq, il-kostijiet operazzjonali standard meħtieġa biex titwettaq l-attività u s-sigħat ta’ operazzjoni (b’valur minimu u massimu). Il-kumpens li għalih hija intitolata faċilità individwali huwa kkalkulat abbażi tal-parametri referenzjarji ta’ kumpens tal-faċilità standard u l-karatteristiċi tal-faċilità individwali nnifisha (bħan-numru reali ta’ sigħat operattivi).

(37)

L-Iskema tal-2013 hija parzjalment iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Istat u parzjalment mit-tariffi u l-imposti tal-aċċess għan-network imposti fuq il-konsumaturi tal-elettriku, imsejħa wkoll “dħul mis-sistema tal-elettriku”. Dan il-mekkaniżmu ta’ finanzjament ġie introdott bil-Liġijiet 15/2012, 17/2012, u 24/2013.

(38)

Id-differenzi ewlenin bejn l-Iskema tal-2007 u l-Iskema tal-2013 jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(a)

skont l-Iskema tal-2013, il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli huma intitolati li jiksbu primjum minbarra l-prezz tas-suq tal-elettriku prodott minnhom, minflok ma jkunu jistgħu jagħżlu bejn tariffa feed-in jew primjum kif kien il-każ taħt l-Iskema tal-2007;

(b)

l-iskema tal-2013 neħħiet l-appoġġ għall-elettriku prodott bl-użu ta’ fjuwils fossili/gass naturali, mill-1 ta’ Jannar 2013 (34);

(c)

l-Iskema tal-2013 tipprevedi għadd ogħla ta’ faċilitajiet standard mill-Iskema tal-2007. Faċilità standard waħda biss (Caso Tipo (“CT”)) kienet prevista fid-Digriet Reġju 661/2007 (jiġifieri fl-Iskema tal-2007) meta mqabbla mal-20 faċilità standard (Instalaciones Tipo (“IT”)) identifikati bid-Digriet Reġju 413/2014 (jiġifieri fl-Iskema tal-2013). Għall-kuntrarju tal-Iskema tal-2007, l-Iskema tal-2013 tqis id-differenzi bejn diversi teknoloġiji kif ukoll is-sena li fiha bdew joperaw l-impjanti, kif deskritt fil-premessa (36);

(d)

skont l-Iskema tal-2013, kwalunkwe wieħed mill-parametri ta’ kumpens deskritti fil-premessa (36) jista’ jiġi rieżaminat kull sitt snin (kull perjodu regolatorju), inkluż ir-redditu raġonevoli għall-bqija tal-ħajja tal-faċilitajiet standard, filwaqt li skont l-Iskema tal-2007 ladarba ġew stabbiliti, il-parametri ta’ kumpens baqgħu fissi għajr il-fatt li huma marbuta mal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur;

(e)

kemm taħt l-Iskema tal-2007 kif ukoll taħt l-Iskema tal-2013, l-appoġġ huwa proporzjonat għall-ammont ta’ elettriku ġġenerat. Madankollu, filwaqt li taħt l-Iskema tal-2007 l-appoġġ huwa direttament u esklużivament proporzjonat għall-ammont ta’ elettriku ġġenerat, l-Iskema tal-2013 tistabbilixxi għadd ta’ sigħat operazzjonali ekwivalenti skont il-kapaċità tal-installazzjoni. Huma biss dawk is-sigħat li jiġu remunerati.

3.3.   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017

(39)

Kif imsemmi fil-premessa (19), fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, il-Kummissjoni approvat l-Iskema tal-2013 bħala kompatibbli mas-suq intern.

(40)

Il-faċilitajiet kollha li oriġinarjament ibbenefikaw mill-Iskema tal-2007 jistgħu awtomatikament jibbenefikaw mill-Iskema tal-2013. Meta vvalutat il-kompatibbiltà tal-Iskema tal-2013 fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, il-Kummissjoni qieset is-somma tal-ħlasijiet li saru minn faċilitajiet appoġġati preċedentement taħt l-Iskema tal-2007 u l-Iskema tal-2013 sabiex tivverifika n-nuqqas ta’ kumpens żejjed (35).

(41)

B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni vvalutat il-proporzjonalità tal-għajnuna mogħtija lil faċilitajiet appoġġati preċedentement skont il-paragrafu 131(a) tal-EEAG abbażi tal-kalkoli tal-fluss tal-flus ta’ 21 faċilità standard, li kienu rappreżentattivi tad-diversi teknoloġiji u tipi ta’ installazzjoni appoġġati mill-Iskema tal-2013 (ara l-premessa 120 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017). Dawn jinkludu l-introjtu mill-bejgħ tal-passat (inkluż dak li jirriżulta mill-Iskema tal-2007 għal faċilitajiet appoġġati qabel), l-introjtu mistenni mill-bejgħ futur, il-kostijiet tal-investiment inizjali, il-kostijiet operazzjonali u l-kumpens li għandu jingħata lil kull faċilità kemm għall-operazzjonijiet kif ukoll għall-investimenti. Għall-eżempji kollha pprovduti, il-Kummissjoni vverifikat li l-għajnuna ma qabżitx dak li huwa meħtieġ biex jiġu rkuprati l-kostijiet tal-investiment inizjali u l-kostijiet operazzjonali rilevanti, flimkien ma’ marġni ta’ redditu raġonevoli, abbażi tal-kostijiet u l-prezzijiet tas-suq tal-passat u stmati (7,503 % qabel it-taxxa għal faċilitajiet li għadhom kif ġew appoġġati u 7,398 % għal faċilitajiet appoġġati qabel). Fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, il-Kummissjoni sabet li dawk ir-rati ta’ redditu dehru li kienu konformi ma’ dawk applikabbli għal miżuri simili (enerġija rinnovabbli u proġetti ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja) li l-Kummissjoni kienet approvat u ma wasslux għal kumpens żejjed. Il-Kummissjoni waslet għall-istess konklużjoni dwar ir-reviżjoni futura tal-parametri ta’ kumpens peress li l-ħlasijiet futuri jiġu kkalkulati biex il-valur preżenti nett tal-investiment jinżamm għal żero (36).

4.   L-INVESTIMENT TA’ ANTIN

4.1.   L-impjanti ta’ Andasol

(42)

L-impjant Andasol-1 u l-impjant Andasol-2 huma żewġ installazzjonijiet CSP, kull wieħed b’kapaċità ta’ 49,9 MW, li jinsabu fi Granada, fin-Nofsinhar ta’ Spanja (flimkien, l-“impjanti Andasol”). Huma proprjetà u operati minn Andasol-1 Central Termosolar UNO S.L. u Andasol-2 Central Termosolar DOS (flimkien, il-“kumpaniji Andasol”).

(43)

Il-kostruzzjoni tal-impjanti ta’ Andasol tlestiet fl-2008 u fl-2009. L-impjant Andasol 1 irċieva ċ-ċertifikat finali tiegħu fil-25 ta’ Novembru 2008 u ġie rreġistrat fir-reġistru amministrattiv tal-impjanti ta’ produzzjoni tal-elettriku fl-24 ta’ April 2009, filwaqt li l-impjant Andasol 2 irċieva ċ-ċertifikat ta’ kommissjoni tiegħu fil-5 ta’ Ġunju 2009 u ġie rreġistrat fir-reġistru amministrattiv fit-22 ta’ Diċembru 2009 (37).

(44)

L-impjanti Andasol ibbenefikaw minn appoġġ taħt l-Iskema tal-2007. Skont id-data pprovduta minn Spanja, l-impjanti Andasol irċevew primjum mit-tnedija tagħhom sa tmiem l-2010 u darba oħra fl-2012, filwaqt li fl-2011 u fl-2013 irċevew appoġġ fil-forma ta’ tariffa feed-in.

(45)

L-impjanti Andasol kienu mgħammra wkoll bi tliet ħiters u ġibjun tal-gass naturali likwifikat biex ikunu jistgħu jużaw il-gass naturali fil-produzzjoni tal-elettriku tagħhom u b’hekk iżidu l-effiċjenza tal-konverżjoni elettrika tagħhom u l-affidabbiltà tal-produzzjoni tagħhom (38). Bħala tali, huma kienu intitolati għat-tariffa / il-primjum taħt l-Iskema tal-2007 anke għall-elettriku ġġenerat bl-użu tal-gass naturali.

(46)

Skont l-informazzjoni ppreżentata minn Spanja, l-impjanti Andasol komplew jipproduċu l-elettriku u jirċievu appoġġ taħt l-Iskema tal-2013. L-impjanti Andasol ġew irreġistrati awtomatikament taħt l-Iskema tal-2013 bħala faċilitajiet appoġġati qabel, kif ġara fil-każ tal-faċilitajiet kollha li oriġinarjament ibbenefikaw mill-Iskema tal-2007. L-għajnuna mogħtija lill-impjanti Andasol taħt l-Iskema tal-2013 kienet ibbażata fuq l-installazzjoni standard IT-00606 għal Andasol 1 u T-00607 għal Andasol 2.

(47)

Spanja pprovdiet il-kalkolu tal-introjtu gross li kienu jirċievu l-impjanti Andasol bħala appoġġ taħt l-Iskema tal-2007 li kieku kompliet mingħajr tibdil u qabblitu mal-appoġġ riċevut mill-impjanti bejn l-2014 u l-2020 taħt l-Iskema tal-2013. It-Tabella 1 turi d-differenzi fid-dħul addizzjonali għad-dħul tas-suq bejn l-Iskema tal-2007 u l-Iskema tal-2013. Il-valuri pożittivi jirriflettu introjtu ogħla skont id-Digriet Reġju 413/2014 (jiġifieri, taħt l-Iskema tal-2013) mill-introjtu li kien jinkiseb skont id-Digriet Reġju 661/2007 (jiġifieri, taħt l-Iskema tal-2007).

Tabella 1

Differenza fid-dħul addizzjonali għad-dħul tas-suq bejn l-Iskema tal-2007 u l-Iskema tal-2013

 

Differenza fid-dħul addizzjonali għas-suq (EUR)

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Andasol 1 (IT-00606)

-1 897 689

5 912 667

34 684

- 225 050

4 697 699

- 489 111

7 748 070

Andasol 2 (IT-00607)

-5 373 068

2 679 859

-3 420 095

-4 243 563

355 343

284 299

-1 769 847

Sors:

L-awtoritajiet Spanjoli

(48)

It-Tabella 1 turi li, fil-perjodu mill-2014 sal-2020, l-impjant Andasol 1 irċieva madwar EUR 15-il miljun aktar milli kieku kien jikseb taħt l-Iskema tal-2007, filwaqt li l-impjant Andasol 2 irċieva EUR 11-il miljun inqas minn dak li kieku kien jikseb taħt l-Iskema tal-2007.

(49)

Il-kalkoli huma bbażati fuq il-produzzjoni reali tal-impjanti Andasol bejn l-2014 u l-2020, skont is-CNMC.

(50)

Spanja sostniet li l-impjanti Andasol qed joperaw b’volum ta’ enerġija f’konformità mal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom. It-Tabella 2 tistabbilixxi d-data tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għaż-żewġ impjanti, bejn l-1 ta’ Novembru 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2020, kif sottomessa minn Spanja:

Tabella 2

Enerġija annwali skarikata mill-impjanti Andasol 1 u Andasol 2

 

Andasol 1 (GWh)

Andasol 2 (GWh)

2009 (39)

9,6

7,8

2010

127,3

123,4

2011

155,6

157,9

2012

141,3

160,7

2013

134,1

132,1

2014

150,5

146,5

2015

118,6

113,7

2016

138,9

135,0

2017

147,7

146,2

2018

123,7

124,1

2019

148,3

124,0

2020

103,6  (40)

128,8

Sors:

L-awtoritajiet Spanjoli abbażi ta’ informazzjoni mis-CNMC

4.2.   L-investiment ta’ Antin fl-impjanti Andasol

(51)

Antin hija r-rikorrent fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. u Antin Energia Termosolar B.V. vs Spanja. Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. ġiet stabbilita fit-22 ta’ Marzu 2011 fil-Lussemburgu. Antin Energia Termosolar B.V. ġiet stabbilita fis-27 ta’ Ġunju 2011 fin-Netherlands, u hija proprjetà sħiħa ta’ Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. It-tnejn kienu l-veikoli ta’ Antin Infrastructure Partners, fond ta’ kapital ta’ riskju stabbilit fi Franza, użat għall-investiment fi Spanja (41). Antin Infrastructure Partners tiddikjara fuq is-sit web tagħha, fiż-żmien tal-abbozzar ta’ din id-Deċiżjoni, li tiġġestixxi seba’ fondi li jinvestu fl-infrastruttura fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq, u timmira lejn investimenti fis-setturi tal-enerġija u tal-ambjent, fis-setturi diġitali, tat-trasport u soċjali bl-għan li tiġġenera redditi attraenti aġġustati għar-riskju għall-investituri (42). Antin Infrastructure Partners issostni li hija temmen li “approċċ attiv għall-ħolqien tal-valur joffri l-aħjar mod kif jiġu ġestiti l-investimenti fl-infrastruttura” u li hija “taħdem mill-qrib mat-timijiet ta’ ġestjoni [tagħha] sabiex ittejjeb l-operazzjonijiet tal-kumpanniji tal-portafolli, il-prestazzjoni finanzjarja, il-kwalità tas-servizz u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà [tagħhom]” (43).

(52)

Fl-2011, Antin investiet fl-akkwist ta’ 45 % tal-ishma tal-kumpaniji Andasol. B’mod aktar speċifiku, dak iż-żmien, Antin Infrastructure Services Luxembourg S.a.r.l. kellha 100 % tal-ishma f’Antin Energia Termosolar B.V., li min-naħa tagħha kellha 45 % tal-ishma f’kull waħda miż-żewġ kumpaniji Andasol. RREEF Pan-European Infrastructure Two Lux S.à r.l. (“RREEF”) u l-konglomerat Spanjol Actividades de Construcción y Servicios, S.A. (“ACS”) kien il-proprjetarju tal-bqija tal-ishma tal-kumpaniji Andasol, b’ishma ta’ 45 % u 10 % rispettivament fil-kumpaniji Andasol (44).

(53)

Fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ, Antin sostniet li hija investiet madwar EUR 139,5 miljun, abbażi tal-aspettattiva li l-impjanti Andasol jiġġeneraw introjtu regolari u sostenibbli li jippermetti lil Antin tħallas id-dejn tagħha u tikseb redditu fuq l-investiment tagħha (45). Fiż-żmien tal-investiment ta’ Antin, l-impjanti Andasol kienu qed jibbenefikaw mill-Iskema tal-2007.

(54)

F’Awwissu 2017, Antin biegħet l-investiment tagħha fl-impjanti Andasol, u biegħet l-assi lil Cubico Sustainable Investments Limited bi prezz ta’ madwar EUR 75,2 miljun (46).

5.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

5.1.   Bidu tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ

(55)

Id-Deċiżjoni nnotifikata minn Spanja ngħatat mit-Tribunal wara tilwima mressqa għall-arbitraġġ minn Antin f’Novembru 2013 kontra Spanja.

(56)

Billi fetħet il-proċedimenti skont it-TKE, Antin sostniet li l-bidliet fil-qafas legali Spanjol applikabbli għall-impjanti Andasol, li fihom Antin kienet investiet, ikkawżaw danni serji u sostanzjali għall-investimenti tagħha u kienu jmorru kontra l-obbligi ta’ Spanja skont it-TKE, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ trattament ġust u ekwu stabbilit fl-Artikolu 10(1) tat-TKE. Antin sostniet li investiet fl-impjanti Andasol b’dipendenza fuq l-Iskema tal-2007 (47).

(57)

Fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ, Spanja qajmet in-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni tat-Tribunal biex jisma’ tilwima, bħal dik inkwistjoni, bejn investitur ta’ Stat Membru tal-Unjoni u Stat Membru ieħor (48).

(58)

Fl-14 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat talba għal intervent fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ bħala parti mhux litiganti, li ġiet miċħuda mit-Tribunal fl-14 ta’ Diċembru 2014 minħabba li din it-talba kienet prematura. Fid-9 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni ppreżentat it-tieni talba għal intervent. Fl-2016, it-Tribunal iddeċieda li jawtorizza lill-Kummissjoni tagħmel sottomissjoni bil-miktub bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tipprovdi impenn bil-miktub li hija tikkonforma ma’ kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kostijiet ordnati mit-Tribunal. Il-Kummissjoni infurmat lit-Tribunal li ma kinitx f’pożizzjoni li tipprovdi tali impenn għall-kostijiet u għalhekk li ma kinitx se tippreżenta sottomissjoni bil-miktub (49).

(59)

It-Tribunal ċaħad ukoll it-talbiet ta’ Spanja biex tissottometti (i) is-sentenza Achmea u, (ii) id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017 (50) fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ.

5.2.   Is-sejbiet tat-Tribunal fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ

(60)

It-Tribunal ikkonkluda li Spanja kienet kisret l-Artikolu 10(1) tat-TKE billi naqset milli tagħti trattament ġust u ekwu lill-investimenti ta’ Antin (51). Din is-sejba hija bbażata fuq il-bidliet regolatorji tal-iskema ta’ remunerazzjoni għal installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli li seħħew b’riżultat ta’ atti legali li adottat Spanja mix-xahar ta’ Lulju 2013, jiġifieri d-Digriet Amministrattiv Reġju 9/2013, il-Liġi 24/2013, id-Digriet Reġju 413/2014 u l-Ordni IET 1045/2014, meta mqabbla mas-sistema li kienet fis-seħħ fi żmien l-investiment ta’ Antin, jiġifieri l-Liġi 54/1997 u d-Digriet Reġju 661/2007 (52).

(61)

It-Tribunal ta lil Antin kumpens fl-ammont ta’ EUR 112-il miljun li għandu jitħallas minn Spanja. Fl-24 ta’ Lulju 2018, Spanja ssottomettiet talba għal rettifika tad-Deċiżjoni lis-Segretarju Ġenerali tal-ICSID. Wara dan, fid-29 ta’ Jannar 2019, it-Tribunal ħareġ deċiżjoni ġdida li tirrettifika l-ammont tal-kumpens mogħti minn EUR 112-il miljun għal EUR 101 miljun.

(62)

It-Tribunal iddeċieda wkoll li Spanja kellha tħallas l-imgħax fuq dan il-kumpens mill-20 ta’ Ġunju 2014 sad-data tad-Deċiżjoni (jiġifieri mill-15 ta’ Ġunju 2018) bir-rata ta’ 2,07 %, komposta kull xahar, u l-imgħax mid-data tad-Deċiżjoni sad-data tal-ħlas bir-rata ta’ 2,07 %, komposta kull xahar. Barra minn hekk, it-Tribunal ddeċieda li Spanja kellha tħallas lil Antin EUR 563 256,17 (USD 635 431,70) bħala kontribuzzjoni għall-ħlas tas-sehem tagħha tal-kostijiet tal-proċedura u EUR 2 840 661,41 (GBP 2 447 008,61) bħala kontribuzzjoni għall-ħlas tal-kostijiet u l-ispejjeż tar-rappreżentanza legali tagħha (53).

(63)

Fir-rigward tal-kalkolu tal-kumpens, it-Tribunal aċċetta biss il-parti tat-talba ta’ Antin relatata mad-danni għat-telf ta’ flussi futuri ta’ flus (jiġifieri wara Ġunju 2014) (54). It-Tribunal qies l-approċċ tal-fluss tal-flus skontat (“DCF”, discounted cash flow) adottat minn Antin u mill-esperti tagħha kien xieraq. Fir-rigward tal-ħajja operazzjonali tal-impjanti Andasol, it-Tribunal qies li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-danni, il-ħajja utli tal-impjanti Andasol kellha tkun ta’ 25 sena. It-Tribunal għalhekk naqqas mill-EUR 137 miljun mitluba għal dan it-telf l-ammont ta’ EUR 36 miljun li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-ħajja operazzjonali mitluba minn Antin (35 sa 40 sena) u l-ħajja li t-Tribunal sab aċċettabbli (25 sena) u kkonkluda li l-EUR 101 miljun li jifdal kienu kumpens ġust (55).

5.3.   Il-benefiċjarju tal-miżura

(64)

Spanja sostniet li l-benefiċjarju tal-miżura nnotifikata huwa Antin, peress li dik il-parti kienet rikorrent fil-proċedimenti li wasslu għad-Deċiżjoni u għalhekk il-parti intitolata għall-kumpens stabbilit fiha (56). Filwaqt li d-Deċiżjoni (57) tiddikjara li Antin biegħet l-investiment tagħha fil-kumpaniji Andasol lil Cubico Sustainable Investments Limited, Cubico Sustainable Investments Limited ma kinitx parti fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ u d-Deċiżjoni tipprovdi d-dritt għal kumpens esklużivament lil Antin u ma tipprovdi l-ebda dritt għal kumpens lil Cubico Sustainable Investments Limited.

5.4.   Il-bażi legali tal-miżura

(65)

Spanja indikat li l-bażi legali għall-miżura notifikata hija d-Deċiżjoni, it-TKE u l-Konvenzjoni tal-ICSID, kif ukoll l-“Istrument ta’ ratifika tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll tal-Karta tal-Enerġija fuq l-Effiċjenza fl-Enerġija u Aspetti Ambjentali Relatati, magħmul f’Liżbona fis-17 ta’ Diċembru 1994 ” li ġie ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat tas-17 ta’ Marzu 1998 (58).

5.5.   L-objettiv tal-miżura

(66)

Skont Spanja, l-objettiv tal-miżura notifikata huwa li tikkumpensa lil Antin għall-bidliet regolatorji li saru minn Spanja fl-iskema ta’ appoġġ għal installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli li rriżultaw minn atti legali li adottat Spanja u li emendaw l-Iskema tal-2007 u daħħlu fis-seħħ l-Iskema tal-2013 (ara l-premessa 60). L-awtoritajiet Spanjoli sostnew ukoll li l-miżura notifikata ma għandha l-ebda effett ta’ inċentiv.

5.6.   Forma ta’ appoġġ, baġit u finanzjament tal-miżura

(67)

Il-forma ta’ appoġġ se tikkonsisti fil-ħlas tal-ammont ta’ kumpens ikkalkulat mit-Tribunal fid-Deċiżjoni, l-imgħax ta’ qabel id-deċiżjoni, kif ukoll l-imgħax ta’ wara d-deċiżjoni, li se jkollhom jiġu kkalkulati mill-ġdid abbażi tad-data tal-ħlas reali (ara l-premessi (61) u (62)).

(68)

Fiż-żmien tan-notifika, Spanja stmat l-ammont totali għal EUR 114 900 983, li minnhom, EUR 101 000 000 jikkorrispondu għall-ammont rikonoxxut mid-Deċiżjoni; EUR 8 686 086 huma l-imgħax ta’ qabel id-deċiżjoni (għall-perjodu mill-20 ta’ Ġunju 2014 sal-15 ta’ Ġunju 2018); EUR 1 810 978 huma l-imgħax ta’ wara d-deċiżjoni (għall-perjodu mill-15 ta’ Ġunju 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019); EUR 563 256 jikkorrispondu għall-kostijiet tal-proċedimenti u EUR 2 840 661 jikkorrispondu għall-kostijiet legali ta’ Antin.

(69)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-ħlas se jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Istat Spanjol. Il-ħlas mhux se jiġi impost direttament fuq il-kostijiet tas-sistema tal-elettriku u għalhekk mhux se jaqa’ direttament fuq il-konsumaturi finali tal-elettriku permezz tal-kont tal-elettriku tagħhom.

5.7.   Akkumulazzjoni

(70)

Spanja sostniet li l-impjanti Andasol għadhom jirċievu appoġġ taħt l-Iskema tal-2013. Fil-fatt, Spanja kkalkulat l-impatt possibbli li jkollha d-Deċiżjoni fuq il-profittabbiltà miksuba mill-investiment ta’ Antin fl-impjanti Andasol, kif muri fit-Tabella 4, abbażi tal-parametri stabbiliti fit-Tabella 3:

Tabella 3

Parametri ta’ simulazzjoni li għalihom tiġi applikata 45 % tas-sjieda ta’ Antin

 

Investiment totali

Investiment ta’ Antin (45 %)

Tul tal-ħajja

Dħul

2009/10-2020

Dħul

2021-2037

Nefqa

2009/10-2037

EUR

EUR

Snin

EUR

EUR

EUR

Andasol 1

318 126 771

143 157 047

25

Reali (*1)

IT-0 606 /20 606

IT-0 606 /20 606

Andasol 2

318 126 771

143 157 047

25

Reali

IT-0 607 /20 607

IT-0 607 /20 607

Sors:

L-awtoritajiet Spanjoli.

Tabella 4

Impatt tad-Deċiżjoni fuq 45 % tal-impjanti Andasol

IRR

Investiment ta’ Antin (45 %)

Mingħajr id-Deċiżjoni

Bid-Deċiżjoni, mingħajr imgħax

Bid-Deċiżjoni, bl-imgħax

EUR

IRR

IRR

IRR

Andasol 1

143 157 047

7,44 %

8,84 %

9,03 %

Andasol 2

143 157 047

7,27 %

8,96 %

9,18 %

Sors:

L-awtoritajiet Spanjoli

(71)

Spanja spjegat li l-użu tal-valuri tal-introjtu reali għaż-żewġ impjanti jispjega għaliex ir-rata ta’ redditu interna (“IRR”, internal rate of return) hija differenti mir-redditu ta’ 7,398 %, li tqies raġonevoli mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017 għall-faċilitajiet appoġġati qabel.

5.8.   It-tentattivi ta’ Antin biex tinforza d-Deċiżjoni u l-oppożizzjoni ta’ Spanja

(72)

Antin qiegħda tipprova tinforza d-Deċiżjoni fl-Istati Uniti, l-Awstralja u r-Renju Unit.

(73)

Fis-27 ta’ Lulju 2018, Antin bdiet proċedimenti fl-Istati Uniti biex tikseb ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni quddiem il-Qorti Distrettwali tal-Istati Uniti għad-Distrett ta’ Columbia (Azzjoni Ċivili Nru 1:18-cv-1753 (EGS)). Dawk il-proċedimenti ġew sospiżi permezz ta’ digriet ta’ dik il-Qorti fit-28 ta’ Awwissu 2019 sakemm jintemm il-proċediment ta’ annullament tad-Deċiżjoni mibdi minn Spanja quddiem il-Kumitat ta’ Annullament tal-ICSID. Fit-22 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, ġiet awtorizzata tintervjeni bħala amicus curiae f’dawk il-proċedimenti fl-Istati Uniti. Fis-sottomissjoni tagħha, il-Kummissjoni enfasizzat li t-Tribunal ma kellux ġuriżdizzjoni u enfasizzat ukoll li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kienu jfissru li ma seta’ jsir l-ebda ħlas skont id-Deċiżjoni sakemm ma jkunx ġie awtorizzat mill-Kummissjoni bħala kompatibbli mas-suq intern. B’mod aktar speċifiku, dwar l-ewwel punt, il-Kummissjoni spjegat li t-TKE ma japplikax għal tilwim intra-UE, b’tali mod li l-proċedimenti ta’ arbitraġġ li wasslu għad-Deċiżjoni ma kellhomx prerekwiżit essenzjali, jiġifieri ftehim validu għall-arbitraġġ, minħabba li Spanja qatt ma kienet għamlet offerta biex tarbitra ma’ investituri min-Netherlands jew mil-Lussemburgu bħar-rikorrenti. Fi kliem ieħor, il-proċedimenti ma kellhomx bażi legali u t-Tribunal ma kellux ġuriżdizzjoni biex jisma’ t-tilwima. Il-Kummissjoni sostniet ukoll li l-qorti distrettwali li tkun qed tisma’ l-kawża jenħtieġ li tagħti l-ogħla livell ta’ deferenza għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Komstroy dwar l-interpretazzjoni tat-TKE u tat-Trattati tal-UE. Dwar it-tieni punt, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-qorti distrettwali dwar in-natura u l-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, inkluż l-obbligu li ma jitħallasx il-kumpens dettaljat fid-Deċiżjoni qabel kwalunkwe deċiżjoni finali mill-Kummissjoni, u l-fatt li dan l-obbligu japplika irrispettivament mill-Artikoli 53 sa 55 tal-Konvenzjoni tal-ICSID. Is-sospensjoni tal-proċedimenti tneħħiet f’Jannar 2025. Fit-18 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni ppreżentat nota amicus curiae supplimentari sabiex tqis is-sentenza tas-16 ta’ Awwissu 2024 miċ-Ċirkwit tal-Qorti tal-Appell ta’ D.C. fi proċedimenti paralleli u d-Dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi legali tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Komstroy u l-fehim komuni dwar in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 26 tat-TKE bħala bażi għall-arbitraġġ intra-UE, magħmula fis-26 ta’ Ġunju 2024 mill-Unjoni u mill-Istati Membri (59). F’dan l-argument, il-Kummissjoni ħadet ukoll l-opportunità li tispjega li l-prinċipji bażiċi tal-interpretazzjoni tat-trattat iwasslu għall-istess konklużjoni bħal dik li waslet għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Komstroy: L-offerta permanenti ta’ Spanja li tarbitra fl-Artikolu 26 ma testendix għall-investituri tal-UE. Il-proċedimenti quddiem il-Qorti Distrettwali tal-Istati Uniti għad-Distrett ta’ Columbia huma pendenti fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni.

(74)

Antin bdiet ukoll proċedimenti biex tinforza d-Deċiżjoni fl-Awstralja. Fil-25 ta’ Ġunju 2021, il-Qorti Federali Sħiħa tal-Awstralja rrikonoxxiet id-Deċiżjoni bħala vinkolanti fuq Spanja. Din il-Qorti ċaħdet ukoll talba mill-Kummissjoni biex tintervjeni, f’isem l-Unjoni, f’dawk il-proċedimenti bħala amicus curiae. Spanja ppreżentat appell quddiem il-Qorti Għolja tal-Awstralja, l-ogħla qorti Awstraljana. Il-Qorti Għolja tal-Awstralja tat is-sentenza tagħha fit-12 ta’ April 2023 fejn ċaħdet l-appell ta’ Spanja u kkonfermat ir-rikonoxximent tad-Deċiżjoni fl-Awstralja. F’dawk il-proċedimenti wkoll, it-talba tal-Kummissjoni biex tissottometti nota amicus curiae f’isem l-Unjoni ġiet irrifjutata. Abbażi ta’ dan ir-rikonoxximent formali tad-Deċiżjoni, Antin bħalissa hija involuta, quddiem il-qorti kompetenti fl-Awstralja, fil-pass li jmiss lejn l-infurzar tad-Deċiżjoni. Dawk il-proċedimenti huma pendenti fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni.

(75)

Antin ippreżentat ukoll applikazzjoni biex tirreġistra d-Deċiżjoni quddiem il-qrati fir-Renju Unit u d-Deċiżjoni ġiet irreġistrata. Fl-24 ta’ Mejju 2023, l-Qorti Għolja tal-Ingilterra u ta’ Wales ċaħdet it-talba ta’ Spanja għall-annullament tal-ordni ta’ reġistrazzjoni. Spanja appellat minn dik is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell, li ċaħdet l-appell fit-22 ta’ Ottubru 2024. Fil-31 ta’ Jannar 2025, il-Qorti Suprema tar-Renju Unit tat permess lil Spanja biex tappella d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell. L-iskadenza għal Spanja biex tressaq dan l-appell għadha ma skadietx fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni.

(76)

B’reazzjoni għat-tentattivi ta’ Antin biex tinforza d-Deċiżjoni fl-Awstralja, fl-Istati Uniti, u fir-Renju Unit, Spanja bdiet proċedimenti quddiem il-qrati tal-Lussemburgu kontra Antin, b’Antin inkorporata f’dak l-Istat Membru. B’mod aktar speċifiku, Spanja talbet lit-Tribunal d’arrondissement de et à Luxembourg biex jordna lil Antin twaqqaf kwalunkwe azzjoni maħsuba biex tikseb rikonoxximent jew infurzar tad-Deċiżjoni, b’mod partikolari, f’pajjiżi terzi, minħabba li tali rikonoxximent jew infurzar jiksru b’mod ċar ir-regoli tal-ordni pubbliku. Spanja talbet ukoll lill-qorti Lussemburgiża tordna ħlasijiet ta’ penali kontra Antin f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ordni biex titwaqqaf kwalunkwe azzjoni bħal din. Il-Kummissjoni intervjeniet f’dawk il-proċedimenti abbażi tal-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (60). Il-proċedimenti huma pendenti fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni.

6.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(77)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fid-19 ta’ Lulju 2021, li tistabbilixxi l-valutazzjoni preliminari tagħha li d-Deċiżjoni kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għar-raġunijiet miġbura fil-qosor fit-Taqsima 4.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, b’mod partikolari minħabba li għandha l-effett li tikkumpensa għall-irtirar ta’ għajnuna illegali mill-Istat (61). Fid-deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern abbażi ta’ żewġ raġunijiet indipendenti: l-ewwel dubju kien relatat ma’ ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-miżura, u t-tieni kien relatat man-nuqqas ta’ konformità tal-miżura notifikata mal-kriterji ta’ kompatibbiltà stabbiliti skont il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għall-għajnuna operatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli (62).

(78)

L-ewwel nett, fir-rigward tad-dubji fir-rigward ta’ ksur tad-dritt tal-UE, il-Kummissjoni fakkret, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (ara l-premessa (94)), is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li skontha l-“għajnuna mill-Istat li tikser dispożizzjonijiet jew prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern” (63). Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qieset, fuq bażi preliminari, li, f’dan il-każ, id-Deċiżjoni tista’ tikser id-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-UE (64). B’mod aktar speċifiku, minħabba li d-Deċiżjoni intra-UE ġiet adottata abbażi tal-mekkaniżmu ta’ arbitraġġ bejn l-investituri u l-Istat stabbilit fl-Artikolu 26 TKE, il-Kummissjoni qieset, fuq bażi preliminari, li d-Deċiżjoni tista’ tikser l-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikoli 267 u 344 TFUE, u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ fiduċja reċiproka u awtonomija (65). Il-Kummissjoni nnotat ukoll, fuq bażi preliminari, li r-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Achmea (66) japplika wkoll għat-TKE u għalhekk il-qrati nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jannullaw kwalunkwe deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fuq dik il-bażi u li jirrifjutaw li jinfurzawha (67).

(79)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji b’rabta mal-kompatibbiltà tad-Deċiżjoni mas-suq intern sa fejn din tista’ toħloq diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità fost l-investituri tal-Iskema tal-2007 abbażi tal-kapaċità tagħhom li jaċċessaw l-arbitraġġ internazzjonali jew le (68). Il-Kummissjoni qieset, fuq bażi preliminari, li tali diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità ma tkunx kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Artikolu 18 tat-TFUE (69).

(80)

It-tieni, fir-rigward tad-dubji b’rabta mal-kompatibbiltà tal-miżura mal-linji gwida rilevanti possibbli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni indikat il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali tal-2008 (70) (“EAG 2008”) u l-EEAG (71).

(81)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-miżura ssodisfatx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-EAG tal-2008. Il-Kummissjoni staqsiet jekk kumpens retroattiv ta’ flussi ta’ flus futuri mitlufa u l-imgħax fuq dawk l-ammonti (jiġifieri, il-kumpens mogħti) jistax jiġi kkwalifikat bħala żvilupp ta’ attività ekonomika jew li għandu effett ta’ inċentiv skont it-tifsira tal-EAG 2008 (72). Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata u jekk tfixkilx bla bżonn il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri (73).

(82)

It-tieni, b’mod simili, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-miżura ssodisfatx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-EEAG. Il-Kummissjoni staqsiet jekk l-għajnuna tiżviluppax attività ekonomika, jekk għandhiex effett ta’ inċentiv u jekk hijiex meħtieġa biex tiżviluppa l-attività ekonomika tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, jekk hijiex proporzjonata u jekk tfixkilx bla bżonn il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri (74).

7.   OSSERVAZZJONIJIET MINN PARTIJIET TERZI GĦAJR ANTIN

(83)

Wara l-istedina tal-Kummissjoni sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet mingħand 23 rispondent. Dawn it-23 rispondent kienu jinkludu investituri intra-UE u ta’ pajjiżi terzi (“investituri”), Stat Membru wieħed u organizzazzjoni mhux governattiva (“NGO”).

(84)

Sommarju tal-osservazzjonijiet ippreżentati minn dawn il-partijiet terzi, sa fejn huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, huwa pprovdut hawn taħt (raggruppat skont is-suġġett). Dawn l-osservazzjonijiet se jiġu indirizzati fil-partijiet rilevanti tal-valutazzjoni (ara t-Taqsima 10).

7.1.   Osservazzjonijiet dwar l-eżistenza tal-għajnuna

7.1.1.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat

(85)

L-ewwel nett, diversi partijiet terzi (prinċipalment investituri) jargumentaw li d-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE minħabba li tikkumpensa għal miżura li ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(86)

B’mod aktar speċifiku, dawn il-partijiet terzi jsostnu li, (1) sabiex il-kumpens għad-danni mogħti skont il-liġi nazzjonali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, irid jikkumpensa għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat illegali jew inkompatibbli (75); u li (2) deċiżjoni ta’ arbitraġġ tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat biss, jekk l-iskema sottostanti li għaliha d-deċiżjoni tikkumpensa tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali jew inkompatibbli.

(87)

F’dan il-kuntest, dawk il-partijiet terzi jargumentaw li d-Deċiżjoni terġa’ ddaħħal l-iskema ta’ remunerazzjoni li kienet fis-seħħ fiż-żmien tal-investiment ta’ Antin, jiġifieri l-Liġi 54/1997 (l-iskemi mill-1997 sal-2007, inkluża l-Iskema tal-2007, flimkien hawn taħt jissejħu l-“Iskemi Preċedenti” (76)) u jenħtieġ li tiġi vvalutata biss bħala parti minn din l-iskema aktar milli bħala miżura separata. Konsegwentement, dawk il-partijiet terzi jqisu li peress li l-Iskemi Preċedenti ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, id-Deċiżjoni lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna.

(88)

B’mod partikolari, dawk il-partijiet terzi jsostnu li l-Iskemi Preċedenti ma kinux jinvolvu l-għoti ta’ riżorsi tal-Istat minħabba li l-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat trid tiġi kkunsidrata abbażi tal-ġurisprudenza prevalenti fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna. Huma jargumentaw li skont il-ġurisprudenza applikabbli fiż-żmien tal-istabbiliment tal-Iskemi Preċedenti, il-mekkaniżmu għall-għoti tal-appoġġ taħt l-Iskemi Preċedenti ma kienx jinvolvi riżorsi tal-Istat. Dawk il-partijiet terzi jsostnu li l-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Iskemi Preċedenti, li fil-fehma tagħhom ġie introdott fl-1997 u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2007, ma kienx jinvolvi riżorsi tal-Istat skont il-ġurisprudenza applikabbli matul l-implimentazzjoni tagħhom u sal-2014 (77). Fil-fehma ta’ dawn il-partijiet terzi, il-ġurisprudenza prevalenti fl-2014 (78) mhijiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-Iskemi Preċedenti, li ma bagqħux fis-seħħ mill-2014.

(89)

It-tieni, il-partijiet terzi jsostnu li anke jekk id-Deċiżjoni għandha tiġi vvalutata separatament mill-Iskemi Preċedenti, din ma tinvolvix għajnuna mill-Istat, minħabba li l-unika raġuni sottostanti għall-għoti tagħha hija d-dannu mġarrab minn Antin minħabba l-imġiba ta’ Spanja bi ksur tat-TKE u l-kumpens għal dan id-dannu ma jagħtix vantaġġ lil Antin. F’dan ir-rigward, il-partijiet terzi jargumentaw ukoll li l-fatt li l-kumpens jingħata skont ir-regoli internazzjonali (it-TKE) minflok ir-regoli nazzjonali ma jibdilx in-natura tiegħu u li fi kwalunkwe każ, id-Deċiżjoni hija konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti dwar il-kumpens għad-danni. Xi partijiet terzi jargumentaw ukoll li t-TKE jifforma parti mid-dritt nazzjonali, għaliex meta kull Stat Membru rratifika t-TKE, kull wieħed aderixxa individwalment għat-TKE li b’hekk sar parti mil-liġijiet nazzjonali tiegħu.

(90)

It-tielet, fil-fehma ta’ xi partijiet terzi, jekk is-sehem ta’ 45 % ta’ Antin f’kull waħda mill-kumpaniji Andasol jitqies bħala investiment purament finanzjarju minħabba li Antin ma tiġġestixxix il-kumpaniji Andasol, Antin mhijiex impriża u għalhekk l-għoti tad-Deċiżjoni lil Antin ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (79).

7.1.2.   Osservazzjonijiet dwar l-obbligu ta’ waqfien totali

(91)

Diversi partijiet terzi jargumentaw li, peress li d-Deċiżjoni ma tinvolvix għajnuna mill-Istat, l-obbligu ta’ waqfien totali skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE ma japplikax. Skont l-istess partijiet terzi, anke jekk kellu jitqies li d-Deċiżjoni tinvolvi għajnuna mill-Istat, l-obbligu ta’ waqfien totali lanqas ma jista’ japplika, minħabba li t-Tribunal ma kellu l-ebda obbligu li jissospendi l-proċedimenti tiegħu.

7.1.3.   Osservazzjonijiet li jsostnu li, anke jekk l-Iskemi Preċedenti jinvolvu għajnuna mill-Istat, dawn jikkostitwixxu għajnuna eżistenti

(92)

L-ewwel nett, diversi partijiet terzi jallegaw li anke jekk l-Iskemi Preċedenti kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, din tkun għajnuna eżistenti (minħabba li l-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ 10 snin skada) li jfisser, fil-fehma tagħhom, li d-Deċiżjoni ma tikkumpensax għal għajnuna mill-Istat illegali jew inkompatibbli, u għalhekk ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(93)

B’mod partikolari, xi partijiet terzi jargumentaw li jekk il-perjodu ta’ preskrizzjoni jibda jgħodd mill-jum tal-għotjiet individwali ta’ Antin taħt l-Iskemi Preċedenti (li fil-fehma tagħhom ikun l-24 ta’ April jew t-22 ta’ Diċembru 2009), dan skada mhux aktar tard mill-24 ta’ April jew it-22 ta’ Diċembru 2019. Abbażi ta’ dan, dawk il-partijiet terzi jallegaw li anke jekk l-Iskemi Preċedenti kienu jikkostitwixxu għajnuna, l-għotjiet individwali ta’ Antin jikkostitwixxu għajnuna eżistenti. Dawk il-partijiet terzi jargumentaw ukoll li peress li l-kumpens għad-danni jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat biss jekk jikkumpensa għal għajnuna illegali jew inkompatibbli (80), il-fatt li l-għotjiet ta’ Antin taħt l-Iskemi Preċedenti jikkostitwixxu għajnuna eżistenti jfisser li d-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(94)

It-tieni, dawk il-partijiet terzi jallegaw li anke jekk kellu jitqies li d-Deċiżjoni tammonta għal għajnuna mill-Istat, il-fatt li l-Iskemi Preċedenti (jiġifieri, l-għotjiet individwali lil Antin taħt l-Iskemi Preċedenti) kienu jikkostitwixxu għajnuna eżistenti jfisser li d-Deċiżjoni tikkostitwixxi wkoll għajnuna eżistenti. Fil-fehma tagħhom, dan huwa għaliex inkella l-istess benefiċċju ma jkunx soġġett għal irkupru jekk jingħata taħt l-Iskemi Preċedenti, iżda jkun soġġett għal irkupru jekk jingħata fil-forma ta’ deċiżjoni. Dawk il-partijiet terzi fl-aħħar iqisu li l-fatt li l-għajnuna mogħtija taħt l-Iskemi Preċedenti tikkostitwixxi għajnuna eżistenti jfisser li l-għajnuna marbuta mad-Deċiżjoni tikkostitwixxi wkoll għajnuna eżistenti li ma tistax tiġi rkuprata abbażi tal-qari tagħhom tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (81).

(95)

It-tielet, xi partijiet terzi jargumentaw li d-Deċiżjoni hija marbuta b’mod inseparabbli mal-Iskemi Preċedenti u għalhekk jenħtieġ li jitqies li l-għajnuna ngħatat fl-1997, meta l-iskemi ġew stabbiliti għall-ewwel darba, jew mhux aktar tard mill-1998, meta ġew implimentati għall-ewwel darba bid-Digriet Reġju 2818/1998. Fil-fehma ta’ dawk il-partijiet terzi, il-perjodu ta’ preskrizzjoni skada fl-2008, filwaqt li l-modifiki għall-Iskemi Preċedenti fl-2004 u fl-2007 mhumiex bidliet sostantivi, li jaffettwaw il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà u ma jistgħux jibdlu l-kwalifika tal-għajnuna minn eżistenti għal ġodda.

7.1.4.   Osservazzjonijiet li jsostnu li l-għajnuna ngħatat meta Antin irċeviet l-għotja taħt l-Iskemi Preċedenti u mhux meta nħarġet id-Deċiżjoni

(96)

Diversi partijiet terzi jargumentaw li, abbażi tal-ġurisprudenza Asteris (82), il-kumpens għad-danni huwa intrinsikament marbut mal-miżura sottostanti li għaliha d-Deċiżjoni tikkumpensa.

(97)

B’mod partikolari, dawk il-partijiet terzi jargumentaw li d-Deċiżjoni u l-miżura sottostanti huma intrinsikament marbuta u li l-għajnuna involuta fid-Deċiżjoni ngħatat meta Antin irċeviet l-għotjiet taħt l-Iskemi Preċedenti. Sussegwentement, dawk il-partijiet terzi jsostnu li d-Deċiżjoni hija biss dikjarazzjoni li d-dritt li wieħed jirċievi l-għajnuna taħt l-Iskemi Preċedenti reġa’ ngħata l-ħajja. Fil-fehma tagħhom, peress li d-Deċiżjoni ngħatat sabiex jiġu rrestawrati d-drittijiet stabbiliti taħt l-Iskemi Preċedenti, mhuwiex korrett li jitqies li l-għajnuna ngħatat bil-ħruġ tad-Deċiżjoni.

(98)

Xi partijiet terzi jsostnu li deċiżjoni ta’ tribunal tal-arbitraġġ li tirrikjedi li parti waħda tħallas somom diġà dovuti iżda li għadhom ma tħallsux jenħtieġ li ma titqiesx deċiżjoni li tingħata għajnuna ġdida mill-Istat.

7.1.5.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni mhijiex imputabbli għal Spanja

(99)

Diversi partijiet terzi jsostnu li l-imputabbiltà tad-Deċiżjoni ma tistax tiġi bbażata fuq l-adeżjoni ta’ Spanja mal-Konvenzjoni tal-ICSID jew mat-TKE minħabba li, fil-fehma tagħhom, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma tissuġġerixxix li l-iskema sottostanti hija l-Konvenzjoni tal-ICSID jew it-TKE, iżda biss id-Deċiżjoni.

(100)

Barra minn hekk, dawk il-partijiet terzi jsostnu li fid-dawl tal-obbligi ta’ Spanja skont id-dritt internazzjonali, din ma tistax tagħżel li ma tħallasx l-għotja skont id-Deċiżjoni. B’mod speċifiku, huma jargumentaw li jekk jeżistu obbligi legali, l-osservanza tagħhom ma tistax titqies li teħtieġ “deċiżjoni” biex tikkonforma magħhom.

7.1.6.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni hija imputabbli għal Spanja

(101)

Parti terza waħda ttenni l-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (82) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-ħlas tad-Deċiżjoni huwa imputabbli għal Spanja, minħabba li Spanja qablet b’mod volontarju li tidħol fil-Konvenzjoni tal-ICSID u fit-TKE. Din il-parti terza tqis ukoll li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (83), kwalunkwe ħlas tad-Deċiżjoni minn Spanja ma jirriżultax minn ftehim ta’ arbitraġġ validu, u lanqas minn obbligu validu li titħallas id-Deċiżjoni skont l-impenji konvenzjonali ta’ Spanja u għalhekk ikun kompletament imputabbli għal Spanja.

7.1.7.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni

(102)

Diversi partijiet terzi jsostnu li l-għajnuna mogħtija mid-Deċiżjoni ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li Antin biegħet l-impjanti tagħha f’Awwissu 2017 u ilha ma tinvesti fl-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli minn dak iż-żmien ‘l hawn.

7.1.8.   Osservazzjonijiet li jsostnu li l-ħlas tad-Deċiżjoni jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

(103)

Parti terza waħda ssostni li l-ħlas tad-Deċiżjoni jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, minħabba li dan iwassal għal kumpens għad-dannu kkawżat mill-irtirar tal-iskema ta’ għajnuna illegali vvalutata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017. Barra minn hekk, din il-parti terza targumenta li l-ħlas tad-Deċiżjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, peress li l-vantaġġ ta’ kumpens ikun disponibbli biss għal Antin u għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ riżorsi tal-Istat, jiġifieri mill-baġit Spanjol. Fil-fehma tagħha, id-Deċiżjoni tista’ wkoll tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern, peress li l-kumpaniji tal-grupp Antin qed jinvestu fis-settur tar-RES, li ġie liberalizzat fil-livell tal-Unjoni. Parti terza waħda ssostni li deċiżjoni li tammonta għad-dħul mill-ġdid ta’ miżura ta’ għajnuna illegali għall-benefiċċju ta’ impriżi magħżula hija għajnuna mill-Istat.

7.2.   Osservazzjonijiet dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

7.2.1.   Osservazzjonijiet li jiddikjaraw li l-għajnuna jenħtieġ li tiġi ddikjarata inkompatibbli minħabba li mhijiex konformi mat-Trattati tal-UE

(104)

Parti terza waħda ssostni li d-Deċiżjoni tista’ tikser id-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-UE, jiġifieri l-Artikolu 18 tat-TFUE, li jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, minħabba li investituri Spanjoli oħra fl-istess sitwazzjoni bħal Antin, kif ukoll investituri minn Stati Membri oħra, ma għandhomx aċċess għall-mekkaniżmu ta’ arbitraġġ previst fl-Artikolu 26 tat-TKE. Barra minn hekk, skont din il-parti, fid-dawl tas-sentenza Komstroy, l-Artikolu 26 tat-TKE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal tilwim bejn Stat Membru u investitur ta’ Stat Membru ieħor dwar investiment magħmul minn dan l-investitur fl-ewwel Stat Membru.

(105)

Parti terza oħra ssostni li jekk il-Kummissjoni ssib ksur tal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni, hija obbligata tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern mingħajr ebda valutazzjoni ulterjuri (84). Fil-fehma tagħha, id-Deċiżjoni ġiet adottata fuq bażi illegali skont il-ġurisprudenza (85) li tissuġġerixxi li l-Istati Membri huma obbligati jikkontestaw il-validità tal-kostituzzjoni tat-tribunali tal-arbitraġġ u l-validità ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tirriżulta minn proċeduri ta’ arbitraġġ dwar l-investiment intra-UE. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija fuq din il-bażi tista’ ma tinstabx kompatibbli mas-suq intern u ma hemmx bżonn li tiġi eżaminata l-kompatibbiltà tal-għajnuna skont il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE jew il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat.

7.2.2.   Osservazzjonijiet li jiddikjaraw li anke jekk is-sentenza Komstroy tapplika għat-TKE, dan ma jfissirx li d-Deċiżjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli soġġetta għall-irkupru

(106)

Diversi partijiet terzi jsostnu li anke jekk la s-sentenza Komstroy u lanqas l-Opinjoni 1/20 (86) ma jiġġustifikaw jew jikkonsdfsdfermaw l-applikazzjoni tal-prinċipju Achmea għal deċiżjonijiet tat-TKE, dan ma jwassalx awtomatikament biex dawn jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli soġġetta għall-irkupru.

(107)

B’mod partikolari, diversi partijiet terzi jargumentaw li meta s-sentenza Komstroy iddikjarat li l-prinċipju Achmea japplika wkoll għat-TKE, dan kien, fil-fehma tagħhom, obiter dictum, li ma għandux saħħa legali u d-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq każ teoretiku li qatt ma jkun soġġett għad-dritt tal-Unjoni.

(108)

Barra minn hekk, dawk il-partijiet terzi jsostnu li l-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/20 tagħha rrifjutat li tiddeċiedi dwar jekk l-abbozz tat-TKE modernizzat huwiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u għalhekk ma ddeċidietx dwar jekk xi kumpens potenzjali taħt it-TKE setax jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(109)

Xi partijiet terzi jargumentaw ukoll li anke jekk japplika l-prinċipju Achmea, dan ma jfissirx awtomatikament li d-Deċiżjoni għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli, minħabba li jekk id-dritt tal-Unjoni ta’ klassifikazzjoni aktar baxxa (hawnhekk it-TKE) jikkontradixxi d-dritt primarju tal-Unjoni (hawnhekk il-prinċipju Achmea flimkien mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat), id-dispożizzjonijiet konfliġġenti jridu jiġu rrikonċiljati, minflok ma jiġi preżunt li d-dritt primarju tal-Unjoni awtomatikament jissupera liġi oħra tal-Unjoni bbażata fuq it-TKE.

7.2.3.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni ma tinvolvix diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità

(110)

Diversi partijiet terzi jsostnu li peress li d-Deċiżjoni jenħtieġ li titqies bħala parti mill-Iskemi Preċedenti, din ma twassal għall-ebda diskriminazzjoni, peress li l-investituri kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din l-iskema jistgħu jibbenefikaw minnha. Fil-fehma ta’ dawk il-partijiet terzi, l-argument tal-Kummissjoni li d-diskriminazzjoni fost l-investituri differenti (speċjalment kontra l-investituri Spanjoli) tikkonsisti mill-fatt li mhux l-investituri kollha li bbenefikaw mill-Iskemi Preċedenti għandhom aċċess għal arbitraġġ internazzjonali skont it-TKE, hija bbażata fuq is-suppożizzjoni falza li t-TKE jifforma parti mill-Iskemi Preċedenti jew li t-TKE jista’ jitqies waħdu bħala skema ta’ għajnuna mill-Istat. Dawk il-partijiet terzi jżidu wkoll li mhuwiex eskluż li l-investituri Spanjoli jistgħu jitolbu kumpens għad-danni skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jew skont kwalunkwe mekkaniżmu ieħor għas-soluzzjoni ta’ tilwim li setgħu qablu dwaru.

(111)

Barra minn hekk, dawn il-partijiet terzi jsostnu li anke jekk it-TKE jitqies bħala parti mill-Iskemi Preċedenti, l-argument tal-Kummissjoni dwar id-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità għandu jinqara bħala li jimplika diskriminazzjoni abbażi tal-post ta’ stabbiliment tal-investitur. Fil-fehma tagħhom, din it-tip ta’ diskriminazzjoni ma tikser l-ebda dispożizzjoni tat-Trattati tal-Unjoni u l-għajnuna mill-Istat hija minnha nnifisha diskriminatorja f’dan is-sens, peress li tingħata lil benefiċjarji stabbiliti fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna.

(112)

Fl-aħħar nett, dawk il-partijiet terzi jargumentaw li jekk id-Deċiżjoni għandha tiġi eżaminata bħala għajnuna ad hoc, separatament mill-Iskemi Preċedenti, ma hemm l-ebda diskriminazzjoni, minħabba li ma jistax isir paragun ma’ għotja oħra.

7.2.4.   Osservazzjoni li ssostni li d-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ mhux neċessarjament jimminaw is-supremazija tad-dritt tal-Unjoni

(113)

Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, xi partijiet terzi jsostnu li l-proċedura normali ta’ notifika għall-għajnuna mill-Istat tiżgura l-legalità tad-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ skont id-dritt tal-Unjoni (preċiżament, skont il-partijiet terzi, tippreżerva l-“awtonomija” tad-dritt tal-Unjoni, il-“konsistenza u l-uniformità fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni”, id-“drittijiet tal-individwi”, is-superviżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l- “effettività tad-dritt tal-Unjoni”) minħabba li meta Stat Membru jikkonforma mal-proċedura ta’ notifika, huwa possibbli li jiġi ppreservat l-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ mad-dritt tal-Unjoni.

(114)

Fil-fehma tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkunsidra fis-sentenza Achmea tagħha li peress li l-Istati Membri huma marbuta li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 108(3) TFUE, in-notifika ġġib dan il-każ fi ħdan id-dritt tal-Unjoni u għalhekk taħt il-kompetenza tal-qrati tal-Unjoni.

7.2.5.   Osservazzjonijiet li jsostnu li l-miżura għandha effett ta’ inċentiv

(115)

Diversi partijiet terzi jsostnu li Antin iġġestiet b’mod attiv u għalhekk eżerċitat kontroll suffiċjenti fuq il-kumpaniji Andasol u għalhekk Antin u l-kumpaniji Andasol jikkostitwixxu unità ekonomika waħda li min-naħa tagħha, fil-fehma tagħhom, timplika li Antin kienet involuta fil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli. Sussegwentement, dawk il-partijiet terzi jargumentaw li l-għajnuna involuta fid-Deċiżjoni jenħtieġ li titqies ukoll li ngħatat għall-attivitajiet rinnovabbli tal-Kumpaniji Andasol u l-fatt li dawk il-kumpaniji ssodisfaw l-effett ta’ inċentiv billi applikaw għall-għajnuna meta saru rreġistrati taħt l-Iskemi Preċedenti jfisser ukoll li Antin tissodisfa l-kriterju tal-effett ta’ inċentiv. Dawk il-partijiet terzi jindikaw il-fatt li peress li l-benefiċjarji tal-Iskemi Preċedenti tqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fiż-żmien tal-istabbiliment tagħhom, jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ukoll matul il-ħajja tal-impjant, għalhekk anke fl-2013 u fl-2018, skont il-mument tal-għoti tad-Deċiżjoni.

(116)

Xi partijiet terzi jargumentaw ukoll li l-kumpaniji Andasol jikkostitwixxu Entitajiet bi Skop Speċjali u għalhekk l-ammissjoni tal-Istat Membru biex jagħti l-għajnuna hija inerenti fl-istabbiliment tagħhom. Barra minn hekk, fil-każ ta’ jekk Antin u l-kumpaniji Andasol għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu unità ekonomika waħda, il-fatt li Antin, wara li xtrat il-kumpaniji Andasol fl-2011, reġgħet bigħethom fl-2017 ma jimpurtax.

(117)

Barra minn hekk, diversi partijiet terzi jsostnu li l-effett ta’ inċentiv ma għandux jiġi vvalutat skont it-Taqsima 3.2.4.2. tal-EEAG, kif tissuġġerixxi l-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, minħabba li d-Deċiżjoni hija parti mill-Iskemi Preċedenti u mhux għajnuna notifikabbli individwalment u l-kapaċità tal-impjanti Andasol ma taqbiżx il-250 MW, kif meħtieġ fil-punt 20 tal-EEAG.

(118)

Xi partijiet terzi jsostnu li deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma tkunx neċessarjament nieqsa mill-effett ta’ inċentiv minħabba li tiġi deċiża wara li l-investiment ikun twettaq minħabba li, fil-fehma tagħha, din tifforma parti mill-għajnuna li ġiet imwiegħda qabel kollox u li ħolqot aspettattivi leġittimi li abbażi tagħhom ġiet iddeterminata l-vijabbiltà kummerċjali tal-investiment.

7.2.6.   Osservazzjonijiet li jsostnu li l-għajnuna hija kompatibbli skont l-EAG 2001, l-EAG 2008 u l-EEAG

(119)

Diversi partijiet terzi jsostnu li, għall-kuntrarju tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, id-Deċiżjoni tista’ tiġi vvalutata skont l-EAG tal-2008, jekk għandha titqies bħala parti mill-Iskemi Preċedenti. Skont dawn il-partijiet terzi, Antin tista’ titqies li teżerċita l-attività tal-kumpaniji Andasol, jiġifieri l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u għalhekk tifforma “impriża waħda” mal-kumpaniji Andasol. Bl-akkwist ta’ 45 % tal-kumpaniji Andasol, din teżerċita kontroll ta’ ġestjoni konġunta fuq il-kumpaniji Andasol flimkien ma’ RREEF Infrastructure (G.P.) Limited u RREEF Pan-European Infrastructure Two Lux S.à r.l.

(120)

Barra minn hekk, dawk il-partijiet terzi jargumentaw li huwa artifiċjali li wieħed isostni li l-investitur huwa involut fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jekk jifforma unità ekonomika mal-impjant jew jamministra l-impjant, peress li l-kumpanija li topera l-impjant hija biss mezz biex tirċievi l-appoġġ, filwaqt li huwa l-investitur li jassumi r-riskji kollha u jieħu d-deċiżjonijiet importanti għat-tħaddim tal-impjant. Għalhekk, meta l-Kummissjoni tawtorizza għajnuna lill-kumpanija li topera l-impjant rinnovabbli, l-għajnuna trid titqies li tkun ta’ benefiċċju għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli irrispettivament minn jekk il-profitti jitħallsux lill-kumpanija li topera l-impjant jew direttament lill-azzjonist. Fil-fehma ta’ dawk il-partijiet terzi, jidher, fi kwalunkwe każ, li fil-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, ħafna benefiċjarji tal-għajnuna mhux neċessarjament kellhom sehem jew kontroll ta’ ġestjoni fuq l-impjanti u s-sjieda ta’ perċentwal minimu ta’ ishma tal-impjant tal-proġett qatt ma kienet kundizzjoni għall-għoti ta’ għajnuna fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Fl-aħħar nett, dawk il-partijiet terzi jindikaw li l-fatt li xi appoġġ huwa teknikament dirett lejn il-produzzjoni tal-elettriku mill-gass naturali ma jaffettwax il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, minħabba li l-użu tal-gass naturali huwa limitat fiż-żmien, huwa relatat ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ effiċjenza u ġie awtorizzat f’ħafna każijiet mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

(121)

Xi partijiet terzi jsostnu li l-Iskemi Preċedenti kkoreġew falliment tas-suq, li bih investiment insuffiċjenti kien imur għat-teknoloġiji RES f’każ ta’ nuqqas ta’ appoġġ. Fil-fehma tagħhom, dan kien konformi mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali tal-2001 (87) (“EAG 2001”). Dawk il-partijiet ġeneralment jargumentaw li Spanja u l-Kummissjoni rrikonoxxew l-Iskemi Preċedenti bħala strumenti ta’ politika xierqa biex jattiraw il-kapaċità tar-RES b’mod effiċjenti u effettiv.

(122)

B’mod speċifiku, dawk il-partijiet isostnu li l-Iskemi Preċedenti kkumpensaw biss għad-differenza bejn il-kost tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-prezz tas-suq matul il-ħajja tal-impjant minħabba li r-redditi tal-proġett ta’ wara t-taxxa fil-mira ta’ 7 % - 9,5 % bħala medja għall-installazzjonijiet tar-RES taħt l-Iskemi Preċedenti huma kompatibbli mal-EAG tal-2001 peress li ma kinux se jinvolvu kumpens żejjed (88). Sussegwentement, dawk il-partijiet jargumentaw li r-redditi mmirati ta’ Spanja taħt l-Iskemi Preċedenti huma konformi mar-redditi li l-Kummissjoni awtorizzat regolarment għal skemi oħra ta’ appoġġ għar-RES skont l-EAG tal-2001.

(123)

Barra minn hekk, l-istess partijiet isostnu li l-Iskemi Preċedenti kienu jkunu kompatibbli mal-EAG tal-2008 u l-EEAG. B’mod partikolari, dawk il-partijiet sostnew li l-Iskemi Preċedenti kellhom effett ta’ inċentiv li wassal għal investiment sostanzjali fir-RES Spanjoli li kien meħtieġ biex Spanja tkun tista’ tilħaq miri rinnovabbli fit-tul.

(124)

Xi partijiet terzi jargumentaw li l-għajnuna mogħtija abbażi tad-Deċiżjoni hija proporzjonali skont l-EAG 2008, minħabba li r-rata ta’ redditu mmirata ta’ Spanja għall-2008 sal-2013 kienet ta’ 7 % - 10 %, u b’hekk taħt il-medda ta’ redditi ta’ 10 % - 13 %, li l-Kummissjoni awtorizzat matul l-istess perjodu għal skemi oħra ta’ appoġġ għar-RES.

(125)

Fil-każ li l-valutazzjoni titwettaq skont l-EEAG, dawk il-partijiet terzi jsostnu li filwaqt li l-għajnuna ma ngħatatx fi proċess kompetittiv ta’ offerti, skont il-punt 128 tal-EEAG, l-għajnuna xorta tkun kompatibbli jekk ma tirriżultax f’kumpens żejjed. Huma jsostnu wkoll li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017 ma ffissatx rata massima ta’ redditu u għalhekk, għal din ir-raġuni, fil-fehma tagħhom, ma jistax jiġi eskluż li rata ta’ redditu ta’ 9 % taqa’ fil-medda ta’ bejn 10-11 % tar-rati ta’ redditu awtorizzati mill-Kummissjoni fil-perjodu 2014-2020 u tagħmel l-għajnuna kompatibbli.

(126)

Barra minn hekk, dawk il-partijiet terzi jsostnu li l-għajnuna ma tfixkilx bla bżonn il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Il-kumpaniji Andasol ma għandhomx livelli baxxi ta’ produttività u huma finanzjarjament sodi u l-għoti tal-għajnuna lil Antin ma jirriżultax f’saħħa sinifikanti fis-suq, bidla fil-flussi kummerċjali, bidla fid-dinamika tal-kompetizzjoni jew iż-żamma ta’ ditta tal-investiment għaddejja. Barra minn hekk, dawk l-investituri ma jaqblux mal-fehma tal-Kummissjoni li Antin irċeviet benefiċċju addizzjonali taħt id-Deċiżjoni minbarra dak riċevut minn benefiċjarji oħra, minħabba li l-kumpens lil Antin ma jipprekludix li investituri oħra jistgħu wkoll jitolbu kumpens għad-danni skont id-dritt nazzjonali li jista’ jkun saħansitra ogħla minn dak tal-kumpens ta’ Antin.

7.2.7.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni u l-Iskema tal-2013 huma kompatibbli mal-EAG 2001, l-EAG 2008 u l-EEAG

(127)

Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, xi partijiet sostnew li d-Deċiżjoni hija kompatibbli mal-EAG 2001 bħala sostituzzjoni għall-għajnuna li tat Spanja taħt l-Iskemi Preċedenti, li fil-fehma tagħhom kienet kompatibbli skont l-istess linji gwida. B’mod speċifiku, dawk il-partijiet terzi jargumentaw li peress li l-għajnuna taħt l-Iskema tal-2013 hija ħafna inqas mill-appoġġ taħt l-Iskemi Preċedenti, id-Deċiżjoni tissostitwixxi biss parti mid-differenza bejn l-appoġġ finanzjarju taħt l-Iskemi Preċedenti u l-Iskema tal-2013 u l-Iskemi Preċedenti nfushom ma pprovdewx kumpens żejjed. Fil-fehma ta’ dawk il-partijiet, isegwi li d-Deċiżjoni ma tikkumpensax lil Antin b’mod eċċessiv. Abbażi ta’ dak ir-raġunament, il-partijiet jargumentaw li l-għajnuna taħt id-Deċiżjoni hija proporzjonata. Dawk il-partijiet jargumentaw, fuq linji simili, li ġabra ta’ mudelli ta’ deċiżjonijiet (b’bażi legali simili bħal tad-Deċiżjoni) ma tirriżultax f’kumpens żejjed għall-benefiċjarji u hija proporzjonata skont l-EAG 2001.

(128)

Barra minn hekk, dawk il-partijiet terzi jargumentaw li d-Deċiżjoni tibbenefika r-RES minħabba li tipprovdi effett ta’ sinjalar importanti lil investituri prospettivi tar-RES, peress li l-ħlas potenzjali tad-Deċiżjoni minn Spanja juri li Spanja hija lesta li tikkonforma mal-obbligi internazzjonali tagħha skont it-TKE u jkollha impatt pożittiv fuq iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà. Barra minn hekk, il-fatt li d-deċiżjonijiet jitħallsu lill-investituri u mhux lill-installazzjonijiet tar-RES, fl-opinjoni ta’ dawk il-partijiet terzi, jirrifletti r-realtà ekonomika.

7.2.8.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni tista’ tiġi vvalutata skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE

(129)

Xi partijiet terzi jargumentaw li anke jekk il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tad-Deċiżjoni jenħtieġ li titwettaq b’kunsiderazzjoni tad-Deċiżjoni fuq bażi awtonoma, f’każijiet ta’ kumpens għad-danni għall-għeluq preċedenti tal-impjanti tal-fjuwils fossili, il-Kummissjoni vvalutat il-kompatibbiltà tal-għajnuna direttament abbażi tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE minħabba li l-għoti tal-kumpens ma setax jallinja mal-linji gwida dwar l-għajnuna rilevanti.

7.2.9.   Osservazzjonijiet li jsostnu li l-għajnuna hija inkompatibbli mal-EEAG

(130)

Parti terza waħda hija tal-opinjoni li l-mument tal-għoti rilevanti jkun id-data li fiha t-Tribunal ħareġ id-Deċiżjoni, jiġifieri l-15 ta’ Ġunju 2018, u għalhekk, il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern jenħtieġ li tiġi vvalutata skont l-EEAG.

(131)

Barra minn hekk, dik il-parti ssostni li l-għajnuna ma tikkonformax mal-punti 23 u 31 tal-EEAG, peress li l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ma tirriżultax f’kontribuzzjoni akbar għall-objettivi ambjentali tal-Unjoni. L-għan tal-għoti tal-għajnuna jkun il-konformità ta’ Spanja mal-obbligi internazzjonali tagħha skont it-TKE. Fil-fehma ta’ dik il-parti, il-miżura ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effett ta’ inċentiv stabbiliti fil-punt 49 tal-EEAG, minħabba li l-installazzjonijiet ta’ Antin komplew jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli, minkejja t-tnaqqis fl-ammont ta’ appoġġ bħala riżultat tal-modifiki għall-Iskema tal-2007. Fl-aħħar nett, dik il-parti targumenta li l-miżura mhijiex proporzjonata skont il-punt 69 tal-EEAG, minħabba li r-remunerazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni ġiet ikkalkulata skont il-metodu tad-DCF u taqbeż ir-rata raġonevoli ta’ redditu fuq l-investiment stabbilita minn Spanja taħt l-iskema ta’ għajnuna operatorja għall-ġeneraturi tar-RES. Dan l-element jikkonferma wkoll, skont il-parti terza, in-natura diskriminatorja tal-miżura notifikata, li mhijiex disponibbli għall-investituri kollha u b’hekk iżżid ir-rata ta’ redditu interna ta’ Antin lil hinn mir-rati normali ta’ redditu osservati fis-settur tal-enerġija rinnovabbli fi Spanja.

7.2.10.   Osservazzjonijiet oħra magħmula minn partijiet terzi

(132)

Diversi partijiet terzi jargumentaw li f’dan il-każ, l-awtorità tan-notifika ma tridx li l-miżura notifikata tiġi awtorizzata u, fil-fehma tagħhom, Spanja tista’ tabbuża mill-proċedura ta’ notifika u tikser il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u kooperazzjoni leali billi ssostni li ċerta informazzjoni mhijiex għad-dispożizzjoni tagħha. Dawn il-partijiet terzi jiddikjaraw li b’dan il-mod, Spanja tipprevjeni li l-miżura ta’ għajnuna notifikata tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, diversi partijiet terzi jsostnu li l-investituri għandhom aspettattivi leġittimi li l-klawżola ta’ arbitraġġ tat-TKE hija valida u li d-deċiżjonijiet maħruġa mit-tribunali tal-arbitraġġ stabbiliti skont it-TKE huma vinkolanti kemm bħala kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tad-dritt internazzjonali minħabba (i) l-adeżjoni tal-Unjoni għat-TKE għal aktar minn 25 sena (fl-1994) mingħajr ma assoċjat l-ebda riżerva dwar il-klawżola ta’ arbitraġġ intra-UE, (ii), il-prinċipju Achmea, stabbilit f’Marzu 2018, li jirrappreżenta interpretazzjoni ġdida tad-dritt tal-Unjoni u li ma għandux effett retroattiv (89), (iii) il-fatt li għadd sinifikanti ta’ każijiet ta’ arbitraġġ li jinvolvu investituri tal-UE u Stati Membri seħħew abbażi tal-applikazzjoni tal-klawżola ta’ arbitraġġ fl-Artikolu 26 tat-TKE mingħajr ma l-Kummissjoni tinvoka l-projbizzjoni ta’ klawżoli ta’ arbitraġġ intra-UE, (iv) il-prinċipju taċ-ċertezza legali, (v) u, f’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita li tistabbilixxi li benefiċjarju tal-għajnuna għandu aspettattivi leġittimi meta jkun involut b’mod irrevokabbli fi proġett li għalih ingħatat għajnuna ħafna qabel ma l-Kummissjoni vvalutat il-miżura ta’ għajnuna.

(133)

Diversi partijiet terzi oħra jsostnu li l-approċċ segwit minn Spanja u mill-Kummissjoni f’dawn il-proċedimenti joħloq preċedent li, fil-fehma tagħhom, se jkun ta’ ħsara għall-istat tad-dritt u għall-klima tal-investiment fl-Unjoni. Barra minn hekk, dawk il-partijiet isostnu li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ twassal għal frizzjonijiet ma’ istituzzjonijiet globali (bħall-Bank Dinji), ġudikaturi ta’ pajjiżi terzi kif ukoll konsorzju ta’ aktar minn 50 investitur fl-enerġija rinnovabbli.

8.   OSSERVAZZJONIJIET TA’ ANTIN

8.1.   Osservazzjonijiet dwar l-eżistenza tal-għajnuna

8.1.1.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni ma tinvolvix għajnuna mill-Istat

(134)

Antin tirreferi għall-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-premessi (73) sa (77) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li skonthom, abbażi tas-sentenza Asteris, sabiex il-kumpens għad-danni mogħti skont il-liġi nazzjonali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, hija trid tikkumpensa għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat illegali jew inkompatibbli. Fil-fehma tagħha, jekk il-kumpens (hawnhekk fil-forma tad-Deċiżjoni) jikkumpensa għal miżura mogħtija skont il-liġi nazzjonali (hawnhekk it-TKE, li sar parti mil-liġi nazzjonali bir-ratifika tat-TKE minn Spanja) li jew ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, jew tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, allura dik il-miżura ma tmurx kontra d-dritt tal-Unjoni (għajnuna mill-Istat) u għalhekk il-kumpens għal dik il-miżura ma jikkostitwixxix għajnuna. Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, Antin targumenta li d-Deċiżjoni tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat biss, jekk l-Iskemi Preċedenti kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali jew inkompatibbli. Barra minn hekk, Antin targumenta li d-Deċiżjoni għandha fi kwalunkwe każ tiġi vvalutata bħala parti mill-Iskemi Preċedenti, minħabba li tikkonferma d-dritt preeżistenti tagħha li tirċievi finanzjament taħt l-Iskemi Preċedenti. Peress li l-Iskemi Preċedenti ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, id-Deċiżjoni lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna.

(135)

B’mod partikolari, Antin issostni li l-Iskemi Preċedenti ma kinux jinvolvu l-għoti ta’ riżorsi tal-Istat minħabba li l-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat trid tiġi kkunsidrata abbażi tal-ġurisprudenza prevalenti fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna. Skont il-ġurisprudenza applikabbli fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-Iskemi Preċedenti, il-mekkaniżmu għall-għoti tal-appoġġ taħt l-Iskemi Preċedenti ma kienx jinvolvi riżorsi tal-Istat. Antin issostni li l-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Iskemi Preċedenti, li ġie introdott sa mill-1997 u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-2007, ma kienx jinvolvi riżorsi tal-Istat skont il-ġurisprudenza applikabbli matul l-implimentazzjoni tiegħu u sal-2014 (90). B’mod iktar speċifiku, Antin issostni li r-rwol tas-CNMC kien limitat għall-ġbir tal-imposti tal-aċċess għan-network u għad-distribuzzjoni tagħhom lill-benefiċjarji. Is-CNMC ma kellha l-ebda setgħa ta’ diskrezzjoni biex tqassam il-fondi għal skopijiet oħra għajr dawk previsti mil-liġi jew sabiex tibdel il-livell ta’ ħlasijiet, u għalhekk il-fondi rilevanti fl-ebda mument ma kienu jaqgħu taħt is-sjieda jew għad-dispożizzjoni tas-CNMC. Għalhekk, ma hemm l-ebda kontroll mill-Istat fuq il-fondi. Skont Antin, il-ġurisprudenza prevalenti fl-2014 (91) mhijiex rilevanti għall-evalwazzjoni tal-Iskemi Preċedenti, li ma kinux għadhom fis-seħħ mill-2014. Fl-aħħar nett, anke jekk l-Iskemi Preċedenti kellhom jiġu vvalutati abbażi tal-ġurisprudenza prevalenti fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, dawn ma kinux jinvolvu riżorsi tal-Istat, minħabba li l-mekkaniżmu ta’ finanzjament tagħhom huwa simili għal dak ivvalutat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża EEG (92).

(136)

Barra minn hekk, Antin issostni li anke jekk id-Deċiżjoni għandha tiġi vvalutata separatament mill-Iskemi Preċedenti, din ma tinvolvix għajnuna mill-Istat, minħabba li l-unika raġuni sottostanti għall-għoti tagħha hija d-dannu mġarrab minn Antin minħabba l-imġiba ta’ Spanja bi ksur tat-TKE u għalhekk ma tagħtix vantaġġ lil Antin fid-dawl tas-sentenza Asteris. In-natura kumpensatorja tad-Deċiżjoni hija kkonfermata wkoll mill-fatt li l-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 26 tat-TKE jikkonċernaw biss lill-investituri u mhux lill-benefiċjarji tal-Iskemi Preċedenti. Jiġifieri, fir-rigward ta’ Antin, id-Deċiżjoni ngħatat lill-investituri (Antin) u mhux lill-benefiċjarji tal-Iskemi Preċedenti, jiġifieri, il-kumpaniji Andasol. Antin targumenta wkoll li l-fatt li l-kumpens jingħata skont ir-regoli internazzjonali (jiġifieri t-TKE) minflok ir-regoli nazzjonali ma jibdilx in-natura tiegħu bħala kumpens għad-danni u li fi kwalunkwe każ, id-Deċiżjoni hija konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti dwar il-kumpens għad-danni.

(137)

Fl-aħħar nett, Antin issostni li d-drittijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tagħha ta’ 45 % f’kull waħda mill-kumpaniji Andasol jitqiesu bħala investiment purament finanzjarju minħabba li Antin ma tiġġestixxix il-kumpaniji Andasol, għalhekk Antin mhijiex impriża u għalhekk l-għoti tad-Deċiżjoni lil Antin ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

8.1.2.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni mhijiex imputabbli għal Spanja

(138)

Antin issostni li peress li l-Iskemi Preċedenti ma kinux jinvolvu riżorsi tal-Istat, ma hemm l-ebda għajnuna mill-Istat u l-valutazzjoni tal-imputabbiltà mhijiex rilevanti. Madankollu, jekk id-Deċiżjoni għandha tiġi vvalutata separatament mill-Iskemi Preċedenti, l-imputabbiltà tad-Deċiżjoni ma tistax tiġi bbażata fuq l-adeżjoni ta’ Spanja mal-Konvenzjoni tal-ICSID jew mat-TKE minħabba li, fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni ma ssuġġerietx fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-iskema sottostanti hija l-Konvenzjoni tal-ICSID jew it-TKE. Għall-kuntrarju, kif jista’ jiġi dedott mill-premessi (10) u (36) sa (44) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, hija assumiet li d-Deċiżjoni hija jew miżura ad hoc innifisha jew qed terġa’ ddaħħal l-Iskemi Preċedenti.

(139)

Barra minn hekk, Antin issostni li fid-dawl tal-obbligi ta’ Spanja taħt id-dritt internazzjonali, hija ma tistax tagħżel li ma tħallasx id-Deċiżjoni. Speċifikament, hija targumenta li jekk jeżistu obbligi legali, l-osservanza tagħhom ma tistax titqies li teħtieġ “deċiżjoni” biex tikkonforma magħhom. Fil-fehma ta’ Antin, il-fatt li Spanja talbet speċifikament lill-Kummissjoni biex ma tapprovax id-Deċiżjoni meta tinnotifikaha, juri li Spanja ma għandha l-ebda diskrezzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fuq il-ħlas tagħha.

8.1.3.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni

(140)

Antin issostni li jekk id-Deċiżjoni għandha tiġi vvalutata separatament mill-Iskemi Preċedenti, ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, minħabba li Antin biegħet l-investiment tagħha fl-impjanti Andasol f’Awwissu 2017 u minn dak iż-żmien ma kinitx qed tinvesti fis-settur tal-enerġija fl-Unjoni u lanqas ma għandha pożizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja f’xi kumpanija oħra li hija attiva f’dan is-settur fl-Unjoni.

8.1.4.   Osservazzjonijiet li jsostnu li anke jekk l-Iskemi Preċedenti kienu jinvolvu għajnuna mill-Istat, din tikkostitwixxi għajnuna eżistenti

(141)

Antin tallega li anke jekk l-Iskemi Preċedenti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, din tkun għajnuna eżistenti (minħabba li l-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ 10 snin ikun skada) li jfisser, fil-fehma tagħha, li d-Deċiżjoni ma tikkumpensax għal għajnuna mill-Istat illegali jew inkompatibbli.

(142)

B’mod partikolari, Antin targumenta li d-Deċiżjoni hija marbuta b’mod inseparabbli mal-Iskemi Preċedenti u għalhekk jenħtieġ li jitqies li l-għajnuna ngħatat fl-1997, meta ġiet stabbilita l-ewwel skema, jew mhux aktar tard mill-1998, meta ġiet implimentata għall-ewwel darba bid-Digriet Reġju 2818/1998. Fil-fehma tagħha, il-perjodu ta’ preskrizzjoni skada fl-2008, filwaqt li l-modifiki tal-Iskemi Preċedenti fl-2004 u fl-2007 mhumiex bidliet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-analiżi tal-kompatibbiltà u ma jiġġustifikawx bidla fil-kwalifika tal-għajnuna minn eżistenti għal ġodda.

(143)

Barra minn hekk, Antin issostni li anke jekk jitqies li l-emendi tal-Iskemi Preċedenti, li ġew introdotti fl-2004 u fl-2007, ikollhom impatt fuq il-kompatibbiltà tal-iskemi, l-għajnuna tkun għadha teżisti, peress li l-perjodu ta’ preskrizzjoni skada fl-2014 u fl-2017 rispettivament, jiġifieri qabel in-notifika tad-Deċiżjoni lill-Kummissjoni fl-2019.

(144)

Antin issostni li, peress li skont il-ġurisprudenza Asteris, il-kumpens għad-danni jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat biss jekk jikkumpensa għal għajnuna illegali jew inkompatibbli, il-fatt li l-għotjiet lil Antin taħt l-Iskemi Preċedenti jikkostitwixxu għajnuna eżistenti jfisser li d-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Alternattivament, anke jekk jitqies li d-Deċiżjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-fatt li l-Iskemi Preċedenti (jew pjuttost l-għotjiet individwali lil Antin taħt l-Iskemi Preċedenti) kienu jikkostitwixxu għajnuna eżistenti jfisser li d-Deċiżjoni tikkostitwixxi wkoll għajnuna eżistenti.

8.1.5.   Osservazzjonijiet li jsostnu li jekk id-Deċiżjoni tinvolvi għajnuna, dik l-għajnuna tkun legali

(145)

Antin targumenta li, peress li d-Deċiżjoni ma tinvolvix għajnuna mill-Istat, l-obbligu ta’ sospensjoni ma japplikax, iżda anke jekk kellu jitqies li d-Deċiżjoni tinvolvi għajnuna mill-Istat, it-Tribunal ma kellu l-ebda obbligu li jissospendi l-proċedimenti tiegħu.

8.1.6.   Osservazzjonijiet li jsostnu li l-għajnuna ngħatat meta Antin irċeviet l-għotja taħt l-Iskemi Preċedenti

(146)

Antin issostni li peress li d-Deċiżjoni ngħatat sabiex jiġu stabbiliti mill-ġdid id-drittijiet stabbiliti taħt l-Iskemi Preċedenti, l-għajnuna ngħatat meta Antin irċeviet l-għotja taħt l-Iskemi Preċedenti. Fil-fehma tagħha, mhuwiex korrett li jitqies li l-għajnuna ngħatat bl-adozzjoni mit-Tribunal tad-deċiżjoni li tinħareġ id-Deċiżjoni (93). Barra minn hekk, Antin targumenta li jekk it-talba fi proċedimenti legali għall-ħlas ta’ parti mill-għajnuna mill-Istat mhux riċevuta trid titqies bħala parti minn dik l-għajnuna sottostanti u mhux bħala għajnuna separata, is-sentenza li tagħti d-dritt li wieħed jirċievi dik il-parti lanqas ma tista’ titqies bħala għoti ta’ għajnuna separata (94). Għaldaqstant, ma jistax jitqies li s-sentenza tagħti għajnuna ġdida jew li d-data tal-adozzjoni tas-sentenza hija d-data tal-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna.

8.2.   Osservazzjonijiet dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

8.2.1.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat inkompatibbli

(147)

Antin issostni li meta l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Komstroy, iddikjarat li d-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ skont it-TKE huma invalidi, dan kien obiter dictum, li ma għandux saħħa legali u d-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq każ teoretiku li qatt ma jkun soġġett għad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, Antin issostni li l-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/20 tagħha, ma ddeċidietx dwar jekk l-abbozz tat-TKE modernizzat huwiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u jekk kwalunkwe kumpens potenzjali skont it-TKE għal miżura jistax jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(148)

Antin issostni wkoll li l-applikazzjoni tal-prinċipju Achmea f’dan il-każ ma tistax awtomatikament twassal għall-inkompatibbiltà tad-Deċiżjoni mas-suq intern. Dan huwa minnu, fil-fehma tagħha, minħabba li jekk id-dritt tal-Unjoni ta’ klassifikazzjoni aktar baxxa (hawnhekk it-TKE) jikkontradixxi d-dritt primarju tal-Unjoni (hawnhekk il-prinċipju Achmea flimkien mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat), id-dispożizzjonijiet konfliġġenti jridu jiġu rrikonċiljati, minflok ma jiġi preżunt li d-dritt primarju tal-Unjoni awtomatikament jissupera liġi oħra tal-Unjoni bbażata fuq it-TKE.

(149)

Barra minn hekk, Antin issostni li kwalunkwe interpretazzjoni tal-ġurisprudenza li tissuġġerixxi li l-klawżola ta’ arbitraġġ tat-TKE tikser dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni tikkontradixxi l-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi tal-investituri f’dan il-każ, peress li l-Kummissjoni ilha firmatarja tat-TKE mill-1994, mingħajr ebda riżerva fir-rigward tal-klawżola ta’ arbitraġġ. Antin targumenta li, meta t-TKE ġie nnegozjat qabel l-iffirmar tiegħu fl-1994, l-Unjoni għall-ewwel talbet li tiġi inkluża klawżola li tiddikjara li l-klawżola ta’ arbitraġġ tat-TKE mhijiex applikabbli għal tilwim intra-UE, madankollu hija waqqgħet dik it-talba mal-iffirmar tal-Unjoni fl-1994. Il-Kummissjoni mbagħad argumentat matul in-negozjati dwar ir-reviżjoni tat-TKE li tali klawżola jenħtieġ li tiġi inkluża fit-TKE rivedut. Skont Antin, dan l-approċċ wera li l-prinċipju stabbilit mis-sentenza Achmea jirrifletti interpretazzjoni ġdida, li ma jistax ikollha effett retroattiv. Antin issostni wkoll li l-aspettattivi leġittimi li l-arbitraġġ huwa validu huma bbażati fuq l-għadd ta’ każijiet fejn l-investituri tal-UE jkunu kisbu deċiżjonijiet kontra Stat Membru abbażi tal-Artikolu 26 tat-TKE mingħajr ma l-Kummissjoni toġġezzjonahom jew tikkontestahom (billi tibda proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ ksur). F’dan ir-rigward, Antin tindika wkoll ir-riperkussjonijiet ekonomiċi serji li l-investituri jġarrbu f’każ ta’ nuqqas ta’ validità tal-klawżola ta’ arbitraġġ, minħabba l-għadd kbir ta’ investimenti magħmula bona fide.

(150)

Barra minn hekk, Antin targumenta li l-aspettattivi leġittimi tagħha huma bbażati fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma bdietx investigazzjoni formali rigward l-Iskemi Preċedenti qabel in-notifika tad-Deċiżjoni ta’ Spanja fl-2019, minkejja li kienet konxja mill-iskemi (95). Barra minn hekk, diġà mill-2011, qabel ma tħassru l-Iskemi Preċedenti fl-2013 jew id-Deċiżjoni nħarġet f’Ġunju 2018, Antin kienet involuta b’mod irrevokabbli fi proġetti ta’ infrastruttura tar-RES u, konsegwentement, kellha aspettattivi leġittimi fir-rigward tad-dritt tagħha li tinvoka l-klawżola ta’ arbitraġġ tat-TKE (96).

8.2.2.   Osservazzjonijiet li jsostnu li d-Deċiżjoni ma tinvolvix diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità

(151)

Antin issostni li d-Deċiżjoni jenħtieġ li titqies bħala parti mill-Iskemi Preċedenti u għalhekk, ma twassal għall-ebda diskriminazzjoni, peress li l-investituri kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rilevanti jistgħu jibbenefikaw minnha. Fil-fehma ta’ Antin, l-argument tal-Kummissjoni li d-diskriminazzjoni fost l-investituri differenti (speċjalment kontra l-investituri Spanjoli) tikkonsisti fil-fatt li mhux l-investituri kollha li bbenefikaw mill-Iskemi Preċedenti għandhom aċċess għal arbitraġġ internazzjonali skont it-TKE, huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni falza li t-TKE jifforma parti mill-Iskemi Preċedenti jew li t-TKE jista’ jkun waħdu bażi għall-għoti tal-għajnuna. Antin iżżid li mhuwiex eskluż li l-investituri Spanjoli jistgħu jitolbu kumpens għad-danni skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jew skont kwalunkwe mekkaniżmu ieħor għas-soluzzjoni ta’ tilwim li setgħu qablu dwaru.

(152)

Antin issostni wkoll li anke jekk it-TKE jitqies bħala parti mill-Iskemi Preċedenti, l-argument tal-Kummissjoni dwar id-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità pjuttost jimplika diskriminazzjoni abbażi tal-post ta’ stabbiliment tal-investitur. Fil-fehma tagħha, din it-tip ta’ diskriminazzjoni ma tikser l-ebda dispożizzjoni tat-Trattati. L-għajnuna mill-Istat hija, minnha nnifisha, diskriminatorja, peress li tingħata lil kumpaniji stabbiliti fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna.

(153)

Fl-aħħar nett, Antin targumenta li jekk id-Deċiżjoni għandha tiġi eżaminata bħala għajnuna ad hoc, separatament mill-Iskemi Preċedenti, ma hemm l-ebda diskriminazzjoni, minħabba li ma jista’ jsir l-ebda tqabbil ma’ għotja oħra.

8.2.3.   Osservazzjonijiet li jsostnu li l-Iskemi Preċedenti huma kompatibbli skont l-EAG 2001, l-EAG 2008 u l-EEAG

(154)

Fil-fehma ta’ Antin, jekk id-Deċiżjoni titqies li tinvolvi għajnuna mill-Istat, il-kompatibbiltà tagħha ma għandhiex tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta nħarġet id-Deċiżjoni. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta d-Deċiżjoni bħala parti mill-Iskemi Preċedenti u tapplika l-Linji Gwida li kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna lil Antin taħt l-Iskemi Preċedenti.

(155)

Antin issostni li d-Deċiżjoni tiffaċilita l-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u mhijiex sempliċiment riżultat tal-konformità ta’ Spanja mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni tal-ICSID. Fil-fehma tagħha, jekk id-Deċiżjoni titqies li tikkonferma d-dritt preeżistenti li wieħed jirċievi għajnuna taħt l-Iskemi Preċedenti, l-għajnuna tingħata għal investimenti fl-enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, anke jekk id-Deċiżjoni titqies fuq bażi awtonoma, l-obbligu ta’ kumpens ta’ Spanja skont il-Konvenzjoni tal-ICSID ġie skattat (u jista’ jiġi skattat biss) minħabba l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli ta’ Antin. Għalhekk, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli hija l-unika attività sottostanti rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ammont ta’ kumpens.

(156)

Antin issostni li hija teżerċita attività tar-RES, minħabba li tista’ titqies li teżerċita l-attività tal-kumpaniji Andasol, jiġifieri l-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, u għalhekk tifforma “impriża waħda” mal-kumpaniji Andasol. Bl-akkwist ta’ 45 % tal-kumpaniji Andasol, hija teżerċita kontroll ta’ ġestjoni konġunta ma’ RREEF Infrastructure (G.P.) Limited u RREEF Pan-European Infrastructure Two Lux S.à r.l. Barra minn hekk, fil-fehma ta’ Antin huwa artifiċjali li wieħed isostni li l-investitur huwa involut fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli biss jekk jifforma unità ekonomika mal-impjant jew jiġġestixxi l-impjant, peress li l-kumpanija li topera l-impjant hija biss mezz biex jiġi riċevut l-appoġġ, filwaqt li huwa l-investitur li jassumi r-riskji kollha u jieħu d-deċiżjonijiet importanti għall-operazzjoni tal-impjant. Għalhekk, meta l-Kummissjoni tawtorizza għajnuna lill-kumpanija li topera l-impjant rinnovabbli, l-għajnuna trid titqies li tkun ta’ benefiċċju għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli irrispettivament minn jekk il-profitti jitħallsux lill-kumpanija li topera l-impjant jew direttament lill-azzjonist. Skont Antin, fi kwalunkwe każ jidher li fil-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, ħafna benefiċjarji tal-għajnuna mhux neċessarjament kellhom ishma jew kontroll ta’ ġestjoni fuq l-impjanti u s-sjieda ta’ perċentwal minimu ta’ ishma tal-impjant tal-proġett qatt ma kienet kundizzjoni għall-għoti ta’ għajnuna fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Fl-aħħar nett, Antin targumenta li fil-każ li Antin u l-kumpaniji Andasol jikkostitwixxu unità ekonomika waħda, il-fatt li Antin, wara li xtrat il-kumpanniji Andasol fl-2011, reġgħet biegħethom fl-2017, mhuwiex rilevanti. Kwalunkwe kumpens għandu jingħata lil Antin, peress li ħallset għall-valur tas-suq tal-kumpaniji Andasol fuq is-suppożizzjoni li kienet se tirċievi l-ammont sħiħ tal-għajnuna.

(157)

F’dan ir-rigward, Antin tindika li l-fatt li xi appoġġ huwa teknikament dirett lejn il-produzzjoni tal-elettriku mill-gass naturali ma jaffettwax il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, minħabba li l-użu tal-gass naturali huwa limitat fiż-żmien u huwa relatat ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ effiċjenza. Barra minn hekk, kważi l-benefiċjarji kollha tal-għajnuna taħt l-Iskemi Preċedenti u l-Iskema tal-2013 jużaw il-gass sa ċertu punt matul intervalli qosra u l-Kummissjoni ħafna drabi awtorizzat ukoll għajnuna għal impjanti li jaħdmu bil-gass.

(158)

B’referenza għall-effett ta’ inċentiv, Antin issostni li sakemm tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Iskemi Preċedenti, jenħtieġ li jitqies li d-Deċiżjoni għandha wkoll effett ta’ inċentiv.

(159)

Antin issostni li l-Iskemi Preċedenti huma kompatibbli skont l-EAG tal-2001, minħabba li r-ritorni mmirati ta’ Spanja taħt l-Iskemi Preċedenti huma konformi mar-redditi li l-Kummissjoni awtorizzati regolarment għal skemi oħra ta’ appoġġ RES bejn l-2001 u l-2009 taħt l-EAG tal-2001. Din il-valutazzjoni mhijiex affettwata mill-emendi tal-iskema, li ġew introdotti fl-2004 u fl-2007.

(160)

Fil-fehma ta’ Antin, l-Iskemi Preċedenti huma proporzjonali wkoll skont l-EAG tal-2008, minħabba li r-rata ta’ redditu mmirata ta’ Spanja għall-2008 sal-2013 kienet ta’ 7 % - 10 %, u b’hekk taħt il-medda ta’ redditu ta’ 10 % - 13 %, li l-Kummissjoni awtorizzat matul l-istess perjodu għal skemi oħra ta’ appoġġ tar-RES.

(161)

Fil-każ li l-valutazzjoni titwettaq skont l-EEAG, Antin targumenta li l-effett ta’ inċentiv jenħtieġ li ma jiġix ivvalutat skont it-Taqsima 3.2.4.2. tal-EEAG, minħabba li d-Deċiżjoni hija parti mill-Iskemi Preċedenti u mhux għajnuna notifikabbli individwalment u l-kapaċità tal-impjanti Andasol ma taqbiżx il-250 MW, kif meħtieġ fil-punt 20 tal-EEAG. Barra minn hekk, fir-rigward tal-proporzjonalità, Antin targumenta li l-fatt li l-għajnuna tingħata permezz ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ u mhux permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti ma jistax jagħmel l-għajnuna inkompatibbli. Antin issostni li d-Deċiżjoni ġiet ikkalkulata abbażi tar-remunerazzjoni li Antin kellha tirċievi taħt l-Iskemi Preċedenti (jiġifieri, l-istess remunerazzjoni li Antin kienet tirċievi daqslikieku l-Iskemi Preċedenti kienu fis-seħħ). Hija għalhekk komposta mill-prezz tas-suq u minn primjum immultiplikat bin-numru ta’ snin inkwistjoni u l-fatt li l-primjums ġew akkumulati f’ammont wieħed ma jibdilx in-natura tal-kumpens. Antin targumenta li filwaqt li l-għajnuna ma tingħatax fi proċess kompetittiv ta’ offerti, skont il-punt 128 tal-EEAG, l-għajnuna tibqa’ kompatibbli, jekk ma tirriżultax f’kumpens żejjed u li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017 ma stabbilixxietx rata massima ta’ redditu, ma jistax jiġi eskluż li rata ta’ redditu ta’ 9 % tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni, minħabba l-prattika deċiżjonali tagħha fil-perjodu mill-2014 sal-2020.

(162)

Barra minn hekk, Antin issostni li l-għajnuna ma tfixkilx bla bżonn il-kompetizzjoni u l-kummerċ, minħabba li ma tirriżultax f’saħħa sinifikanti fis-suq, bidla fil-flussi kummerċjali, bidla fid-dinamika tal-kompetizzjoni jew iż-żamma ta’ ditta tal-investiment għaddejja. B’mod partikolari, Antin issostni li hija stess u l-kumpaniji Andasol ma għandhomx livelli baxxi ta’ produttività u huma finanzjarjament sodi. Barra minn hekk, l-għajnuna marbuta mad-Deċiżjoni ma tirriżultax fl-għoti ta’ rati ta’ redditu mhux raġonevoli lil Antin peress li jibqgħu fil-medda tar-rati ta’ redditu u lanqas ma ddum għal żmien mhux raġonevoli (iddum biss għat-tul tal-ħajja) u ma tinvolvi l-ebda riskju ta’ sussidjar reċiproku jew newtralità teknoloġika. Fl-aħħar nett, l-għajnuna marbuta mad-Deċiżjoni ma tagħtix lil Antin jew lill-kumpaniji Andasol ishma miżjuda tas-suq.

(163)

Fl-aħħar nett, Antin issostni li anke jekk il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tad-Deċiżjoni għandha titwettaq b’kunsiderazzjoni tad-Deċiżjoni fuq bażi awtonoma, f’każijiet dwar il-kumpens għad-danni għall-għeluq bikri tal-impjanti tal-fjuwils fossili, il-Kummissjoni vvalutat il-kompatibbiltà tal-għajnuna direttament abbażi tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE, jekk il-kumpens ma setax jallinja mal-linji gwida rilevanti dwar l-għajnuna.

8.3.   Osservazzjonijiet oħra

(164)

Antin issostni li Spanja ma nnotifikatx id-Deċiżjoni bl-għan li tiġi awtorizzata u għalhekk tista’ tabbuża mill-proċedura ta’ notifika u tikser il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u kooperazzjoni leali billi ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa u billi tipprevjeni li l-miżura ta’ għajnuna nnotifikata tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni.

9.   OSSERVAZZJONIJIET TA’ SPANJA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TA’ PARTIJIET TERZI

(165)

L-awtoritajiet Spanjoli bagħtu t-tweġiba tagħhom għall-osservazzjonijiet ippreżentati minn partijiet terzi fit-3 ta’ Jannar 2023, fis-27 ta’ Novembru 2023 u fid-29 ta’ Jannar 2024.

9.1.   Osservazzjonjiet relatati mal-osservazzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(166)

Bi tweġiba għall-argumenti ta’ partijiet terzi li d-Deċiżjoni ma tinvolvix għajnuna mill-Istat, Spanja ttenni r-raġunament tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, fejn il-Kummissjoni fakkret (fil-premessa (165)), li kwalunkwe kumpens li tribunal tal-arbitraġġ kellu jagħti lil investitur fuq il-bażi li Spanja mmodifikat l-iskema ekonomika tal-primjum (l-Iskema tal-2007) bl-iskema notifikata (l-Iskema tal-2013) jikkostitwixxi fih innifsu għajnuna mill-Istat.

(167)

Barra minn hekk, Spanja tenniet li skont il-ġurisprudenza l-għajnuna tingħata fid-data li fiha tingħata d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, minħabba li d-dritt għal kumpens għat-telf li r-rikorrenti fl-arbitraġġ jallegaw li ġarrbu minħabba t-tħassir ta’ skema ta’ għajnuna mill-Istat ingħata biss permezz tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ (97).

9.2.   Osservazzjonijiet relatati mal-osservazzjonijiet dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(168)

Bi tweġiba għall-kummenti ta’ partijiet terzi rigward ir-rilevanza tas-sentenza Komstroy, Spanja osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-għajnuna mogħtija abbażi ta’ deċiżjoni intra-UE maħruġa minn tribunal tal-arbitraġġ skont it-TKE mhijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, minħabba li tali tribunal tal-arbitraġġ mhuwiex parti mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni, għall-kuntrarju tal-Artikolu 19(1) TUE, kif ukoll l-Artikoli 267 u 344 TFUE (98).

9.3.   Osservazzjonjiet relatati mal-osservazzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(169)

Bi tweġiba għall-argumenti ta’ parti terza li t-tneħħija jew it-tnaqqis tal-inċentivi li taw lok għall-kumpens fid-Deċiżjoni ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u fi kwalunkwe każ kienu jkunu għajnuna eżistenti, l-awtoritajiet Spanjoli fakkru li fis-sentenza Micula, li, fil-biċċa l-kbira, hija simili għal dan il-każ, il-Qorti ċaħdet il-fehma li għajnuna li tammonta għal kumpens li tinsab f’deċiżjoni ta’ arbitraġġ magħmula abbażi ta’ TBI intra-UE skattat mit-tħassir tal-iskema inkwistjoni tista’ titqies li ngħatat fiż-żmien tat-tħassir tal-iskema inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, il-Qorti ċċarat li l-benefiċjarju jikseb id-dritt li jirċievi l-għajnuna abbażi tad-deċiżjoni fiż-żmien meta tingħata d-deċiżjoni (99).

(170)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli semmew li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li deċiżjoni, sa fejn hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Artikoli 267 u 344 tat-TFUE, ma jista’ jkollha l-ebda effett jew tiġi infurzata (100). Spanja targumenta wkoll li l-istess prinċipju japplika f’dan il-każ u l-għajnuna ma tistax tingħata b’mod li jmur kontra l-Artikoli 267 u 344 tat-TFUE.

(171)

Bi tweġiba għall-affermazzjonijiet magħmula minn partijiet terzi dwar ir-rilevanza tas-sentenza Asteris, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-kumpens għall-għajnuna mhux imħallsa skont il-Politika Agrikola Komuni li nstab li huwa illegali mill-Qrati tal-Unjoni ma jistax jiġi assimilat ma’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ dwar l-investiment intra-UE skont it-TKE. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli indikaw il-każ Micula li fih il-Qorti ċċarat il-karattru tal-arbitraġġ dwar l-investiment intra-UE bħala sistema għas-soluzzjoni ta’ tilwim barra mis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tal-Istati Membri qabel ma kklassifikat tali deċiżjoni bħala għajnuna mill-Istat.

(172)

Barra minn hekk, bi tweġiba għall-allegazzjonijiet ta’ partijiet terzi li l-Iskema tal-2007 kienet tikkostitwixxi, flimkien ma’ skemi preċedenti, għajnuna eżistenti, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017 analizzat il-kumpens kollu li rċevew il-benefiċjarji kemm taħt l-Iskema tal-2007 kif ukoll taħt l-Iskema tal-2013.

(173)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli, bi tweġiba għall-kummenti tal-partijiet terzi li qajmu dubji dwar l-imputabbiltà tad-Deċiżjoni għal Spanja, japprovaw ir-raġunament tal-Kummissjoni stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(174)

Bi tweġiba għall-argumenti mqajma minn partijiet terzi b’rabta mal-effett tal-miżura fuq is-suq intern, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li l-Qorti f’Micula (101) stabbiliet li d-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ intra-UE mogħtija minn mekkaniżmu barra mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni jammontaw għal għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, li jagħmel l-impatt tagħhom fuq is-suq irrilevanti. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017 uriet li kemm l-Iskema tal-2007 kif ukoll dik tal-2013 jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern.

(175)

Bi tweġiba għall-argumenti tal-partijiet terzi dwar id-Deċiżjoni li tagħti l-għajnuna, l-awtoritajiet Spanjoli jirreferu għall-ġurisprudenza (102) li tikkonferma li l-fattur deċiżiv għad-determinazzjoni tad-data li fiha ngħatat l-għajnuna huwa l-akkwist tad-dritt li jirċievu l-għajnuna tal-benefiċjarji u l-impenn korrispondenti mill-Istat li jagħti l-għajnuna.

(176)

Bi tweġiba għall-kummenti ta’ partijiet terzi b’rabta mar-rilevanza tad-deċiżjoni Dobeles Hes (103), l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-ġurisprudenza dwar dan il-punt ingħatat fil-kuntest ta’ regola preliminari bħala riżultat ta’ tilwima relatata mal-għajnuna mill-Istat quddiem il-qrati amministrattivi nazzjonali. Skont Spanja, tali deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpens skont il-qrati nazzjonali mhumiex rilevanti għal dawn il-proċedimenti u hemm distinzjoni bejn ordni biex jitħallas prezz rikonoxxut minn regola nazzjonali u deċiżjoni ta’ arbitraġġ dwar l-investiment li tirrikonoxxi somom minħabba l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali emendata jew imħassra. Għalhekk, fil-fehma tal-awtoritajiet Spanjoli, it-talbiet ta’ partijiet terzi li jikkonċernaw il-qrati nazzjonali tal-Istati Membri mhumiex applikabbli fil-kuntest ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ dwar l-investiment.

9.4.   Osservazzjonijiet relatati mal-osservazzjonijiet dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(177)

Bi tweġiba għall-osservazzjonijiet minn partijiet terzi dwar ir-rilevanza tas-sentenza Komstroy u l-Opinjoni 1/20, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li l-ġurisprudenza pprovdiet interpretazzjonijiet awtoritattivi tat-TKE, u speċifikament l-Artikolu 26 tiegħu, li jiċċaraw li l-mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta’ tilwim permezz tal-arbitraġġ ma jistax ikun applikabbli għal tilwim intra-UE minħabba li jikser l-Artikoli 267 u 344 TFUE. L-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw li l-Qorti sostniet li dan il-prinċipju huwa applikabbli wkoll għat-TKE.

(178)

Bi tweġiba għall-affermazzjonijiet ta’ parti terza li d-Deċiżjoni kif ukoll l-Iskema tal-2013 jammontaw għal għajnuna kompatibbli f’konformità mal-linji gwida applikabbli tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li d-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ intra-UE bbażati fuq it-TKE huma manifestament inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li bħala riżultat tal-ġurisprudenza (104) dwar il-mument tal-għoti ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ, f’dan il-każ kwalunkwe affermazzjonijiet dwar il-kompatibbiltà possibbli tad-Deċiżjoni ma’ linji gwida preċedenti għal dik id-data (jiġifieri, EAG 2001 u EAG 2008) huma żbaljati.

(179)

Barra minn hekk, bi tweġiba għall-affermazzjonijiet tal-parti terza dwar il-proporzjonalità tad-Deċiżjoni mal-EEAG, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-analiżi pprovduta hija żbaljata u hija nieqsa mill-kredibbiltà. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li d-Deċiżjoni, għall-kuntrarju tal-fehma ta’ dik il-parti terza, ma għandha l-ebda effett ta’ inċentiv u ma tirriżulta fl-ebda benefiċċju għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, filwaqt li d-Deċiżjoni tista’ wkoll tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern, f’kunflitt mal-EEAG.

9.5.   Osservazzjonijiet dwar osservazzjonijiet oħra ta’ partijiet terzi

(180)

Bi tweġiba għall-kummenti ta’ partijiet terzi dwar l-aspettattivi leġittimi tagħhom, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’dan il-każ ma tistax tinbidel billi tibbaża fuq l-aspettattivi tal-investituri. Barra minn hekk, Spanja ssostni li skont il-ġurisprudenza, il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, bħaċ-ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi, ma jistgħux jipprekludu l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ miżuri biex inaqqsu jew jabolixxu l-inċentivi mogħtija qabel (105).

(181)

Barra minn hekk, bi tweġiba għall-osservazzjonijiet imqajma minn partijiet terzi fir-rigward tal-eżistenza ta’ abbuż fil-proċess ta’ notifika, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li huma kkonformaw mal-obbligu ta’ notifika tagħhom skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE biex jiżguraw il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni biex tirrieżamina l-għajnuna mill-Istat u l-gwida tal-Kummissjoni biex tissospendi l-ħlas ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017.

(182)

Bi tweġiba għall-affermazzjonijiet imqajma minn parti terza li jargumentaw li l-Iskema tal-2007 kienet għajnuna kompatibbli f’konformità mal-linji gwida applikabbli tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li tali valutazzjoni hija irrilevanti għall-finijiet tal-proċedimenti preżenti li jivvalutaw il-kompatibbiltà tad-Deċiżjoni.

10.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

10.1.   Eżistenza tal-għajnuna

(183)

L-Artikolu 107(1) TFUE jipprevedi li “għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(184)

Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk tissodisfa erba’ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, il-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni, il-miżura trid tagħti vantaġġ lil benefiċjarju. It-tielet, il-miżura trid tiffavorixxi ċerti impriżi jew attivitajiet ekonomiċi (jiġifieri l-vantaġġ irid ikun selettiv). Ir-raba’, il-miżura jrid ikollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li tfixkel, jew thedded li tfixkel, il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(185)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (il-premessi (71) sa (88)), il-Kummissjoni kkonkludiet, fuq bażi preliminari, li d-Deċiżjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Għar-raġunijiet spjegati hawn taħt fil-bqija tat-Taqsima 10.1, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-implimentazzjoni, il-ħlas, jew l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni (l- “Implimentazzjoni”), tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

10.1.1.   Imputabbiltà u riżorsi tal-Istat

Imputabbiltà

(186)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, sabiex vantaġġ selettiv jikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, dan irid, fost l-oħrajn, ikun imputabbli għall-Istat (106). Irid jiġi nnotat ukoll li, meta vantaġġ jingħata minn awtorità pubblika, dan il-vantaġġ huwa, minnu nnifsu, imputabbli għall-Istat (107).

(187)

Kif ġie spjegat fil-premessa (65), Spanja ffirmat it-TKE fis-17 ta’ Diċembru 1994, irratifikatu fil-11 ta’ Diċembru 1997, u t-TKE daħal fis-seħħ fir-rigward ta’ Spanja fis-16 ta’ April 1998. Kif ġie spjegat ukoll minn Spanja, f’konformità mal-Artikolu 96(1) tal-Kostituzzjoni Spanjola, it-trattati internazzjonali li jiġu konklużi b’mod validu jsiru parti mill-ordni legali interna, ladarba jiġu ppubblikati uffiċjalment fi Spanja. Ir-ratifika tat-TKE minn Spanja ġiet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjol fis-17 ta’ Marzu 1998 (“Strument ta’ ratifika tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll tal-Karta tal-Enerġija fuq l-Effiċjenza fl-Enerġija u Aspetti Ambjentali Relatati, magħmul f’Lisbona fis-17 ta’ Diċembru 1994 ”, ara wkoll il-premessa (65)). Spanja ffirmat il-Konvenzjoni tal-ICSID fil-21 ta’ Marzu 1994 u rratifikatha fis-17 ta’ Settembru 1994. Ir-ratifika tal-Konvenzjoni tal-ICSID minn Spanja ġiet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjol fit-13 ta’ Settembru 1994 (“Strument ta’ Ratifika tal-Konvenzjoni dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim dwar l-investiment bejn l-Istati u ċ-Ċittadini ta’ Stati oħra, adottat f’Washington fit-18 ta’ Marzu 1965 ”).

(188)

It-Tribunal ħareġ id-Deċiżjoni abbażi tal-interpretazzjoni tiegħu ta’ dawk it-trattati, li Spanja kienet iffirmat u rratifikat, u li għalhekk kienet saret parti mill-ordni legali Spanjola mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjola. Spanja ddeċidiet b’mod volontarju li tiffirma u tirratifika t-TKE u l-Konvenzjoni tal-ICSID, u li tinkludihom fid-dritt nazzjonali Spanjol (ara l-premessa (187) u t-taqsima 5.4). Il-ħruġ tad-Deċiżjoni għalhekk sar possibbli bid-deċiżjoni ta’ Spanja li tiffirma u tirratifika t-TKE u l-Konvenzjoni tal-ICSID: il-fatt li t-Tribunal kellu jiċħad il-ġurisdizzjoni – minħabba li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 26 TKE ma japplikax intra-UE – ma jibdilx dan il-fatt. Id-Deċiżjoni hija imputabbli għal Spanja.

(189)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li l-Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni hija imputabbli għal Spanja wkoll għar-raġunijiet ta’ hawn taħt (ara l-premessi (190)-(191)).

(190)

Minħabba li d-Deċiżjoni tikser l-Artikoli 267 u 344 TFUE, 19 TUE u l-prinċipji ġenerali ta’ awtonomija u fiduċja reċiproka, id-Deċiżjoni ma tista’ tipproduċi l-ebda effett fl-ordni legali tal-UE, u Spanja ma tistax timplimentaha. Kwalunkwe implimentazzjoni minkejja din il-projbizzjoni tinvolvi direttament deċiżjoni awtonoma tal-awtoritajiet Spanjoli. Dan huwa minnu jekk Spanja volontarjament tħallas id-Deċiżjoni, u jekk Spanja tipprova inizjalment topponi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni quddiem qorti ta’ Stat Membru jew pajjiż terz, u jew tonqos milli tipprevjeni l-qbid ta’ assi jew tieħu d-deċiżjoni li tħallas id-Deċiżjoni sabiex tipprevjeni miżuri ta’ skoperta tal-assi u fl-aħħar mill-aħħar qbid tal-assi mhux protetti mill-immunità sovrana (108). Il-Kummissjoni tinnota wkoll, għal raġunijiet ta’ kompletezza, li r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni minn Qorti Spanjola jkunu attribwibbli wkoll għal Spanja peress li l-atti tal-korpi kollha tal-Istat, inklużi l-qrati nazzjonali, huma imputabbli għall-Istat.

(191)

Għal dawn l-istess raġunijiet, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fis-sentenza Micula li l-Istat huwa neċessarjament “involut” jekk iħallas il-kumpens previst f’deċiżjoni ta’ arbitraġġ (109). Il-Kummissjoni tinnota wkoll, għal raġunijiet ta’ kompletezza, li r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni minn qorti Spanjola jkunu attribwibbli wkoll għal Spanja peress li l-atti tal-korpi kollha tal-Istat, inklużi l-qrati nazzjonali, huma imputabbli għall-Istat.

(192)

L-ebda wieħed mill-argumenti mqajma mill-partijiet terzi interessati ma jqajjem dubju dwar din il-konklużjoni li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, hija imputabbli għal Spanja.

(193)

L-ewwel nett, għall-kuntrarju tal-argument imqajjem minn xi partijiet terzi, il-fatt li d-Deċiżjoni ngħatat minn tribunal tal-arbitraġġ bejn l-investituri u l-Istat u mhux qorti domestika ma jibdilx is-sejba tal-Kummissjoni tal-imputabbiltà tal-għajnuna u ma jipprevjenix li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tkun imputabbli għal Spanja. Fil-fatt, it-Tribunal afferma l-ġurisdizzjoni tiegħu li jagħti d-Deċiżjoni abbażi tal-interpretazzjoni tiegħu tal-Artikolu 26 tat-TKE u tal-Konvenzjoni tal-ICSID, li t-Tribunal jista’ jirreferi għalihom biss minħabba li Spanja ddeċidiet li tiffirma u tirratifika dawk l-atti tad-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, l-aċċettazzjoni ta’ raġunament li jirriżulta f’nuqqas ta’ imputabbiltà f’dan il-kuntest effettivament tippermetti lill-Istati Membri jaħarbu l-iskrutinju tal-għajnuna mill-Istat sakemm jiddependu fuq arbitraġġ bejn l-investitur u l-Istat jew jidħlu f’obbligu internazzjonali li jagħtu ċerta miżura ta’ għajnuna mill-Istat (110). Tali raġunament jaffettwa b’mod negattiv l-effettività tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 107 tat-TFUE, u għalhekk għandu jiġi miċħud.

(194)

It-tieni, fir-rigward tal-argumenti ta’ partijiet terzi stabbiliti fil-premessi (99) u (138), li l-imputabbiltà tad-Deċiżjoni ma tistax tiġi bbażata fuq l-adeżjoni ta’ Spanja mal-Konvenzjoni tal-ICSID jew mal-ECT minħabba li d-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma tissuġġerixxix li l-iskema sottostanti hija l-Konvenzjoni tal-ICSID jew it-TKE, il-Kummissjoni tqis li dan l-argument huwa irrilevanti għall-kwistjoni ta’ jekk id-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, hijiex imputabbli għal Spanja. In-natura individwali tal-miżura ma tipprevjenihiex milli tirriżulta mill-applikazzjoni (għalkemm mhux xierqa) minn tribunal tal-arbitraġġ bejn l-investitur u l-Istat ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi volontarjament minn Spanja. Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ (fil-premessa 82) irreferiet b’mod ċar għall-ftehim volontarju ta’ Spanja li tidħol fil-Konvenzjoni tal-ICSID u fit-TKE fil-valutazzjoni preliminari tagħha tal-imputabbiltà tal-miżura ta’ għajnuna.

(195)

It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li l-pretensjoni tal-partijiet terzi (ara l-premessi (100) u (139)) li skontha d-Deċiżjoni mhijiex imputabbli għal Spanja minħabba li, minħabba l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali, Spanja ma jkollha l-ebda diskrezzjoni fir-rigward tal-pagament tad-Deċiżjoni, mhijiex iġġustifikata sew, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (193). L-ewwel nett, dan ir-raġunament ma jistax jiġi aċċettat peress li dan effettivament jippermetti lill-Istati Membri kollha jaħarbu mill-iskrutinju tal-għajnuna mill-Istat, sakemm jidħlu f’obbligu internazzjonali li jagħtu ċerta miżura ta’ għajnuna mill-Istat (111). It-tieni, kif imfakkar fil-premessa (11), il-ġurisprudenza tqis li deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fi proċedimenti bejn Stat Membru u investitur minn Stat Membru ieħor, bħal f’dan il-każ, hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u għalhekk ma tista’ tipproduċi l-ebda effett u ma tistax tiġi eżegwita (112). Konsegwentement, Spanja hija meħtieġa twarrab id-Deċiżjoni u ma tistax titqies li għandha obbligu li tħallasha, timplimentaha jew teżegwiha (113). It-tielet, l-unika sitwazzjoni fejn il-ġurisprudenza tirrikonoxxi li miżura meħuda minn Stat Membru mhijiex imputabbli għall-Istat Membru hija s-sitwazzjoni fejn id-dritt tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istat Membru jimplimenta l-miżura, mingħajr ma jħalli ebda diskrezzjoni lill-Istat Membru. Dan manifestament mhuwiex il-każ f’dan il-każ. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, hija imputabbli għal Spanja.

Riżorsi tal-Istat

(196)

Skont ġurisprudenza stabbilita, huma biss il-vantaġġi mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat li jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (114).

(197)

F’dan il-każ, id-Deċiżjoni fiha obbligu għal Spanja li tħallas: (i) l-ammont totali tal-kumpens ikkalkulat mit-Tribunal fid-Deċiżjoni (jiġifieri EUR 101 miljun bħala kumpens talli kiser l-Artikolu 10(1) tat-TKE billi naqas milli jagħti trattament ġust u ekwu lill-investimenti ta’ Antin); (ii) l-imgħax ta’ qabel id-deċiżjoni; u (iii) l-imgħax ta’ wara d-deċiżjoni, li se jkollu jiġi kkalkulat mill-ġdid abbażi tad-data tal-ħlas reali (ara t-Taqsima 5.6).

(198)

Fiż-żmien tan-notifika, Spanja stmat li l-imgħax ta’ qabel id-deċiżjoni kien jammonta għal EUR 8 686 086 għall-perjodu mill-20 ta’ Ġunju 2014 sal-15 ta’ Ġunju 2018; u li l-imgħax ta’ wara d-deċiżjoni ammonta għal EUR 1 810 978 għall-perjodu mill-15 ta’ Ġunju 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019.

(199)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li jekk id-Deċiżjoni kellha titħallas, tali ħlas jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Istat Spanjol, u li tali ħlas ma jiġix impost direttament fuq il-kostijiet tas-sistema tal-elettriku u għalhekk mhux se jaqa’ direttament fuq il-konsumaturi finali tal-elettriku permezz tal-kont tal-elettriku (ara t-Taqsima 5.6).

(200)

Fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni ma sar l-ebda ħlas minn Spanja, mhux l-inqas minħabba li dan imur kontra d-dritt tal-Unjoni. Madankollu, bħala riżultat tat-tentattivi minn Antin biex tinforza d-Deċiżjoni, hemm riskju serju li Spanja jkollha tinvesti riżorsi tal-Istat fil-ħlas tad-Deċiżjoni. Tali riskju huwa biżżejjed għall-konstatazzjoni tal-preżenza ta’ riżorsi tal-Istat (115). F’dak il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li huwa irrilevanti għall-kostatazzjoni ta’ riżorsi tal-Istat jekk tali użu ta’ riżorsi tal-Istat jiksirx id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali. Dak li huwa deċiżiv huwa li l-miżura pproduċiet effetti (116). Peress li l-għajnuna tinvolvi riskju ta’ ħlas dirett minn Spanja, mill-baġit ta’ Spanja, il-Kummissjoni tqis li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, li tikkonsisti fi ħlas dirett, hija ffinanzjata minn riżorsi tal-Istat.

Konklużjoni dwar l-imputabbiltà u r-riżorsi tal-Istat

(201)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, hija imputabbli għall-Istat Spanjol u hija ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

10.1.2.   Vantaġġ u selettività

Vantaġġ ekonomiku

(202)

Vantaġġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat (117). Il-forma preċiża tal-miżura mhijiex rilevanti biex jiġi stabbilit jekk din tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-impriża (118).

(203)

F’dan ir-rigward, sabiex jiġi evalwat jekk Stat Membru tax vantaġġ lil impriża partikolari, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża wara l-miżura għandha titqabbel mas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha jekk il-miżura ma tkunx ittieħdet (119).

(204)

Barra minn hekk, il-kunċett ta’ “vantaġġ”, li huwa intrinsiku għall-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat, huwa wieħed oġġettiv, indipendentement mill-motivi tal-persuni responsabbli għall-miżura inkwistjoni. Għalhekk, in-natura tal-objettivi segwiti mill-miżuri tal-Istat u l-ġustifikazzjoni tagħhom huma nieqsa minn kull impatt fuq il-kwalifika tagħhom bħala għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 107(1) TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kawżi jew l-objettivi tal-għajnuna mill-Istat, iżda jiddefinixxihom skont l-effetti tagħhom (120).

(205)

F’dan il-każ, huwa ċar li, bid-Deċiżjoni, jew fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Antin titjieb meta mqabbla mas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha mingħajrha. B’mod aktar speċifiku, it-Tribunal ta lil Antin EUR 101 miljun flimkien mal-imgħax (stmat minn Spanja bħala EUR 8 686 086 għall-imgħax ta’ qabel id-deċiżjoni għall-perjodu mill-20 ta’ Ġunju 2014 sal-15 ta’ Ġunju 2018, flimkien ma’ EUR 1 810 978 għall-imgħax ta’ wara d-deċiżjoni għall-perjodu mill-15 ta’ Ġunju 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 – ara t-Taqsima 5.6).

(206)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tat lil Antin id-dritt li, mhux biss ma kinitx tikseb taħt il-kundizzjonijiet normali tas-suq, iżda li għandu valur finanzjarju. Dan il-valur finanzjarju jista’ jiġi ttrasferit ukoll lil benefiċjarji oħra, bi ħlas xieraq (121).

(207)

Taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri mingħajr Deċiżjoni mogħtija minn tribunal tal-arbitraġġ abbażi tal-iffirmar u r-ratifika tat-TKE minn Spanja (u l-Konvenzjoni tal-ICSID), Antin ma kienet tkun intitolata għall-ebda kumpens bħal dak miksub bħala riżultat tad-Deċiżjoni, u ma jkun hemm l-ebda titolu li abbażi tiegħu tintalab l-Implimentazzjoni (122).

(208)

Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Antin, id-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix kumpens għal azzjoni illegali minn Spanja, li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, u b’mod partikolari s-sentenza Asteris, ma tikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku. Antin issostni li l-modifika u s-sostituzzjoni tal-Iskema tal-2007 mill-Iskema tal-2013 kisru l-Artikolu 10 tat-TKE. Madankollu, dan l-argument mhuwiex iġġustifikat, għal żewġ raġunijiet.

(209)

L-ewwel nett, kif stabbilit fil-premessi (157) sa (166) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, il-modifika u s-sostituzzjoni tal-Iskema tal-2007 mill-Iskema tal-2013 la kisru l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali, u lanqas l-Artikolu 10 tat-TKE. Fis-sentenza Aquind, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-fehma tal-Kummissjoni li l-Artikolu 10 tat-TKE għandu l-istess kontenut bħall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ aspettattivi leġittimi u ċertezza legali, u ma jistax ikollu tifsira usa’ jew differenti, li jqajjem dubju dwar l-awtonomija tal-ordni legali tal-Unjoni (123).

(210)

It-tieni, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Anie, l-Artikolu 10 tat-TKE japplika biss fir-rigward ta’ investituri minn partijiet kontraenti “oħra”, li jeskludi lill-investituri tal-Unjoni (124).

(211)

Għalhekk, l-argument ta’ Antin, li skontu huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-Iskema tal-2007 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali sabiex id-Deċiżjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, huwa bbażat fuq premessa żbaljata.

(212)

Fi kwalunkwe każ, f’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tkun stabbiliet “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-ħlas ta’ somma mitluba quddiem il-qrati skont din il-leġiżlazzjoni jikkostitwixxi wkoll tali għajnuna (125). Fil-fatt, għalkemm il-ġurisprudenza tqis li għandha ssir distinzjoni bejn it-talbiet għal kumpens għal dannu li jirriżulta minn illegalità u azzjoni għall-ħlas ta’ ammonti dovuti skont il-leġiżlazzjoni (126), meta s-somom mitluba quddiem il-qrati, anke jekk formalment bħala kumpens, jikkorrispondu għall-ħlas ta’ vantaġġ li r-rikorrent jitlob skont il-leġiżlazzjoni, l-azzjoni ma titlobx kumpens għal dannu distint minn dak li jikkonsisti fin-nuqqas totali ta’ ħlas tal-vantaġġ li r-rikorrent qies li kien intitolat għalih skont din il-leġiżlazzjoni (127). Il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jistax jevita l-applikazzjoni effettiva tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat billi jikseb, mingħajr ma jiddependi fuq id-dritt tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, sentenza li tagħti kumpens li l-effett tiegħu jippermettilu, b’mod definittiv, li jkompli jimplimenta l-għajnuna inkwistjoni għal diversi snin (128).

(213)

F’dan il-każ, l-ewwel nett, kif spjegat fil-premessi (61) sa (63) ta’ din id-Deċiżjoni, il-kumpens mogħti lil Antin bis-saħħa tad-Deċiżjoni jiġi kkalkulat bħala l-valur preżenti tal-flussi tal-flus kollha li l-investitur kien jirċievi matul il-ħajja tal-impjant (25 sena), li kieku l-Iskema tal-2007 ma ġietx irrevokata minn Spanja. Għalhekk, id-Deċiżjoni għandha l-effett li tikkumpensa lil Antin għat-tħassir tal-Iskema tal-2007. Fi kliem ieħor, il-ħlas tal-kumpens mogħti mit-Tribunal għandu l-effett li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienu jsibu ruħhom fiha r-rikorrenti kieku l-Iskema tal-2007, li tikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat, baqgħet fis-seħħ.

(214)

Barra minn hekk, it-tieni, għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt, l-Iskema tal-2007 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li barra minn hekk hija illegali.

(a)

Il-benefiċjarji tal-Iskema tal-2007 huma kkumpensati b’rata li taqbeż ir-redditi li normalment kienu jirċievu mis-suq fin-nuqqas tal-Iskema tal-2007. L-iskema għalhekk tipprovdi vantaġġ. Fil-fatt, id-Digriet Reġju li introduċa l-iskema tal-2007 stabbilixxa li “Fir-rigward ta’ teknoloġiji li jeħtieġu spinta fid-dawl tal-iżvilupp limitat tagħhom, bħall-bijogass jew l-enerġija solari termoelettrika, il-profittabbiltà għandha tiżdied għal 8 % għall-faċilitajiet li jagħżlu li jfornu lid-distributuri u għal bejn 7 % u 11 % redditu għal dawk li jipparteċipaw fis-suq bl-ingrossa.” L-Iskema tal-2007 għalhekk iżżid il-profittabbiltà ta’ tali investimenti għal aktar mir-redditi tas-suq, u għalhekk tipprovdi vantaġġ. L-Iskema tal-2007 għalhekk ipprovdiet vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(b)

L-Iskema tal-2007 kienet tiffavorixxi biss il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u l-iskart mill-benefiċjarji magħżula. Għalhekk, il-vantaġġ mogħti mill-Iskema tal-2007 kien selettiv.

(c)

L-appoġġ taħt l-Iskema tal-2007 kien imputabbli għall-Istat kif ġie stabbilit mil-liġi u mid-digrieti ta’ implimentazzjoni (ara l-premessa (20)).

(d)

Il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Iskema tal-2007 (ara l-premessi (20) sa (28)) jinvolvi riżorsi tal-Istat. Kif innotat Spanja, il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Iskema tal-2007 huwa essenzjalment l-istess bħal dak ivvalutat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-ordni Elcogás, relatat mal-kostijiet tas-sistema tal-elettriku fi Spanja, u nstab li huwa ffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat (129). Għaldaqstant, l-istess kunsiderazzjonijiet bħal dawk esposti fid-digriet Elcogás japplikaw għal din il-kawża. Huwa l-Istat li jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-imposti tal-aċċess għan-network u li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-imposti, li jiġġarrbu – bħala kostijiet obbligatorji – mill-konsumaturi kollha tal-elettriku u mill-utenti tan-network. Barra minn hekk, is-sistema tal-imposti hija ġestita minn korp tal-Istat, ir-regolatur Spanjol is-CNMC. L-Istat jiddefinixxi wkoll il-benefiċjarji tar-riżolviment, kif ukoll il-formuli matematiċi applikabbli, u jirregola l-proċedura tas-saldu nnifisha, skont parametri oġġettivi predeterminati. Barra minn hekk, mid-digriet Elcogás, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fondi ffinanzjati permezz ta’ imposti obbligatorji imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, ġestiti u mqassma skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni, jistgħu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE anke jekk ikunu ġestiti minn entitajiet separati mill-awtoritajiet pubbliċi (130). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni ta’ suppliment tariffarju bħala taxxa li tikkostitwixxi riżorsi tal-Istat kien li dan is-suppliment tal-prezz kien jikkostitwixxi taxxa imposta unilateralment mil-liġi li l-konsumaturi kienu obbligati jħallsu. Spanja kkonfermat (ara l-premessa (25)) li l-konsumaturi kienu meħtieġa bil-liġi jiffinanzjaw il-kostijiet tal-Iskema tal-2007. Għalhekk, l-Iskema tal-2007 kienet iffinanzjata minn riżorsi tal-Istat.

(e)

L-elettriku kien settur miftuħ għall-kompetizzjoni u nnegozjat b’mod mifrux bejn l-Istati Membri. L-Iskema tal-2007 għalhekk kienet probabbli li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq tal-elettriku u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(215)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, għandu għalhekk jiġi konkluż li l-Iskema tal-2007 kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Barra minn hekk, peress li l-Iskema tal-2007 ġiet implimentata minn Spanja mingħajr ma ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u awtorizzata minnha, din kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali (ara l-premessa (18)). Il-Kummissjoni tinnota li din il-konklużjoni mhijiex ikkontestata mill-awtoritajiet Spanjoli (ara l-premessa (25)).

(216)

Fi kwalunkwe każ, il-kumpens għall-profitti mitlufa biss kif mogħti mid-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku mhux disponibbli taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u fin-nuqqas tad-Deċiżjoni. Barra minn hekk, peress li d-Deċiżjoni tmur kontra d-dritt tal-Unjoni għar-raġunijiet spjegati fit-Taqsima 10.4.1, id-Deċiżjoni ma ngħatatx taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk, irrispettivament mill-kwalifika tal-Iskema tal-2007 bħala għajnuna mill-Istat, id-Deċiżjoni u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tikkostitwixxi vantaġġ (131).

(217)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens mogħti mit-Tribunal jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku favur Antin li Antin ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Antin tista’ wkoll tittrasferixxi d-dritt għal kumpens u b’hekk il-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mid-Deċiżjoni lil parti oħra. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tqis li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, għandha titqies bħala vantaġġ ekonomiku għal Antin.

(218)

Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni żżid li d-Deċiżjoni tikkostitwixxi vantaġġ għal Antin, anke jekk id-Deċiżjoni bħala tali tikser id-dritt tal-Unjoni u ma tistax tiġi eżegwita skont id-dritt tal-Unjoni. Il-fattur deċiżiv sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura hijiex għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari sabiex jiġi vverifikat jekk din il-miżura tagħtix lok għal trattament iktar favorevoli għal benefiċjarju milli għal oħrajn huwa l-effetti prodotti minn din il-miżura (132). Għaldaqstant, il-fatt li miżura tmur kontra dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni minbarra l-Artikoli 107 u 108 TFUE ma jfissirx li ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, sakemm tipproduċi effetti u ma tkunx ġiet imħassra jew iddikjarata illegali u, għalhekk, mhux applikabbli (133). F’dan il-każ, id-Deċiżjoni teżisti u bħala tali qatt ma tħassret. Minkejja l-fatt li d-Deċiżjoni tmur kontra d-dritt tal-Unjoni (ara t-Taqsima 10.4), id-Deċiżjoni tibqa’ suxxettibbli li jkollha impatt, kif muri wkoll mill-proċedimenti li għaddejjin mibdija minn Antin (ara t-taqsima 5.8).

(219)

Fir-rigward tal-argumenti li jallegaw (ara l-premessi (85) sa (88) u (134) sa (135)) li d-Deċiżjoni tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat biss jekk l-iskema sottostanti li għaliha d-Deċiżjoni tikkumpensa tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali jew inkompatibbli (u li minħabba li l-Iskema tal-2007 ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, id-Deċiżjoni lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat), il-Kummissjoni tinnota li dan l-argument ma jistax jibqa’ validu peress li l-kunċett ta’ “vantaġġ”, li huwa intrinsiku għall-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat, huwa wieħed oġġettiv, irrispettivament mill-motivi tal-persuni responsabbli għall-miżura inkwistjoni, u li l-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kawżi jew l-objettivi tal-għajnuna mill-Istat, iżda jiddefinixxihom fir-rigward tal-effetti tagħhom (ara l-premessa (204)).

(220)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li f’dan il-każ l-iskema sottostanti, li l-emenda tagħha hija kkumpensata mid-Deċiżjoni mhumiex l-Iskemi Preċedenti kif imsemmija minn partijiet terzi, li jinkludu miżuri differenti li jibdew fl-1997, iżda speċifikament l-Iskema tal-2007. Id-Deċiżjoni applikt il-metodu tad-DCF biex tqabbel is-sitwazzjoni taħt l-Iskema tal-2007 mingħajr modifiki mas-sitwazzjoni li tinkludi l-miżuri kkontestati, li huma l-bidliet introdotti fl-2012-13 (134). Għalhekk, kwalunkwe miżura jew bidla introdotta qabel l-Iskema tal-2007 ma kellha l-ebda impatt fuq il-proċedura tad-Deċiżjoni lil hinn mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-iskema tal-2007. Għalhekk, il-miżuri ta’ qabel l-Iskema tal-2007 ma kinux soġġetti għall-proċedura li wasslet għad-Deċiżjoni.

(221)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-Iskema tal-2007 kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (ara l-premessa (214)).

(222)

Fi kwalunkwe każ, dawk l-argumenti ma jistgħux iqajmu dubju dwar is-sejba li d-Deċiżjoni tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku, kif stabbilit fil-premessa (217).

(223)

Barra minn hekk, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza Micula, huwa irrilevanti għall-klassifikazzjoni tal-kumpens mogħti mit-tribunal tal-arbitraġġ, jekk dan il-kumpens kienx jikkorrispondi jew le għal kumpens għall-irtirar ta’ għajnuna illegali jew inkompatibbli, bl-unika kwistjoni rilevanti f’dan ir-rigward tkun jekk il-kumpens mogħti setax jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Skont il-Qorti Ġenerali fis-sentenza Micula, il-vantaġġ li bbenefikaw minnu r-rikorrenti f’dik il-kawża kien il-ħlas tal-kumpens mogħti skont id-deċiżjoni ta’ arbitraġġ (135). Għalhekk, f’dan il-każ, l-argumenti dwar il-kompatibbiltà potenzjali tal-Iskema tal-2007, li kieku ġiet innotifikata lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni, mhumiex rilevanti.

Vantaġġ ekonomiku mogħti lil impriża

(224)

Il-Kummissjoni tinnota li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tagħti vantaġġ lil Antin, li hija, għall-kuntrarju ta’ dak li argumentaw Antin u partijiet terzi fil-kummenti tagħhom (ara l-premessi (90) u (137)), impriża li teżerċita attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(225)

Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u mill-mod kif huma ffinanzjati (136). Il-klassifikazzjoni ta’ entità partikolari bħala impriża għalhekk tiddependi kompletament fuq in-natura tal-attivitajiet tagħha u b’mod aktar speċifiku fuq jekk dawn humiex ekonomiċi. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement sostniet li kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ prodotti u servizzi f’suq hija attività ekonomika.

(226)

F’dan il-każ, kif imfakkar fil-premessa (52), Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. hija kumpanija stabbilita fil-Lussemburgu. Antin Energia Termosolar B.V. hija kumpanija stabbilita fin-Netherlands u hija proprjetà sħiħa ta’ Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. Iż-żewġ kumpaniji kienu l-ixprunaturi ta’ Antin Infrastructure Partners, fond ta’ kapital ta’ riskju stabbilit fi Franza, użat għall-investiment fi Spanja (137).

(227)

Peress li Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. u Antin Energia Termosolar B.V huma kumpaniji li kienu attivi fl-investiment, b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija fi Spanja bl-objettiv li jiġġeneraw redditi attraenti aġġustati għar-riskju għall-investituri, għandu jitqies li kienu qed joffru servizzi f’suq u għalhekk kienu involuti f’attività ekonomika. Huma għalhekk impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Selettività

(228)

Sabiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. Għalhekk, mhux il-miżuri kollha li jagħtu vantaġġ ekonomiku lil impriża jaqgħu taħt il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, iżda biss dawk li jagħtu vantaġġ ekonomiku b’mod selettiv lil ċerti impriżi jew kategoriji ta’ impriżi jew lil ċerti setturi ekonomiċi.

(229)

Skont ġurisprudenza stabbilita, meta tkun ikkonċernata għajnuna individwali, l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku hija, bħala prinċipju, suffiċjenti sabiex tiġi sostnuta l-preżunzjoni ta’ selettività ta’ miżura. Dan huwa minnu, irrispettivament minn jekk hemmx operaturi fis-swieq rilevanti li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli (138).

(230)

F’dan il-każ, id-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tagħti kumpens lil Antin biss (ara l-premessi (61) u (62)). Il-vantaġġ mogħti mid-Deċiżjoni, jew fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha huwa selettiv, peress li jingħata biss lil ċerti impriżi, speċifikament lil Antin, filwaqt li impriżi oħra f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli f’dak is-settur jew setturi oħra mhumiex eliġibbli għall-għajnuna u għalhekk mhux se jirċievu l-istess vantaġġ.

(231)

Mhuwiex rilevanti jekk investituri oħra setgħux jirċievu (jew fil-fatt irċevewx ) deċiżjonijiet simili, kif argumentaw xi partijiet terzi (ara t-taqsima 7.2.3). L-ewwel nett, kull deċiżjoni tikkostitwixxi miżura separata, li hija bbażata fuq att legali separat, ibbażat fuq valutazzjoni legali separata, li jagħti dritt legali separat u indipendenti lill-benefiċjarju. It-tieni, mhux il-benefiċjarji kollha tal-Iskema tal-2007 kienu f’pożizzjoni li jiksbu deċiżjonijiet identiċi jew saħansitra komparabbli. B’mod partikolari, l-investituri stabbiliti fi Spanja ma kinux koperti mill-protezzjoni mitluba minn investituri barranin skont it-TKE, u anke dawk li nstabu li kienu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TKE mhux kollha rċevew deċiżjonijiet identiċi. It-tielet, u fi kwalunkwe każ, dawk l-investituri kollha kienu attivi fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, u għalhekk, id-Deċiżjoni tibqa’ selettiva, bħalma kienu selettivi l-Iskema tal-2007 u l-Iskema tal-2013.

Konklużjoni dwar il-vantaġġ u s-selettività

(232)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tagħti vantaġġ selettiv lil Antin skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

10.1.3.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(233)

Miżura mogħtija mill-Istat titqies li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni meta tkun kapaċi ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbel ma’ impriżi oħrajn li jikkompeti magħhom (139). Distorsjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE b’hekk tiġi preżunta hekk kif l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f’settur liberalizzat fejn hemm, jew jista’ jkun hemm, kompetizzjoni (140). Vantaġġ mogħti lil impriża, li wassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, normalment ikun mistenni wkoll li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat meta miżura ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriża benefiċjarja meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intra-Unjoni (141).

(234)

F’dan il-każ, il-benefiċjarji tad-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. u Antin Energia Termosolar B.V, huma impriżi (ara l-premessa ((227)), li jeżerċitaw attività ekonomika li tikkonsisti f’investiment, b’mod partikolari fl-infrastruttura u fl-enerġija fl-Unjoni (ara l-premessa (51)). Is-setturi tal-enerġija u tal-investiment huma setturi liberalizzati fejn hemm kompetizzjoni intra-UE. Għalhekk, kwalunkwe vantaġġ mogħti lil Antin jista’ jfixkel il-kompetizzjoni u jsaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva ta’ Antin meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intra-Unjoni.

(235)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tfixkel, jew thedded li tfixkel, il-kompetizzjoni fis-suq intern.

10.1.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(236)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

10.2.   Għajnuna ġdida

(237)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom, xi partijiet terzi jsostnu li jekk id-Deċiżjoni għandha titqies li tikkostitwixxi għajnuna, din ma tikkostitwixxix “għajnuna ġdida” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589. Skonthom, id-Deċiżjoni għandha titqies bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b) (iv) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, minħabba li d-Deċiżjoni ma tistax titqies li tagħti għajnuna separata mill-Iskema tal-2007 u, peress li l-għajnuna lil Antin taħt l-Iskema tal-2007 tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, id-Deċiżjoni għandha titqies ukoll bħala għajnuna eżistenti (ara t-taqsima 7.1.3).

(238)

Madankollu, dan l-argument jinterpreta ħażin il-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni formali, li huwa relatat mal-kumpens riċevut minn Antin taħt id-Deċiżjoni. Kwalunkwe kunsiderazzjoni dwar jekk l-Iskema tal-2007 tikkostitwixxix għajnuna eżistenti mhijiex deċiżiva biex tinstab għajnuna eżistenti fid-Deċiżjoni, li għaliha nbeda l-perjodu ta’ preskrizzjoni, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, mill-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (jiġifieri l-15 ta’ Ġunju 2018). Ma kien hemm l-ebda dritt għal xi ħlas taħt l-Iskema tal-2007 għal Antin flimkien mal-ħlasijiet li kienu waslu qabel l-emenda tal-iskema fl-2013. Li kieku kellu jseħħ xi ħlas bħal dan, dan ikun għalhekk ibbażat biss fuq id-Deċiżjoni, u mhux fuq xi drittijiet preeżistenti. Id-Deċiżjoni u, fi kwalunkwe każ, l-Implimentazzjoni tagħha, għalhekk tikkostitwixxi għajnuna ġdida.

(239)

Il-Kummissjoni tfakkar li din is-sejba hija konformi mas-sejbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Micula li permezz tagħhom hija sostniet li “d-dritt għall-kumpens inkwistjoni ngħata biss permezz tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li, peress li laqa’ t-talba mressqa mir-rikorrenti fl-arbitraġġ, mhux biss ikkonstata l-eżistenza ta’ dan id-dritt, iżda kkwantifika wkoll l-ammont tiegħu” (142). F’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali fil-fatt iddikjarat li “d-dritt għall-kumpens mogħti bħala kumpens għad-dannu li r-rikorrenti fl-arbitraġġ jallegaw li sofrew minħabba t-tħassir, allegatament bi ksur tal-BIT, tal-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni ngħata biss permezz tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ. Fil-fatt, huwa biss fi tmiem il-proċedura ta’ arbitraġġ mibdija għal dan il-għan minn dawn tal-aħħar, abbażi tal-klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab fl-Artikolu 7 tal-BIT, li r-rikorrenti fl-arbitraġġ setgħu jiksbu l-ħlas effettiv ta’ dan il-kumpens.”  (143) . Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk sabet li “l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet […] li l-għajnuna mill-Istat koperta mid-deċiżjoni kontenzjuża ngħatat fid-data tat-tħassir tal-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni.” (144). F’dan il-każ, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet ta’ ċerti partijiet terzi, ikun żbaljat li jiġi kkunsidrat li l-għajnuna inkwistjoni ngħatat bl-adozzjoni tal-Iskema tal-2007.

(240)

Barra minn hekk, kif diġà ntwera fit-taqsima 10.1 ta’ din id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni tissodisfa hija stess il-kundizzjonijiet għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u l-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat ma tiddependix fuq il-klassifikazzjoni tal-Iskema tal-2007.

(241)

Fir-rigward tal-argument li d-Deċiżjoni ma tistax titqies li tagħti għajnuna separata mill-Iskema tal-2007 (ara l-premessi (146) u (176)), abbażi tas-sentenza Dobeles Hes (145), il-Kummissjoni tinnota li dak il-każ huwa fattwalment differenti minn dan il-każ u għalhekk mhux komparabbli. B’mod iktar speċifiku, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza Dobeles Hes li l-istabbiliment bħala tali ta’ għajnuna mill-Istat ma jistax jirriżulta minn deċiżjoni ġudizzjarja, distinta mill-vantaġġ tariffarju stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, fis-sens li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi dritt legali għal ħlas ogħla għall-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat”, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, proċeduri ġudizzjarji intiżi sabiex jinkiseb il-benefiċċju sħiħ ta’ dan id-dritt għandhom jitqiesu bħala talbiet għall-ħlas tal-parti ta’ din l-għajnuna mill-Istat mhux riċevuta, u mhux bħala talbiet għall-għoti mill-qorti adita b’għajnuna mill-Istat separata (146). Madankollu, f’dan il-każ, il-kumpens mogħti mit-Tribunal ma jirriżultax minn dritt li kien diġà ġie stabbilit fil-leġiżlazzjoni Spanjola irrispettivament mid-Deċiżjoni. Għall-kuntrarju, id-Deċiżjoni tikkumpensa lil Antin għall-irtirar ta’ skema ta’ għajnuna illegali u d-dritt għal kumpens jirriżulta direttament mid-Deċiżjoni. Barra minn hekk, tribunal tal-arbitraġġ mhuwiex qorti nazzjonali. Għal din ir-raġuni wkoll, is-sentenza Dobeles Hes ma tistax tapplika hawnhekk.

(242)

Bħala punt finali, it-terminu ta’ preskrizzjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589 jibda jiddekorri, fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna, mhux – kif sostnut mill-partijiet interessati – mill-implementazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. Għall-kuntrarju, kif jirriżulta mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, din tibda tiddekorri mill-jum tal-għoti tal-għajnuna taħt l-iskema ta’ għajnuna. Dak huwa l-jum li fih il-kumpanija takkwista d-dritt għall-ħlas individwali, jiġifieri l-jum li fih ikun dovut dan il-ħlas. B’riżultat ta’ dan, għal pagamenti li kienu jsiru dovuti wara l-emenda fl-2013, il-perjodu ta’ preskrizzjoni jista’ jibda jiddekorri l-aktar kmieni fil-jum li kienu jkunu dovuti l-ħlasijiet (147).

10.3.   Illegalità tal-għajnuna

(243)

L-Artikolu 108(3) TFUE jirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat ma għandux idaħħal fis-seħħ il-miżura proposta tiegħu qabel ma l-proċedura tal-Kummissjoni tkun irriżultat f’deċiżjoni finali.

(244)

Skont ġurisprudenza stabbilita sew, il-fattur deċiżiv sabiex tiġi stabbilita d-data li fiha d-dritt li wieħed jirċievi għajnuna mill-Istat jingħata lill-benefiċjarji tiegħu permezz ta’ miżura partikolari huwa l-akkwist minn dawn il-benefiċjarji ta’ dritt definittiv li jirċievu din l-għajnuna u l-impenn korrispondenti, mill-Istat, li jagħti din l-għajnuna. Huwa f’din id-data li tali miżura tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (148).

(245)

F’dan il-każ, id-Deċiżjoni ngħatat fil-15 ta’ Ġunju 2018, u ġiet rettifikata minħabba żbalji klerikali fid-29 ta’ Jannar 2019. Peress li d-Deċiżjoni mogħtija fil-15 ta’ Ġunju 2018 ordnat lil Spanja tħallas lil Antin kumpens ta’ EUR 101 miljun (kif rettifikat fid-29 ta’ Jannar 2019), flimkien mal-imgħax fuq din is-somma, Antin ingħatat id-dritt li tirċievi l-kumpens ordnat fid-Deċiżjoni f’dik id-data. Abbażi tas-sejba tat-Tribunal li t-TKE applika għat-tilwima inkwistjoni, l-Artikolu 26, il-paragrafu (8) tat-TKE jfisser li Spanja hija marbuta bl-eżitu tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ u għalhekk id-dritt għal Antin li tirċievi l-għajnuna skont id-Deċiżjoni ngħata fil-15 ta’ Ġunju 2018 u għalhekk l-għajnuna ngħatat skont id-Deċiżjoni f’din l-istess data (jiġifieri, fil-15 ta’ Ġunju 2018 (ara wkoll it-Taqsima 10.2)).

(246)

Spanja nnotifikat id-Deċiżjoni fis-17 ta’ April 2019 u, abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, Spanja ma ħallsithiex, ma implimentathiex, u lanqas ma eżegwietha.

(247)

Peress li l-għajnuna ngħatat fil-15 ta’ Ġunju 2018 qabel ma ġiet approvata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna li tirriżulta mid-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, hija illegali.

(248)

Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni mqajma minn partijiet terzi, in-notifika ta’ Spanja mhijiex “abbużiva”. Billi nnotifikat l-għajnuna inkwistjoni, Spanja aġixxiet skont l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 108(3) TFUE, li, minnu nnifsu, ma jistax jitqies bħala abbuż ta’ liġi.

(249)

Fi kwalunkwe każ, l-Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi wkoll għajnuna illegali.

10.4.   Kompatibbiltà tal-għajnuna

(250)

Minħabba li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, tali miżura għandha tkun ipprojbita sakemm ma tkunx tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2) jew l-Artikolu 107(3) TFUE.

(251)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tfakkar li meta tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ miżura mas-suq intern skont l-Artikoli 107 (2) u 107 (3) TFUE, l-oneru tal-provi huwa r-responsabbiltà prinċipali tal-Istat Membru (149). Sa issa, Spanja ma ppreżentat l-ebda argument li jista’ jiġġustifika l-miżura skont l-Artikolu 107(2) jew l-Artikolu 107(3) TFUE.

(252)

Madankollu, għall-finijiet ta’ kompletezza, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, minbarra li fakkret li l-oneru tal-provi tal-kompatibbiltà kien jaqa’ fuq Spanja, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li twettaq valutazzjoni tal-kompatibbiltà fuq inizjattiva tagħha stess u esprimiet id-dubji preliminari tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern fir-rigward ta’ (i) ksur possibbli tad-dritt tal-UE mill-miżura ta’ għajnuna (il-premessi (96) sa (102) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ), u (ii) in-nuqqas ta’ konformità tal-miżura ta’ għajnuna mal-kriterji ta’ kompatibbiltà skont il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għall-għajnuna operatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ara l-premessi (108) sa (154) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

(253)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, mhijiex kompatibbli mas-suq intern minħabba li tikser id-dritt tal-Unjoni.

10.4.1.   Ksur tad-dritt tal-Unjoni

(254)

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, “għajnuna li, bħala tali jew permezz ta’ ċerti modalitajiet tagħha, tikser dispożizzjonijiet jew prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern […]. Fil-fatt, meta l-modalitajiet ta’ għajnuna mill-Istat ikunu tant marbuta b’mod inseparabbli mal-għan tal-għajnuna li ma jkunx possibbli li jiġu evalwati b’mod iżolat, l-effett tagħhom fuq il-kompatibbiltà jew l-inkompatibbiltà tal-għajnuna fl-intier tagħha għandu neċessarjament jiġi evalwat permezz tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108 TFUE” (150).

(255)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-qrati tal-Unjoni jqisu li ftehim internazzjonali ma jistax jaffettwa l-allokazzjoni tas-setgħat stabbilita mit-Trattati jew, konsegwentement, l-awtonomija tas-sistema legali tal-Unjoni, li l-osservanza tagħha hija żgurata mill-Qorti (151). Dan il-prinċipju huwa stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 344 TFUE, li bis-saħħa tiegħu l-Istati Membri jintrabtu li ma jippreżentawx tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tat-Trattati għal kwalunkwe metodu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim għajr dawk previsti fit-Trattati (152).

(256)

Sabiex jiġi żgurat li l-karatteristiċi speċifiċi u l-awtonomija tal-ordni legali tal-Unjoni jiġu ppreservati, it-Trattati stabbilew sistema ġudizzjarja intiża sabiex tiżgura l-koerenza u l-uniformità fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (153). F’dan il-kuntest, f’konformità mal-Artikolu 19(1) TUE, huma l-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja li għandhom jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u li jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet tal-individwi taħt dan id-dritt (154). Is-sistema ġudizzjarja hekk ikkonċepita għandha bħala l-pedament tagħha l-proċedura għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 267 TFUE, li, bl-istabbiliment ta’ djalogu bejn qorti u oħra, u speċifikament bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati tal-Istati Membri, għandha l-għan li tiżgura interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, u b’hekk isservi sabiex tiżgura l-koerenza tiegħu, l-effett sħiħ tiegħu u l-awtonomija tiegħu kif ukoll, fl-aħħar mill-aħħar, in-natura partikolari tad-dritt stabbilit mit-Trattati (155).

(257)

Kif spjegat fil-premessi (9) sa (11), skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 19 TUE u l-Artikoli 267 u 344 TFUE kif ukoll il-prinċipju ġenerali tal-awtonomija tal-ordni legali tal-Unjoni jipprekludu dispożizzjoni li tinsab fi ftehim internazzjonali li permezz tagħha investitur ta’ Stat Membru wieħed li huwa parti għal dak il-ftehim jista’, fil-każ ta’ tilwima li tikkonċerna investimenti fi Stat Membru ieħor parti għal dak il-ftehim, jibda proċedimenti kontra dan l-aħħar Stat Membru quddiem tribunal tal-arbitraġġ, li dak l-Istat Membru jkun impenja ruħu li jaċċetta l-ġurisdizzjoni tiegħu (156).

(258)

Fil-fatt, permezz tal-konklużjoni ta’ tali ftehim, l-Istati Membri li huma partijiet għalih jagħtu l-kunsens tagħhom biex ineħħu mill-ġurisdizzjoni tal-qrati tagħhom stess u, għaldaqstant, mis-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jobbligahom jistabbilixxu fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni tilwim li jista’ jikkonċerna l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Tali ftehim jista’ għalhekk iwassal għal sitwazzjoni fejn dan it-tilwim ma jiġix solvut b’mod li jiggarantixxi l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni (157).

(259)

F’dan il-każ, id-Deċiżjoni tikkonċerna tilwima bejn Stat Membru u żewġ investituri ta’ żewġ Stati Membri oħra u ġiet adottata fil-kuntest ta’ proċedimenti mibdija abbażi tal-mekkaniżmu ta’ arbitraġġ bejn l-investituri u l-Istat stabbilit fl-Artikolu 26 tat-TKE.

(260)

Kif spjegat fil-premessa (10) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u kif iddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Komstroy, it-TKE huwa, bis-saħħa tal-att li japprova l-konklużjoni tiegħu mill-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 216 tat-TFUE, parti mill-ordni legali tal-Unjoni b’tali mod li t-TKE nnifsu jkun att tad-dritt tal-Unjoni (158). Għalhekk, kwalunkwe tribunal ikkostitwit skont it-TKE jkun meħtieġ jinterpreta, u saħansitra japplika, id-dritt tal-Unjoni (159).

(261)

Barra minn hekk, kif iddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Komstroy, tribunal ad hoc, bħat-Tribunal li adotta d-Deċiżjoni, ma jagħmilx parti mis-sistema ġudizzjarja ta’ Stat Membru. Għaldaqstant, dan ifisser li ma jistax jiġi kklassifikat bħala qorti jew tribunal ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE u għalhekk ma jistax iressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (160). Bħala riżultat tal-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni li tirriżulta jekk investitur minn Stat Membru wieħed seta’ jiskatta dak il-mekkaniżmu ta’ arbitraġġ f’tilwima dwar investiment magħmul minnu fi Stat Membru ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li l-Artikolu 26 tat-TKE jrid jiġi interpretat bħala li ma japplikax għal sitwazzjoni bħal din, jiġifieri tilwima intra-UE.

(262)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, u għall-kuntrarju tal-argument imqajjem minn diversi partijiet terzi interessati fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom, irid jitqies li l-proċedimenti li wasslu għall-għoti tad-Deċiżjoni ma kellhomx bażi legali. L-Artikolu 26 tat-TKE mhuwiex applikabbli għal tilwima bħal dik ikkonċernata bejn Stat Membru u investituri ta’ Stati Membri oħra dwar investiment magħmul minn dawn tal-aħħar fl-ewwel Stat Membru. Spanja qatt ma għamlet xi offerta biex tarbitra tali tilwim. Għalhekk ma hemm l-ebda ftehim ta’ arbitraġġ u tribunal stabbilit abbażi tal-fatt li dispożizzjoni li ma tapplikax mhijiex ikkostitwita b’mod xieraq. It-Tribunal li madankollu ġie stabbilit f’din il-kawża għandu d-difetti identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Komstroy. Dan kien ikkostitwit taħt l-Artikolu 37(2)(b) tal-Konvenzjoni tal-ICSID li għamel il-Konvenzjoni tal-ICSID applikabbli għall-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tagħha, inkluża d-Deċiżjoni. L-Artikoli 52, 53 u 54 tal-Konvenzjoni tal-ICSID jipprevedu biss stħarriġ limitat tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal. F’dan il-kuntest, irid jitqies li d-Deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal mhijiex soġġetta għal rieżami minn qorti ta’ Stat Membru li jkun kapaċi jiżgura konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni.

(263)

Għalhekk, anke jekk jiġi injorat il-fatt li hija nulla minħabba nuqqas ta’ bażi legali, id-Deċiżjoni trid titqies bħala inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Ma jista’ jkollha l-ebda effett u ma tistax tiġi infurzata sabiex jiġi riċevut il-ħlas tal-kumpens mogħti (161).

(264)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tikser id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) TUE, u l-Artikoli 267 u 344 TFUE, kif ukoll il-prinċipju ġenerali tal-awtonomija tal-ordni legali tal-UE.

10.4.2.   Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 351 TFUE

(265)

L-Artikolu 351 TFUE jipprovdi li “[d]-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim konklużi qabel […], għal Stati li jingħaqdu, id-data tal-Adeżjoni, bejn Stat Membru wieħed jew iktar u Stat mhux membru wieħed jew iktar, m’għandhomx jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati”.

(266)

Skont ġurisprudenza stabbilita, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE għandu l-għan li jispeċifika, skont il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, li l-applikazzjoni tat-Trattati tal-Unjoni ma taffettwax l-obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li jirrispetta d-drittijiet ta’ pajjiżi terzi taħt ftehim preċedenti u li jeżegwixxi l-obbligi tiegħu li jirriżultaw minnu (162). Għalhekk, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE għandu l-għan li jipproteġi d-drittijiet ta’ pajjiżi terzi billi jippermetti lill-Istati Membri kkonċernati jwettqu l-obbligi tagħhom skont ftehim internazzjonali preċedenti (163). Min-naħa l-oħra, ma jawtorizzax lill-Istati Membri jeżerċitaw id-drittijiet li jirriżultaw minn tali ftehimiet fir-relazzjonijiet interni tagħhom fl-Unjoni (164).

(267)

Il-ġurisprudenza tqis ukoll li, sabiex regola tad-dritt tal-Unjoni tiġi mċaħħda mill-effett bħala riżultat ta’ ftehim internazzjonali, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE, iridu jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet: il-ftehim irid ikun ġie konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattati tal-UE fl-Istat Membru kkonċernat u l-Istat terz ikkonċernat irid jislet minnu drittijiet li jista’ jirrikjedi li dak l-Istat Membru jirrispetta (165).

(268)

F’dan il-każ, kif spjegat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna (4), it-TKE ġie ffirmat mill-Unjoni u minn Spanja f’Diċembru 1994 (u fis-17 ta’ Diċembru 1991 mil-Lussemburgu u min-Netherlands, l-Istati Membri fejn hija stabbilita Antin), u daħal fis-seħħ, wara r-ratifika, f’April 1998. Spanja ffirmat l-ICSID fil-21 ta’ Marzu 1994 bid-dħul fis-seħħ, wara r-ratifika, fis-17 ta’ Settembru 1994. Għal-Lussemburgu, il-Konvenzjoni tal-ICSID daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 1970, u għan-Netherlands fl-14 ta’ Ottubru 1966. Għalhekk, it-TKE u l-ICSID ġew konklużi wara l-1958 (id-data rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 351 tat-TFUE għal-Lussemburgu u għan-Netherlands) u wara li Spanja ssieħbet fl-Unjoni fl-1986. Għalhekk, l-ewwel kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 351 TFUE ma hija ssodisfatta taħt ebda kostellazzjoni possibbli.

(269)

Barra minn hekk, l-Artikolu 26 tat-TKE huwa, skont is-sentenza Komstroy, maħsub biex jirregola r-relazzjonijiet bilaterali (166). Bl-istess mod, il-Konvenzjoni tal-ICSID, minkejja n-natura multilaterali tagħha, hija maħsuba biex tirregola r-relazzjonijiet bilaterali bejn il-partijiet kontraenti b’mod simili għal trattat bilaterali. Għalkemm l-Istati terzi li kkonkludew il-Konvenzjoni tal-ICSID jista’ jkollhom interess li Spanja tosserva l-obbligi tagħha fir-rigward ta’ Stat Membru ieħor billi jinfurzaw, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni, deċiżjoni ta’ arbitraġġ li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, tali interess purament fattwali ma jistax jiġi assimilat ma’ “dritt”, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE, li jista’ jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (167). Għalhekk, it-tieni kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 351 TFUE lanqas ma hija ssodisfatta la mit-TKE u lanqas mill-Konvenzjoni tal-ICSID.

(270)

B’riżultat ta’ dan, irid jiġi konkluż li l-Artikolu 351 TFUE mhuwiex rilevanti għal dan il-każ u li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (264) li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tikser id-dritt tal-Unjoni ma tinbidilx mill-Artikolu 351 TFUE.

10.4.3.   Nuqqas ta’ aspettattivi leġittimi

(271)

Diversi partijiet terzi interessati jsostnu fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom li deċiżjoni tal-Kummissjoni li ssib li d-Deċiżjoni mhijiex kompatibbli mas-suq intern minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħha mad-dritt tal-UE tikser il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(272)

Il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi huwa prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li jippermetti lil kwalunkwe operatur ekonomiku li istituzzjoni tkun ikkawżatlu aspettattivi li huma ġġustifikati li jinvokah (168). Madankollu, jekk operatur ekonomiku prudenti u avżat seta’ jipprevedi l-adozzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ miżura li tista’ taffettwa l-interessi tiegħu, din il-persuna ma tistax tinvoka dan il-prinċipju jekk il-miżura tiġi adottata (169).

(273)

Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt li wieħed jinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jippresupponi li jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet. L-ewwel nett, assigurazzjonijiet preċiżi, mingħajr kundizzjonijiet u konsistenti li joriġinaw minn sorsi awtorizzati u affidabbli jridu ikunu ngħataw lill-persuna kkonċernata mill-amministrazzjoni. Informazzjoni preċiża, mingħajr kundizzjonijiet u konsistenti tikkostitwixxi assigurazzjonijiet bħal dawn, irrispettivament mill-forma li fiha tiġi mogħtija. It-tieni, dawn l-assigurazzjonijiet għandhom iridu ta’ natura li joħolqu aspettattiva leġittima fil-persuna li lilha huma indirizzati. It-tielet, l-assigurazzjonijiet mogħtija jridu jikkonformaw mar-regoli applikabbli (170).

(274)

Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, il-Kummissjoni qatt ma pprovdiet assigurazzjonijiet li setgħu wasslu lil Antin biex tistenna b’mod leġittimu li d-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jew li, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tikkunsidra d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, bħala għajnuna mill-Istat legali u kompatibbli.

(275)

Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni spjegat b’mod ċar fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, jiġifieri qabel ma ngħatat id-Deċiżjoni, li “kwalunkwe kumpens li t-Tribunal tal-Arbitraġġ kellu jagħti lil investitur fuq abbażi li Spanja mmodifikat l-iskema ekonomika tal-primjum mill-iskema notifikata jikkostitwixxi fiha nnifisha għajnuna mill-Istat” (171). Peress li t-tribunali tal-arbitraġġ mhumiex kompetenti biex jiddikjaraw l-għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern - hija kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni -, operatur ekonomiku prudenti u avżat seta’ jistenna li kwalunkwe deċiżjoni bħal din li tagħti kumpens tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat notifikabbli skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE u tkun soġġetta għall-obbligu ta’ sospensjoni. Għalhekk, l-investituri ma ngħatawx informazzjoni preċiża, mingħajr kundizzjonijeit u konsistenti li tagħti lok għal aspettattiva leġittima min-naħa tagħhom.

(276)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ma tista’ tinħoloq l-ebda aspettattiva leġittima għal atti tal-Unjoni li jiksru d-dritt tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessi (10) sa (12), id-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tikser l-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll l-Artikoli 267 u 344 TFUE u l-prinċipju ġenerali ta’ awtonomija tal-ordni legali tal-UE. Għalhekk, ma tista’ tirriżulta l-ebda aspettattiva leġittima mill-miżura.

(277)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-prinċipju tal-aspettattiva leġittima ma jibdilx il-konklużjoni li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, imorru kontra d-dritt tal-Unjoni, u għalhekk huma inkompatibbli mas-suq intern.

10.4.4.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(278)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 19(1) tat-TUE u l-Artikoli 267 u 344 tat-TFUE, kif ukoll il-prinċipju ġenerali tal-awtonomija tal-ordni legali tal-UE. Mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-għajnuna tinvolvix diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità bi ksur tal-Artikolu 18 tat-TFUE jew jekk hijiex kompatibbli mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għall-għajnuna għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli, irid jiġi konkluż li l-miżura mhijiex kompatibbli mas-suq intern u għalhekk ma tistax tiġi awtorizzata.

11.   PREVENZJONI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI U L-IRKUPRU

(279)

Skont it-TFUE u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jibdel jew jabolixxi l-għajnuna meta tkun sabet li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (172). Il-Qrati tal-Unjoni sostnew ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu ta’ Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna li l-Kummissjoni tqis inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (173).

(280)

F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilew li dan l-objettiv jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, u b’hekk jirrinunzja l-vantaġġ li huwa kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, u titreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kien hemm qabel tħallset l-għajnuna (174).

(281)

F’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (175) jiddikjara li “[f]ejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”.

(282)

Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għajnuna illegali trid tiġi rkuprata wkoll mingħand il-kumpanija li twettaq l-attività ekonomika tal-impriża li inizjalment ibbenefikat mill-vantaġġ assoċjat mal-għoti ta’ għajnuna mill-Istat u li, għalhekk, iżżomm il-benefiċċju effettiv tagħha (176). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “fil-kuntest tal-missjoni tagħhom ta’ rkupru tal-għajnuna u sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni li tidentifika preċiżament il-benefiċjarju tal-għajnuna kif ukoll sabiex tiġi eliminata effettivament id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv marbut mal-ġbir tal-għajnuna, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali huma obbligati jidentifikaw impriża differenti minn dik identifikata f’dik id-deċiżjoni ta’ rkupru, fil-każ fejn il-vantaġġ marbut mal-għajnuna inkwistjoni jkun ġie effettivament ittrasferit lil din l-impriża l-oħra, wara l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni ta’ rkupru” (177).

(283)

F’dan il-każ, mill-osservazzjonijiet preċedenti jirriżulta li Spanja għandha tirkupra kwalunkwe ħlas tal-għajnuna li sar lil Antin jew lil kwalunkwe parti terza li tkun akkwistat jew tista’ takkwista d-Deċiżjoni, jew kwalunkwe dritt taħtha. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, filwaqt li d-Deċiżjoni nnifisha ngħatat, u għalhekk l-għajnuna inkwistjoni ngħatat lil Antin (178), Spanja ma ħallsitx, ma eżegwietx u ma implimentatx dik id-Deċiżjoni. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-ebda għajnuna mill-Istat ma tħallset b’mod effettiv u ma hemmx bżonn ta’ rkupru jekk Spanja tkompli ma tħallas l-ebda kumpens skont id-Deċiżjoni fil-futur.

(284)

F’dan il-kuntest, minbarra li ma tħallasx, ma timplimentax jew ma teżegwix id-Deċiżjoni, Spanja għandha tiżgura li ma jsir l-ebda ħlas, implimentazzjoni jew eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni b’xi mod ieħor mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Jekk ikun hemm xi ħlas, eżekuzzjoni jew implimentazzjoni bħal dawn, Spanja għandha tirkupra kwalunkwe flus effettivament trasferiti bħala riżultat ta’ dak il-ħlas, l-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni (179). F’dan ir-rigward, Spanja għandha tirkupra kwalunkwe ħlas tal-għajnuna mogħtija skont id-Deċiżjoni lil Antin u lil kwalunkwe parti terza li tkun akkwistat jew tista’ takkwista d-Deċiżjoni, jew kwalunkwe dritt taħtha.

(285)

Sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 108(3) TFUE, Spanja għandha tieħu wkoll il-miżuri xierqa kollha biex tipprevjeni lil Antin, u lil kwalunkwe parti terza li tkun akkwistat jew tista’ takkwista d-Deċiżjoni, jew kwalunkwe dritt taħtha, milli tfittex ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni, kemm fl-Istati Membri tal-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi.

(286)

Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE jirriżulta li l-Istati Membri, u b’mod partikolari l-qrati nazzjonali, għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-applikazzjoni u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari r-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE (180). Bħala riżultat ta’ dan l-istess prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, il-qrati nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri kollha li huma meħtieġa biex jiggarantixxu l-applikazzjoni u l-effettività tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikoli 267 u 344 TFUE, u l-prinċipju ta’ awtonomija tal-ordni legali tal-Unjoni (181). Għalhekk, f’dan il-każ, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali jirrikjedi li l-qrati nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi l-qrati nazzjonali mhux Spanjoli, ma jirrikonoxxux, ma jeżegwixxux jew ma jimplimentawx id-Deċiżjoni, u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjenu r-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni, jew l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (pereżempju, billi jordnaw lill-impriżi stabbiliti taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom iwaqqfu kwalunkwe azzjoni mfassla biex ifittxu r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni f’ġuriżdizzjonijiet oħra, u jordnaw iħallsu ħlasijiet ta’ penali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ordni biex iwaqqfu kwalunkwe azzjoni bħal din).

12.   KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Deċiżjoni, u fi kwalunkwe każ l-Implimentazzjoni tagħha, tinvolvi għajnuna mill-Istat li mhijiex kompatibbli mas-suq intern minħabba li hija bbażata fuq interpretazzjoni tat-TKE bi ksur tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, Spanja għandha tirkupra kwalunkwe ħlas tal-għajnuna, inkluż minn kwalunkwe parti terza li tkun akkwistat jew tista’ takkwista d-Deċiżjoni, jew kwalunkwe dritt taħtha. Minbarra li ma tħallasx, ma timplimentax jew ma teżegwix id-Deċiżjoni, Spanja għandha tiżgura li l-ebda ħlas, eżekuzzjoni jew implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ma għandha ssir mod ieħor mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u għandha tirkupra kwalunkwe flus effettivament ittrasferiti bħala riżultat ta’ dak il-ħlas, l-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni. Sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, Spanja għandha tieħu wkoll il-miżuri xierqa kollha biex tipprevjeni lil Antin, u lil kwalunkwe parti terza li tkun akkwistat jew tista’ takkwista d-Deċiżjoni, jew kwalunkwe dritt taħtha, milli tfittex ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni, kemm fl-Istati Membri tal-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni mogħtija mit-tribunal tal-arbitraġġ stabbilit taħt l-awspiċji taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investiment fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. u Antin Energia Termosolar B.V. vs Spanja favur Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. u Antin Energia Termosolar B.V. (il-Każ ICSID Nru ARB/13/31) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija inkompatibbli mas-suq intern.

Fi kwalunkwe każ, il-ħlas, l-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni mogħtija mit-tribunal tal-arbitraġġ stabbilit taħt l-awspiċji taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investiment fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. u Antin Energia Termosolar B.V. vs Spanja favur Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l. u Antin Energia Termosolar B.V. jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

Ir-Renju ta’ Spanja ma għandu jħallas l-ebda għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jiżgura li ma għandu jsir l-ebda ħlas tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jipprevjeni lil Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l., Antin Energia Termosolar B.V, u kwalunkwe parti terza li tkun akkwistat jew tista’ takkwista d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1, jew kwalunkwe dritt taħtha, milli titlob ir-rikonoxximent, l-infurzar jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, kemm fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll f’pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jirkupra kwalunkwe ħlas tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 lil Antin Infrastructure Services Luxembourg S.à.r.l., Antin Energia Termosolar B.V, u lil kwalunkwe parti terza li tkun akkwistat jew tista’ takkwista d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1, jew kwalunkwe dritt taħtha, inkluż ħlas li jirriżulta minn eżekuzzjoni furzata li tirriżulta f’pajjiżi terzi.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Valdis DOMBROVSKIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 450, 5.11.2021, p. 5.

(2)  Il-Kawża tal-ICSID Nru ARB/13/31. Id-dettalji huma disponibbli hawnhekk: https://icsid.worldbank.org/cases/case-database/case-detail?CaseNo=ARB/13/31.

(3)  Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.

(4)  It-TKE huwa ftehim internazzjonali applikabbli għas-settur tal-enerġija. Dan ġie ffirmat f’Diċembru 1994, fost l-oħrajn, mill-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”), kif ukoll minn Spanja, in-Netherlands u l-Lussemburgu, u daħal fis-seħħ f’April 1998, ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 98/181/KE/KEFA/Euratom tat-23 ta’ Settembru 1997 (ĠU L 69, 9.3.1998, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tat-TKE jinkludu l-protezzjoni tal-investiment, il-kummerċ fil-materjali u l-prodotti tal-enerġija, it-tranżitu u s-soluzzjoni ta’ tilwim. L-Unjoni rtirat mit-TKE f’Ġunju 2024, ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2024/1638 tat-30 ta’ Mejju 2024. Spanja ukoll irtirat mit-TKE f’April 2024.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7384 final tal-10 ta’ Novembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.40348 (2015/NN) – Spanja - Appoġġ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, koġenerazzjoni u skart (ĠU 2017/C 442/01), il-premessa 165.

(6)   ĠU C 450, 5.11.2021, p. 5.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).

(8)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, it-taqsima 3.5.3.

(9)  Ara pereżempju t-taqsima 3.5.3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017, u l-premessa 160 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(10)  Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018, fil-Kawża C-284/16, Slowakische Republik vs Achmea BV, EU:C:2018:158 (is-“sentenza Achmea ”) u s-sentenza tat-2 ta’ Settembru 2021, Ir-Repubblika tal-Moldova vs Komstroy LLC, C-741/19, EU:C:2021:655 (is-“sentenza Komstroy ”).

(11)  Ara l-punti 58 sa 60 tas-sentenza Achmea.

(12)  Ara l-punti 65 u 66 tas-sentenza Komstroy.

(13)  Ara l-punt 64 tas-sentenza Komstroy.

(14)  Ara l-punt 59 tas-sentenza Komstroy.

(15)  Ara l-punt 66 tas-sentenza Komstroy.

(16)  Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2022, Romatsa et, C-333/19, EU:C:2022:749, il-punti 42 sa 44.

(17)  Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2022, Romatsa et, C-333/19, EU:C:2022:749, il-punt44; Ara wkoll is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2024, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kawża C-516/22, EU:C:2024:231, il-punti 85 sa 87.

(18)  Ara https://finance.ec.europa.eu/system/files/2019-01/190117-bilateral-investment-treaties_en.pdf .

(19)  Il-Ftehim għat-terminazzjoni ta’ Trattati Bilaterali dwar l-Investiment bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 169, 29.5.2020, p. 1–41).

(20)  F’Diċembru 2024, il-Kummissjoni rreferiet lir-Renju Unit lill-Qorti tal-Ġustizzja talli naqas milli jtemm it-TBI intra-UE tiegħu ma’ sitt Stati Membri tal-UE, ĠU C/2025/1222 tat-3 ta’ Marzu 2025.

(21)  Il-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, COM(2024) 257 final.

(22)  Ara, f’dan is-sens, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1638 tat-30 ta’ Mejju 2024 dwar l-irtirar tal-Unjoni mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (ĠU L, 2024/1638, 5.6.2024), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1677 tat-30 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-irtirar tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (ĠU L, 2024/1677, 13.6.2024). Minbarra l-Unjoni u l-Euratom, xi Stati Membri diġà rtiraw jew qed jippjanaw li jirtiraw mit-TKE. L-Italja rtirat minnu unilateralment fl-2015. Franza rtirat mit-TKE b’effett mit-8 ta’ Diċembru 2023, il-Ġermanja b’effett mill-20 ta’ Diċembru 2023, il-Polonja b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2023, il-Lussemburgu b’effett mis-17 ta’ Ġunju 2024, Spanja b’effett mis-16 ta’ April 2024, is-Slovenja b’effett mill-14 ta’ Ottubru 2024, il-Portugall b’effett mit-2 ta’ Frar 2025, l-Irlanda b’effett mis-27 ta’ April 2025, in-Netherlands b’effett mit-28 ta’ Ġunju 2025 u d-Danimarka b’effett mill-4 ta’ Settembru 2025.

(23)  L-Opinjoni 1/17 tal-Qorti tat-30 ta’ April 2019, il-Ftehim CET bejn l-UE u l-Kanada (CETA).

(24)  COM/2023/447 final, b’referenza għall-Opinjoni 1/17 (CETA), il-punti 152 sa 161.

(25)  Id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33).

(26)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16–62).

(27)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1–55).

(28)  Id-Deċiżjoni, il-punt 91.

(29)  Ara l-Artikolu 2(1) tad-Digriet Reġju 661/2007.

(30)  Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2014, Elcogás SA vs Administración del Estado u Iberdrola SA, il-Kawża C-275/13, EU:C:2014:2314. Fil-punt 23 ta’ dan id-digriet, il-Qorti sabet li l-mekkaniżmu ta’ kumpens inkwistjoni kien imputabbli lill-Istat peress li ġie stabbilit u kien irregolat mil-Liġi 54/1997 u mid-Digriet Reġju 2017/1997. Filwaqt li bbażat ruħha fuq l-istess bażi legali, il-Qorti kkonkludiet ukoll li l-mekkaniżmu ta’ kumpens għal kostijiet żejda kien iffinanzjat permezz ta’ riżorsi tal-Istat. B’mod partikolari, il-Qorti osservat li Digriet Ministerjali ffissa kull sena l-ammont tal-imposti tal-aċċess għan-network, li dawn tal-aħħar ġew imposti fuq il-konsumaturi u l-utenti tan-network domestiċi finali kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Enerġija, korp tal-Istat, amministrat il-fondi hekk miġbura u ma gawdiet minn ebda diskrezzjoni f’dan ir-rigward. Il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Iskema tal-2007 huwa essenzjalment l-istess bħal dak eżaminat mill-Qorti.

(31)  Għal lista eżawrjenti tal-bażi legali tal-Iskema tal-2013, ara t-Taqsima 2.1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017.

(32)  Għal dettalji dwar it-teknoloġiji eliġibbli, ara l-premessa 14 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017.

(33)  Din ir-rata kienet applikabbli għall-ewwel perjodu regolatorju (mill-2014 sal-2019). Mit-tieni perjodu regolatorju ’l quddiem, ir-rata hija ta’ 7,09 %, jekk ma jsir l-ebda użu mit-tieni dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Amministrattiv Reġju 17/2019, biex tinżamm il-profittabbiltà tal-perjodu preċedenti.

(34)  Id-Deċiżjoni, il-paragrafi 139 u 140.

(35)  Ara l-premessi 4 u 156 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017.

(36)  Ara l-premessa 120 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017.

(37)  Id-Deċiżjoni, il-punt 110.

(38)  Id-Deċiżjoni, il-punti 70 u 72.

(39)  Id-data hija disponibbli biss għal Novembru u Diċembru 2009, u l-input tal-enerġija rrapportat jikkorrispondi biss għal dan il-perjodu.

(40)  Spanja spjegat li dan it-tnaqqis huwa dovut għal ġenerazzjoni iżgħar fil-perjodu Marzu-Ġunju 2020, li jikkorrispondi għal-lockdown minħabba l-kriżi tal-COVID-19 u li fit-tielet u r-raba’ trimestri tal-2020 il-produzzjoni rkuprat għal livelli normali, li saħansitra qabżu dawk tas-sena preċedenti.

(41)  Id-Deċiżjoni, il-punti 2 u 249.

(42)  Ara https://www.antin-ip.com/who-we-are, aċċessat l-aħħar fit-3 ta’ Marzu 2025.

(43)  Ara https://www.antin-ip.com/who-we-are, aċċessat l-aħħar fit-3 ta’ Marzu 2025.

(44)  Id-Deċiżjoni, il-punt 261.

(45)  Id-Deċiżjoni, il-punt 359.

(46)  Id-Deċiżjoni, il-punt 46.

(47)  Id-Deċiżjoni, il-punti 509 sa 510.

(48)  Id-Deċiżjoni, il-punt 171.

(49)  Id-Deċiżjoni, il-punti 59 sa 68.

(50)  Id-Deċiżjoni, il-punti 51 sa 53, 56 sa 58.

(51)  Id-Deċiżjoni, il-punt 748 u t-Taqsima VIII.c).

(52)  Id-Deċiżjoni, it-Taqsima VIII.c) u l-punti 572 u 573.

(53)  Id-Deċiżjoni, il-punt 748.

(54)  Id-Deċiżjoni, il-punti 691, 714 u 725 (kif rettifikat minħabba żball klerikali permezz tad-deċiżjoni ta’ rettifika tat-Tribunal tad-29 ta’ Jannar 2019).

(55)  Id-Deċiżjoni, ount 725 (kif rettifikat minħabba żball klerikali bid-deċiżjoni ta’ rettifika tat-Tribunal tad-29 ta’ Jannar 2019).

(56)  Id-Deċiżjoni, il-punt 2. Ara wkoll it-Termini Definiti fil-punt 748 tad-Deċiżjoni.

(57)  Id-Deċiżjoni, il-punt 46.

(58)  Spanja ffirmat it-TKE fis-17 ta’ Diċembru 1994, irratifikatu fil-11 ta’ Diċembru 1997, u t-TKE daħal fis-seħħ fir-rigward ta’ Spanja fis-16 ta’ April 1998. Spanja spjegat ukoll li f’konformità mal-Artikolu 96(1) tal-Kostituzzjoni Spanjola, “ It-trattati internazzjonali konklużi b’mod validu, ladarba jiġu ppubblikati uffiċjalment fi Spanja, għandhom jiffurmaw parti mill-ordni legali interna ”.

(*1)  *Data reali bbażata fuq informazzjoni tas-CNMC

(59)  Ara https://energy.ec.europa.eu/document/download/740e62fc-a0d1-4a5b-9d00-01357802c307_en?filename=Inter%20se%20Declaration%20-%20all%20languages%20-%20260624.pdf (aċċessat l-aħħar fit-3 ta’ Marzu 2025).

(60)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 lli jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(61)   Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessa (88).

(62)   Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessa (95).

(63)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, il-Kawża C-594/18 P, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni (Hinkley Point C), EU:C:2020:742, il-punt 44.

(64)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, it-Taqsima 4.3.1.

(65)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessa (99).

(66)   Ara s-sentenza Achmea.

(67)   Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessa (98).

(68)   Ibid, il-premessi (101)-(102).

(69)   Ibid., il-premessi (101) sa (102).

(70)  Il-Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent, ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1.

(71)  Ara n-nota 27 f’qiegħ il-paġna.

(72)   Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessi (108) sa (118).

(73)   Ibid., il-premessi (119) sa (131).

(74)   Ibid, il-premessi (132)-(153).

(75)  Is-sentenza tas-27 ta’ Settembru 1988, fil-kawża C-106-120/87, Asteris vs Il-Greċja, EU:C:1988:457, il-punti 23 u 24; Is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2016, fil-kawża C-164/15 P, Il-Kummissjoni vs Aer Lingus, EU:C:2016:990, il-punt 72; Is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2010, fil-kawża T-62/08, ThyssenKrupp Acciai Special Terni vs Il-Kummissjoni, EU:T:2010:268, il-punti 59 u 60; Is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2010, fil-kawża T-53/08, L-Italja vs Il-Kummissjoni, EU:T:2010:267, il-punti 51 u 52.

(76)  Fis-sottomissjonijiet ta’ partijiet terzi u Antin, it-terminu “Skema Preċedenti” jintuża biex jiddeskrivi l-iskema ta’ appoġġ li ġiet stabbilita bil-Liġi 54/1997 tas-27 ta’ Novembru 1997 dwar is-Settur tal-Elettriku u d-Digriet Reġju 2818/1998 tat-23 ta’ Diċembru 1998, u ġiet emendata ulterjorment fl-2004 u fl-2007 u kienet fis-seħħ sat-tħassir tagħha fl-2013.

(77)  Il-partijiet terzi jikkwotaw b’mod partikolari s-sentenza tal-Qorti tat-13 ta’ Marzu 2001 f’C-379/98, PreussenElektra, EU:C:2001:160.

(78)  Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2014 f’C-275/13, Elcogás SA vs Administración del Estado u Iberdrola SA., EU:C:2014:2314.

(79)  Is-sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006, il-Kawża C-222/04, Ministero dell’Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA, Fondazione Cassa di Risparmio di San Miniato u Cassa di Risparmio di San Miniato SpA, EU:C:2006:8, il-punt 111.

(80)  Is-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2019, T-624/15, T-694/15 u T-704/15, European Food et vs Il-Kummissjoni, EU:T:2019:423, il-punt 103.

(81)  Ara n-nota 60 f’qiegħ il-paġna.

(82)  Is-sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Settembru 1988, fil-kawżi magħquda 106 sa 120/87, Asteris AE et vs Ir-Repubblika Ellenika u l-Komunità Ekonomika Ewropea, EU:C:1988:457.

(83)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Settembru 2021, il-Kawża C-741/19, Ir-Repubblika tal-Moldova vs Komstroy LLC, EU:C:2021:655 u s-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tas-26 ta’ Ottubru 2021, il-Kawża C-109/20, Republiken Polen vs PL Holdings Sàrl, EU:C:2021:875.

(84)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, il-Kawża C-594/18 P, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni (Hinkley Point C), EU:C:2020:742, il-punt 100.

(85)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Settembru 2021, il-Kawża C-741/19, Ir-Repubblika tal-Moldova vs Komstroy LLC, EU:C:2021:655 u s-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tas-26 ta’ Ottubru 2021, il-Kawża C-109/20, Republiken Polen vs PL Holdings Sàrl, EU:C:2021:875.

(86)  L-Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Ġunju 2022, skont l-Artikolu 218(11) TFUE (it-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija Modernizzat), il-Kawża Avis 1/20, EU:C:2022:485.

(87)  Il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent, ĠU C 37, 4.2.2001, p. 3.

(88)  B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, il-parti terza tivvaluta tliet analiżijiet żviluppati mill-istituzzjonijiet tal-gvern Spanjoli (jiġifieri, ir-Rapport CNE 3/2007, l-IDAE, il-Qafas Ekonomiku għall-Iżvilupp tal-Enerġija Rinnovabbli – il-Kost tal-Investiment, ir-Ritorn u l-Inċentivi għall-industrija tas-CSP, il-Konferenza organizzata mis-CNE Dwar l-Iżvilupp Reali u l-Evoluzzjoni tal-Enerġija Rinnovabbli fi Spanja, Madrid, il-11 ta’ Diċembru 2007, u r-rapport tas-CNMC ta’ Ottubru 2018 li jivvaluta d-WACC għall-investimenti rinnovabbli Spanjoli).

(89)  Is-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2012, C-288/11, Mitteldeutsche Flughafen AG vs il-Kummissjoni, EU:C:2012:821; Is-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 2002, il-Kawża C-82/01 P, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, EU:C:2002:617.

(90)  Skont Antin, din hija l-ġurisprudenza PreussenElektra (ara s-Sentenza tal-Qorti tat-13 ta’ Marzu 2001 f’C-379/98, PreussenElektra, EU:C:2001:160).

(91)  Skont Antin, din hija l-ġurisprudenza Elcogas (ara d-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2014, Elcogás SA vs Administración del Estado u Iberdrola SA, il-Kawża C-275/13, EU:C:2014:2314).

(92)  Is-sentenza tat-28 ta’ Marzu 2018, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, fil-kawża C-405/16, EU:C:2019:268.

(93)  Antin tirreferi għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2019, il-Kawżi T-624/15, T-694/15 u T-704/15, European Food et vs Il-Kummissjoni, EU:T:2019:423, fejn qieset li l-għajnuna marbuta mad-deċiżjoni Micula kienet ingħatat fil-jum tar-revoka tal-iskema sottostanti peress li kienet ir-revoka li tat lok għad-dritt li wieħed jirċievi d-deċiżjoni Micula.

(94)  Antin tirreferi għas-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-12 ta’ Jannar 2023, il-Kawżi Magħquda C-702/20 u C-17/21, SIA “DOBELES HES” u Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija, EU:C:2023:1.

(95)  Antin tindika l-paġni 10, 22 u 28 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005) 627 “L-Appoġġ għall-Elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli” tas-7 ta’ Diċembru 2005, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7743 final tal-4 ta’ Frar 2014 dwar SA.36559 (C3/2007), ĠU L 205, 12.7.2014 u l-premessa (107) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017.

(96)  Antin tirreferi għas-sentenzi li ġejjin: Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, World Duty Free Group, SA, li kienet Autogrill España, SA vs Il-Kummissjoni, T-219/10 RENV, EU:T:2018:784; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni, T-207/10, EU:T:2018:786; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, Banco Santander, SA vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-227/10, EU:T:2018:785; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, Axa Mediterranean Holding, SA vs Il-Kummissjoni, T-405/11, EU:T:2018:780; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, Banco Santander, SA u Santusa Holding, SL vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-399/11 RENV, EU:T:2018:787.

(97)  Spanja tirreferi għas-sentenza tal-25 ta’ Jannar 2022, C-638/19 P, European Food et vs Il-Kummissjoni, EU:C:2022:50.

(98)  Spanja tirreferi għas-sentenzi Komstroy u Achmea.

(99)  Spanja tirreferi għas-sentenza tal-25 ta’ Jannar 2022, C-638/19 P, European Food et vs Il-Kummissjoni, EU:C:2022:50, il-punt 125.

(100)  Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2022, C-333/19, Romatsa et, EU:C:2022:749, il-punti 42 sa 44.

(101)  Spanja tirreferi għas-sentenza tal-25 ta’ Jannar 2022, C-638/19 P, European Food et vs Il-Kummissjoni, EU:C:2022:50.

(102)  Is-sentenza tal-25 ta’ Jannar 2022, C-638/19 P, European Food et vs Il-Kummissjoni, EU:C:2022:50, il-punti 123 sa 125.

(103)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Jannar 2023, il-Kawżi Magħquda C-702/20 u C-17/21, SIA “DOBELES HES” u Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija, EU:C:2023:1.

(104)  Is-sentenza tal-25 ta’ Jannar 2022, European Food et vs Il-Kummissjoni, C-638/19 P, EU:C:2022:50, il-punti 118, 123 sa 126 u 152.

(105)  Is-sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ April 2021, Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) et (C-798/18), Athesia Energy Srl et (C-799/18) vs Ministero dello Sviluppo economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, il-Kawżi Magħquda C-798/18 u C-799/18, EU:C:2021:280; is-sentenza tal-Qorti tal-11 ta’ Lulju 2019, Agrenergy u Fusignano Due, C-180/18, C-286/18 u C-287/18, EU:C:2019:605; is-sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Settembru 2009, Plantanol GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Darmstadt, C-201/08, EU:C:2009:539.

(106)  Is-sentenza tal-5 ta’ April 2006, Deutsche Bahn AG vs Il-Kummissjoni, T-351/02, EU:T:2006:104, il-punt 101.

(107)  Is-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2021, Oltchim vs Il-Kummissjoni, T-565/19, EU:T:2021:904, il-punt 160. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punt 206.

(108)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punti 201 sa 221.

(109)   Ibidem.

(110)  Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punt 217.

(111)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punt 217.

(112)  Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2022, Romatsa et, C-333/19, EU:C:2022:749, il-punti 42 sa 44.

(113)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punt 214.

(114)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 1978, Van Tiggele, 82/77, ECLI:EU:C:1978:10, il-punti 25 u 26. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-punt 63.

(115)  Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tad-19 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża C-385/18, Arriva Italia Srl, Ferrotramviaria SpA, Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P) vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, EU:C:2019:1121, b’mod partikolari l-punti 35-36, fejn il-Qorti spjegat dan li ġej: “ (35) Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-ħtieġa li l-vantaġġ jingħata direttament jew indirettament permezz tar-riżorsi tal-Istat, għandu jiġi rrelevat li l-fatt li, skont il-qorti tar-rinviju, is-somma ta’ EUR 70 miljun ma ħarġitx materjalment mill-baġit tal-Istat Taljan was not paid out of the budget of the Italian u li għalhekk ma tatx lok għal spiża għall-baġit ta’ dan l-Istat Membru ma jfissirx, bħala tali, li tali somma ma tistax tiġi kkwalifikata bħala “riżorsi tal-Istat”, b’mod partikolari, meta jkun inħoloq oneru potenzjali fuq il-baġit tal-Istat Taljan fl-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà. (36) F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, mill-mument fejn id-dritt għal assistenza, ipprovduta permezz ta’ riżorsi tal-Istat, jingħata lill-benefiċjarju abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, l-għajnuna għandha tiġi kkunsidrata bħala li ngħatat, b’tali mod li t-trasferiment effettiv tar-riżorsi inkwistjoni ma huwiex deċiżiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 2013, Magdeburger Mühlenwerke, C-129/12, EU:C:2013:200, punt 40). ”

(116)  Is-sentenza tal-Qorti tas-26 ta’ Settembru 2024, C-790/21 P u C-791/21 P, Covestro et vs Il-Kummissjoni, il-punt 172, ECLI:EU:C:2024:792, b’referenzi ulterjuri.

(117)  Is-sentenza tal-Qortital-11 ta’ Lulju 1996, il-Kawża C-39/94, SFEI et, EU:C:1996:285, il-punt 60; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, il-Kawża C-342/96, Spanja vs Il-Kummissjoni, EU:C:1999:210, punt 41.

(118)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans, C-280/00, EU:C:2003:415, il-punt 84.

(119)  Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, EU:C:1974:71, il-punt 13.

(120)  Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022, il-Kawża C-638/19 P, Il-Kummissjoni Ewropea vs European Food SA et, EU:C:2022:50, il-punt 122 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(121)  Il-Kummissjoni tosserva li, f’xi każijiet, deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ mogħtija minħabba l-bidliet regolatorji magħmula minn Spanja fl-Iskema tal-2007, ġew ittrasferiti lil impriżi oħra li ma kinux parti fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ u li jistgħu jitqiesu bħala s-suċċessuri fit-titolu tad-deċiżjoni, b’mod partikolari lill-kumpanija Blasket Renewables, ara l-Kawża Ċivili Nru 21-3249, Blasket Renewable Invs. vs Ir-Renju ta’ Spanja, 665 F. Supp. 3d 1, (D.D.C. 2023).

(122)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans, C-280/00, EU:C:2003:415, il-punt 84.

(123)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023, Aquind vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-295/20, EU:T:2023:52, il-punti 145 sa 153.

(124)  Is-sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ April 2021 fil-Kawżi Magħquda C-798/18 u C-799/18, Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) et, il-punti 67 sa 71.

(125)  Ara, għal dak l-għan, is-sentenza tat-12 ta’ Jannar 2023, DOBELES HES, C-702/20 u C-17/21, EU:C:2023:1, il-punt 65; u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punt 174.

(126)  Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-27 ta’ Settembru 1988, Asteris et, 106/87 sa 120/87, EU:C:1988:457, il-punti 25 u 26 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punt 172.

(127)  Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-12 ta’ Jannar 2023, DOBELES HES, C-702/20 u C-17/21, EU:C:2023:1, punti 61 u 62) Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punt 173.

(128)  Ara, f’dan is-sens u mutatis mutandis, is-sentenza tal-11 ta’ Novembru 2015, Klausner Holz Niedersachsen, C-505/14, EU:C:2015:742, punti 42 sa 44 u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punt 175.

(129)  Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2014, Elcogás SA vs Administración del Estado u Iberdrola SA, il-Kawża C-275/13, EU:C:2014:2314, ara b’mod partikolari l-punti 24-33.

(130)  Is-sentenza tal-Qorti tat-28 ta’ Marzu 2019, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kawża C-405/16 P, EU:C:2019:268, punt 58, b’referenzi ulterjuri.

(131)  Ara, f’dan is-sens, il-Kawżi Konġunti T-624/15 RENV, IT-694/15 RENV u T-704/15 RENV, EU:T:2024:659, il-punt 166.

(132)  Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta’ Ġibiltà u Ir-Renju Unit, C-106/09 P u C-107/09 P, EU:C:2011:732, il-punt 87 u l-ġurisprudenza ċċitata).

(133)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Diċembru 2016, Il-Kummissjoni vs Aerlingus u Ryanair, il-Kawżi Magħquda C-164/15 P, C-165/15 P, EU:C:2016:990, il-punti 68-69.

(134)  Id-Deċiżjoni, punt 538.

(135)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kawżi T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2024:659, il-punti 162 u 164.

(136)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2000, Pavlov et, il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-punt 74; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze SpA et, C-222/04, EU:C:2006:8, il-punt 107. Ara wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.

(137)  Id-Deċiżjoni, il-punti 2 u 249.

(138)  Is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL (C-15/14 P, EU:C:2015:362, il-punt 60).

(139)  Is-sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris, 730/79, EU:C:1980:209, il-punt 11; is-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2000, Alzetta, il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97 eċċ., EU:T:2000:151, il-punt 80.

(140)  Is-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2000, Alzetta, il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97, EU:T:2000:151, il-punti 141 sa 147; is-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans, C-280/00, EU:C:2003:415.

(141)  Is-sentenza tal-15 ta’ Mejju 2019, Achema AB et vs Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (VKEKK), C-706/17, EU:C:2019:407, il-punt 92 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(142)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022, il-Kawża C-638/19 P, Il-Kummissjoni Ewropea vs European Food SA et, EU:C:2022:50, il-punt 125.

(143)   Ibid, il-punt 124.

(144)   Ibid, il-punt 127.

(145)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Jannar 2023, il-Kawżi Konġunti C-702/20 u C-17/21, SIA “DOBELES HES” u Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija, EU:C:2023:1.

(146)  Ara l-punt 79 tas-sentenza.

(147)  Is-sentenza tal-Qorti tat-8 ta’ Diċembru 2011, France Télécom vs Il-Kummissjoni, C-81/10 P, il-punt 82; Is-sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-12 ta’ Jannar 2023, il-Kawżi Konġunti C-702/20 u C-17/21, SIA “DOBELES HES” u Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija, EU:C:2023:1, il-punti 108 sa 110.

(148)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022, il-Kawża C-638/19 P, Il-Kummissjoni Ewropea vs European Food SA et, EU:C:2022:50, il-punt 123.

(149)  Is-sentenza tal-Qorti ta’ Prim’Istanza tat-12 ta’ Settembru 2007, il-Kawża T-68/03, Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni, EU:T:2007:253, il-punt 34.

(150)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2023, il-Kawża C-284/21 P, Il-Kummissjoni vs Anthony Braesch et, EU:C:2023:58, il-punti 96 u 97 (ara wkoll il-ġurisprudenza msemmija).

(151)  Ara s-sentenza Achmea, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll is-sentenza Komstroy, il-punt 42.

(152)  Ara s-sentenza Achmea, il-punt 32. Ara wkoll il-punt 42 tas-sentenza Komstroy.

(153)  Ara s-sentenza Achmea, il-punt 35. Ara wkoll is-sentenza Komstroy, il-punt 45.

(154)  Ara s-sentenza Achmea, il-punt 36. Ara wkoll is-sentenza Komstroy, il-punt 45.

(155)  Ara s-sentenza Achmea, il-punt 37. Ara wkoll is-sentenza Komstroy, il-punt 46.

(156)  Ara s-sentenza Achmea u s-sentenza Komstroy; Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2022, Romatsa et, C-333/19, EU:C:2022:749.

(157)  Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2022, Romatsa et (C-333/19, EU:C:2022:749, il-punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(158)  Ara s-sentenza Komstroy, il-punt 23.

(159)  Ara s-sentenza Komstroy, il-punt 50.

(160)  Ara s-sentenza Komstroy, il-punti 52 u 53.

(161)  L-Ordni tal-21 ta’ Settembru 2022, Romatsa et, C-333/19, EU:C:2022:749, il-punti 42-43; Dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi legali tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Komstroy u fehim komuni dwar in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 26 tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija bħala bażi għal proċedimenti ta’ arbitraġġ intra-UE, ĠU L, 2024/2121, 6.8.2024.

(162)  Is-sentenza tal-15 ta’ Settembru 2011, Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja, C-264/09, EU:C:2011:580, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata u s-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, EU:T:2024:659, il-punt 74.

(163)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, European Food SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-624/15 RENV u T-694/15 RENV, EU:T:2024:659 il-punt 76 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(164)   Ibid., il-punt 77 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(165)   Ibid., il-punt 80 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(166)  Ara s-sentenza Komstroy, il-paragrafu 64.

(167)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, European Food et vs Il-Kummissjoni, T-624/15 RENV, T-694/15 RENV u T-704/15 RENV, EU:T:2024:659, il-punt 106 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(168)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, European Food et vs Il-Kummissjoni, T-624/15 RENV, T-694/15 RENV u T-704/15 RENV, EU:T:2024:659, il-punt 228 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(169)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, European Food et vs Il-Kummissjoni, T-624/15 RENV, T-694/15 RENV u T-704/15 RENV, EU:T:2024:659, il-punt 229 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(170)   Ibid., punt 230 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(171)  Il-premessa 165 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2017.

(172)  Is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, 70/72, EU:C:1973:87, il-punt 13.

(173)  Is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, EU:C:1990:125, il-punt 66.

(174)  Is-sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65.

(175)  Ara n-nota 60 f’qiegħ il-paġna.

(176)  Is-sentenza tas-16 ta’ Jannar 2025, Scai Srl vs Regione Campania, il-Kawża C-588/23, EU:C:2025:23, il-punt 40; is-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2018, SNCF Mobilités vs Il-Kummissjoni, C-127/16 P, EU:C:2018:165, il-punti 104 u 106.

(177)  Is-sentenza tas-16 ta’ Jannar 2025, Scai Srl vs Regione Campania, il-Kawża C-588/23, EU:C:2025:23, il-punt 46.

(178)  Ara wkoll it-Taqsima 10.3 ta’ din id-Deċiżjoni.

(179)  Sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 108(3) TFUE, Spanja għandha tieħu wkoll il-miżuri xierqa kollha biex tipprevjeni lil Antin, u lil kwalunkwe parti terza li tista’ takkwista jew li tkun kisbet id-Deċiżjoni, jew kwalunkwe dritt taħtha, milli tfittex rikonoxximent, infurzar u eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni fl-Istati Membri tal-Unjoni jew f’pajjiżi terzi.

(180)  Is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2024, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, C-516/22, EU:C:2024:231, il-punti 93 sa 99.

(181)  Huwa f’dan il-kuntest li qorti Netherlandiża (ir-Rechtbank Amsterdam), fil-proċedimenti Koninkrijk Spanje vs AES SOLAR ENERGY Coöperatief U.A., AMPERE EQUITY FUND B.V., (i) iddikjarat li deċiżjoni intra-UE mogħtija abbażi ta’ ksur tat-TKE minn Spanja kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali skont id-dritt tal-Unjoni sakemm il-Kummissjoni tal-UE ma kinitx approvatha; (ii) iddikjarat li l-irkupru tad-danni skont dik id-deċiżjoni jmur kontra d-dritt tal-Unjoni sakemm il-proċedimenti dwar l-għajnuna mill-Istat jibqgħu pendenti; u (iii) ordnat lill-konvenuti jħallsu lil Spanja kwalunkwe ammont li Spanja tista’ tiġi ordnata tħallas lill-konvenut (jew kwalunkwe suċċessur fit-titolu), bil-kundizzjonijiet: li dak l-infurzar tad-deċiżjoni jirriżulta fi ħlas reali minn Spanja, u li l-Kummissjoni Ewropea għadha ma ddeċidietx dwar jekk id-deċiżjoni tammontax għal għajnuna mill-Istat illegali skont il-liġi tal-Unjoni.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1235/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)