|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1227 |
20.6.2025 |
REGOLAMENT (UE) 2025/1227 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Ġunju 2025
dwar il-modifika tad-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw jew jiġu esportati mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Belarussja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
L-importazzjonijiet tal-Unjoni ta’ fertilizzanti bbażati fuq l-urea u n-nitroġenu mill-Federazzjoni Russa fl-2023 kienu sinifikanti, fil-livell ta’ 3,6 miljun tunnellata, u żdiedu b’mod konsiderevoli fl-2024 meta mqabbla mal-2023. Il-livell tal-importazzjonijiet tal-Unjoni mill-Federazzjoni Russa tal-prodotti agrikoli koperti minn dan ir-Regolament (“il-prodotti agrikoli kkonċernati”) huwa relattivament baxx għall-biċċa l-kbira ta’ dawk il-prodotti, iżda jista’ jiżdied b’mod sinifikanti jekk jippersistu l-kundizzjonijiet kummerċjali attwali. |
|
(2) |
L-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-fertilizzanti koperti minn dan ir-Regolament (“il-fertilizzanti kkonċernati”) bħalissa jirriflettu sitwazzjoni ta’ dipendenza ekonomika fuq il-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet tal-prodotti agrikoli kkonċernati jistgħu joħolqu dipendenza ekonomika simili u addizzjonali fuq il-Federazzjoni Russa, li fiċ-ċirkostanzi attwali jenħtieġ li tiġi evitata u mnaqqsa sabiex jiġi protett is-suq tal-Unjoni u tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni. |
|
(3) |
Id-dazji doganali komuni erga omnes tal-Unjoni huma t-tariffi tan-nazzjon l-aktar iffavorit applikati bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodotti agrikoli kkonċernati u l-fertilizzanti kkonċernati (l-“prodotti kkonċernati”). Dawk it-tariffi attwalment ivarjaw ħafna. Skont il-prodotti kkonċernati, uħud mit-tariffi jew huma stabbiliti fil-livell ta’ żero inkella huma stabbiliti baxxi ħafna, filwaqt li tariffi oħra tant huma għoljin li ma jseħħ l-ebda kummerċ. |
|
(4) |
L-importazzjonijiet kontinwi tal-prodotti kkonċernatimill-Federazzjoni Russa skont il-kundizzjonijiet attwali tista’ tagħmel lill-Unjoni vulnerabbli għal azzjonijiet koerċittivi mill-Federazzjoni Russa. B’mod partikolari, żieda potenzjali fl-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mill-Federazzjoni Russa tista’ tfixkel is-suq tal-Unjoni u tħalli impatt negattiv fuq il-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri tariffarji xierqa sabiex tiġi indirizzata d-dipendenza ekonomika attwali u potenzjali tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mill-Federazzjoni Russa. Dan jenħtieġ li jsir billi tintemm is-sitwazzjoni attwali fejn il-prodotti kkonċernati jidħlu fis-suq tal-Unjoni b’termini li huma favorevoli daqs dawk applikati għal prodotti ta’ oriġini oħra li jirċievu t-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit. |
|
(5) |
Bħalissa, l-importazzjonijiet tal-fertilizzanti kkonċernati mill-Federazzjoni Russa diġà qed jiżdiedu u jistgħu jiżdiedu aktar u malajr jekk il-produzzjoni Russa addizzjonali tiġi orjentata mill-ġdid lejn l-Unjoni. Tali żieda potenzjali fl-importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa tfixkel is-suq tal-Unjoni għall-fertilizzanti kkonċernati u tagħmel ħsara lill-produtturi tal-Unjoni tal-fertilizzanti tan-nitroġenu, li diġà qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jikkompetu mal-importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa minħabba li l-prezzijiet tal-gass fl-Unjoni għadhom għoljin. Is-sopravivenza fit-tul tal-industrija tal-fertilizzanti tan-nitroġenu tal-Unjoni hija ta’ importanza kruċjali għas-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni minħabba li s-settur agrikolu tal-Unjoni jeħtieġ il-fertilizzanti kkonċernati sabiex jipproduċi l-ikel. Għalhekk huwa vitali li tiġi indirizzata d-dipendenza dejjem tikber fuq l-importazzjonijiet tal-fertilizzanti kkonċernati mill-Federazzjoni Russa u tiġi ppreservata l-vijabbiltà ta’ industrija awtonoma tal-Unjoni tal-fertilizzanti tan-nitroġenu biex tiġi żgurata u tinżamm is-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni. Sabiex tiġi evitata dipendenza futura fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli mill-Federazzjoni Russa, huwa meħtieġ ukoll li jiġu aġġustati l-livelli tariffarji għall-prodotti agrikoli kkonċernati.. |
|
(6) |
Jenħtieġ li jittieħdu wkoll miżuri tariffarji fir-rigward tar-Repubblika tal-Belarussja sabiex jiġi evitat li l-importazzjonijiet potenzjali lejn l-Unjoni mill-Federazzjoni Russa jiġu ddevjati minn ġewwa r-Repubblika tal-Belarussja, meta jitqiesu r- rabtiet politiċi u ekonomiċi mill-qrib tar-Repubblika tal-Belarussja mal-Federazzjoni Russa. Tali devjazzjoni ta’ importazzjonijiet potenzjali tista’ sseħħ jekk it-tariffi tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mir-Repubblika tal-Belarussja ma jinbidlux. Għalhekk, jenħtieġ li l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew li jiġu esportati, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Belarussja lejn l-Unjoni jkunu soġġetti għal dazji doganali ogħla meta mqabbla ma’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Belarussja ma jibbenefikaw minn l-ebda tariffa aktar baxxa skont il-kwoti tariffarji tal-Unjoni abbażi tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit. Għalhekk, jenħtieġ li r-rati mnaqqsa stabbiliti fil-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għall-prodotti li joriġinaw jew li jiġu esportati, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa jew mir-Repubblika tal-Belarussja lejn l-Unjoni. |
|
(8) |
Iż-żieda prevista fid-dazji doganali mhijiex mistennija li taffettwa is-sigurtà globali tal-ikel b’mod negattiv minħabba li ż-żieda fit-tariffi tapplika biss għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u ma taffettwax il-prodotti kkonċernati jekk ikunu biss fi tranżitu mit-territorju tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi tad-destinazzjoni finali. Għall-kuntrarju, iż-żieda prevista fid-dazji tal-importazzjoni tal-Unjoni tista’ żżid l-esportazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati lejn pajjiżi terzi u żżid id-disponibbiltà tal-provvisti f’dawk il-pajjiżi terzi. |
|
(9) |
Fl-istess ħin, il-fertilizzanti għandhom rwol sinifikanti għas-sigurtà tal-ikel kif ukoll għall-istabbiltà finanzjarja tal-bdiewa fl-Unjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żgurat aċċess prevedibbli u suffiċjenti għall-fertilizzanti, f’livelli ta’ prezzijiet affordabbli għall-bdiewa fl-Unjoni, li konsegwentement jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq agrikoli. Matul perjodu tranżitorju, il-miżura proposta tistimula ż-żieda fil-produzzjoni fl-Unjoni u tippermetti t-tisħiħ ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista minn sħab internazzjonali oħra, filwaqt li timminimizza r-riskju li l-prezzijiet tal-fertilizzanti għall-bdiewa fl-Unjoni jiżdiedu b’mod sostanzjali. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-fertilizzanti fis-suq tal-Unjoni. Jekk il-prezzijiet tal-fertilizzanti jiżdiedu b’mod sostanzjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta s-sitwazzjoni u tieħu l-azzjonijiet xierqa kollha biex tirrimedja tali żieda fil-prezzijiet. |
|
(10) |
Iż-żieda prevista fid-dazji doganali hija konsistenti mal-azzjoni esterna tal-Unjoni f’oqsma oħra, kif stabbilit fl-Artikolu 21(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-istat tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Federazzjoni Russa ddeterjora ħafna f’dawn l-aħħar snin u b’mod partikolari mill-2022. Dik id-deterjorazzjoni tar-relazzjonijiet hija dovuta għan-nuqqas ta’ rispett sfaċċat tal-Federazzjoni Russa għad-dritt internazzjonali u, b’mod partikolari, il-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tagħha kontra l-Ukrajna. Minn Lulju 2014, l-Unjoni imponiet progressivament miżuri restrittivi fuq il-kummerċ mal-Federazzjoni Russa b’rispons għall-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
|
(11) |
Il-Federazzjoni Russa hija membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”). Madankollu, l-Unjoni bħalissa hija permessa, bis-saħħa tal-eċċezzjonijiet li japplikaw skont il-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-“Ftehim tad-WTO”), u b’mod partikolari l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ 1994 (eċċezzjonijiet ta’ sigurtà), li tinjora l-obbligu li tagħti lill-prodotti importati mill-Federazzjoni Russa it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, u mhijiex imwaqqfa milli timponi dazji ta’ importazzjoni ogħla minn dawk li jinsabu fl-iskeda tal-impenji tariffarji tal-Unjoni fuq il-kummerċ tal-prodotti, jekk l-Unjoni tqis li tali miżuri huma meħtieġa sabiex jiġu protetti l-interessi tas-sigurtà essenzjali tal-Unjoni. |
|
(12) |
Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Belarussja ddeterjoraw ukoll matul dawn l-aħħar snin minħabba n-nuqqas ta’ rispett min-naħa tar-Repubblika tal-Belarussja għad-dritt internazzjonali, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll l-appoġġ tagħha għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa. Minn Ottubru 2020, l-Unjoni imponiet progressivament miżuri restrittivi fuq il-kummerċ mar-Repubblika tal-Belarussja. |
|
(13) |
Ir-Repubblika tal-Belarussja mhijiex membru tad-WTO. Għalhekk, l-Unjoni mhijiex obbligata, bis-saħħa tal-Ftehim tad-WTO, li tagħti lill-prodotti mir-Repubblika tal-Belarussja t-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u trattament ieħor f’konformità ma’ dak il-Ftehim. Barra minn hekk, il-ftehimiet kummerċjali eżistenti bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Belarussja jippermettu azzjonijiet ġustifikati fuq il-bażi ta’ klawżoli ta’ eċċezzjoni applikabbli, b’mod partikolari eċċezzjonijiet ta’ sigurtà. |
|
(14) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment ta’ arranġamenti għall-monitoraġġ tal-volumi tal-importazzjoni, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (2) |
|
(15) |
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jżidu t-tariffi fuq il-prodotti kkonċernati b’effett immedjat, l-ewwel nett sabiex jintlaħaq l-objettiv bażiku li jiġi żgurat li l-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew li jiġu esportati, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Belarussja ma jfixklux is-suq tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati u, it-tieni nett, sabiex tiġi implimentata l-Politika Kummerċjali Komuni u biex jitnaqqsu l-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-prodotti kkonċernati mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Belarussja b’rispons għat-tħassib li tali importazzjonijiet jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-suq intern tal-Unjoni u jfixklu s-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi maħsuba skont l-Artikolu 5(4) TUE. |
|
(16) |
Sabiex tiġi evitata aktar dipendenza ekonomika tal-Unjoni fuq importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mill-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Belarussja, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) elenkati fl-Anness I li huma importati fl-Unjoni u li joriġinaw jew jiġu esportati, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa jew mir-Repubblika tal-Belarussja għandhom ikunu soġġetti għal dazju doganali ad valorem addizzjonali ta’ 50 % li għandu japplika flimkien mar-rata tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli. Tali prodotti li joriġinaw jew jiġu esportati, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa jew mir-Repubblika tal-Belarussja ma għandhomx ikunu eliġibbli għal dazji tal-importazzjoni aktar baxxi għal kwantitajiet limitati (kwoti tariffarji), fejn dawk id-dazji japplikaw skont l-obbligi tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO jew fejn il-kwoti tariffarji jinfetħu mill-Unjoni fuq bażi oħra.
2. Prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi NM elenkati fl-Anness II li huma importati fl-Unjoni u li joriġinaw jew jiġu esportati, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa jew mir-Repubblika tal-Belarussja għandhom ikunu soġġetti għal dazju doganali kif ġej:
|
(a) |
fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102:
|
|
(b) |
fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3105 20, 3105 30, 3105 40, 3105 51, 3105 59 u 3105 90:
|
3. Minkejja l-paragrafu 2, jekk il-volumi kumulattivi tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fil-punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu jilħqu l-limiti li ġejjin, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 21 jum, timponi dazju fil-livell stabbilit fil-punt (a)(iv) jew fil-punt (b)(iv), rispettivament, ta’ dak il-paragrafu, għall-importazzjonijiet li jifdal ta’ dawk il-prodotti fil-perjodu partikolari:
|
(a) |
2,7 miljun tunnellata mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026; |
|
(b) |
1,8 miljun tunnellata mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027; |
|
(c) |
0,9 miljun tunnellata mill-1 ta’ Lulju 2027 sat-30 ta’ Ġunju 2028. |
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-volumi ta’ importazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3(2).
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-prezzijiet applikabbli fl-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness II għal perjodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Ġunju 2025.
2. Fil-każ li l-livelli tal-prezzijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness II jaqbżu sostanzjalment il-livelli tal-prezzijiet tal-2024 matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni u tieħu l-azzjonijiet xierqa kollha biex tirrimedja tali żieda fil-prezzijiet. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu, fejn ikun xieraq, proposta għas-sospensjoni temporanja tat-tariffi għal dawk il-prodotti importati minnpajjiżi għajr il-Federazzjoni Russa jew ir-Repubblika tal-Belarussja u li joriġinaw minnhom.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I, dan ir-Regolament għandu japplika mill-20 ta’ Lulju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2025.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj).
ANNESS I
LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(1)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
|
01 |
Annimali ħajjin |
|
02 |
Laħam u ġewwieni tal-laħam kommestibbli |
|
04 |
Prodotti tal-ħalib; bajd tal-għasafar; għasel naturali; prodotti li jittieklu ta’ oriġini mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
|
05 |
Prodotti ta’ oriġini mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
|
06 |
Siġar ħajjin u pjanti oħrajn; basal, għeruq u simili; fjuri maqtugħin u faxxina ornamentali |
|
Ex 07 |
Ħaxix u ċerti għeruq u tuberi kommestibbli, ħlief: 0713 10 piżelli (Pisum sativum) 0713 20 ċiċri (garbanzos) |
|
08 |
Frott u ġewż kommestibbli; qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ |
|
09 |
Kafè, te, matè u ħwawar |
|
1004 |
Ħafur |
|
1006 |
Ross |
|
1008 60 |
Tritikal |
|
Ex 11 |
Prodotti tal-industrija tat-tħin; xgħir; lamti; inulina; glutina tal-qamħ, ħlief il-kodiċi NM 1106 10 00 |
|
1209 |
Żrieragħ, frott u spori, ta’ tip użat għaż-żrigħ |
|
1210 |
Koni tal-ħops, frisk jew niexef, mitħun jew le, trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina |
|
1211 |
Pjanti u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), ta’ kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab |
|
1212 |
Ħarrub, alki tal-baħar u alka oħrajn, pitravi zokkrin u kannamieli, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk mitħuna u kemm jekk le; għadam u qlub tal-frott u prodotti oħrajn ta’ ħxejjex (inklużi għeruq mhux inkaljati taċ-ċikwejra tal-varjetà Cichorium intybus sativum) tat-tip użati primarjament għall-konsum mill-bniedem, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra |
|
1213 |
Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux ippreparati, kemm jekk imqattgħin, mitħunin, ippressati jew fil-forma ta’ gerbub u kemm jekk le |
|
1214 |
Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le |
|
13 |
Gommalakka; gomom, rażi u meraq u estratti veġetali oħrajn |
|
1401 |
Materjali veġetali ta’ kwalità’ użata primarjament għat-trizza (eż. bambù, rattan, qasab, ġummar, żafżaf, raffja, tiben taċ-ċereali mnaddaf, ibbliċjat jew miżbugħ, u qoxra tat-tilju) |
|
1404 20 |
Ħjut tal-qoton |
|
1501 |
Xaħam tal-majjal (inkluż il-lardu) u xaħam tal-pollam, ħlief dak li jaqa’ taħt l-intestatura 0209 jew 1503 |
|
1502 |
Xaħmijiet tal-annimali bovini, tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, ħlief dawk li jaqgħu taħt l-intestatura 1503 |
|
1503 |
Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleomarġerina u żejt tax-xaħam ta’ dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew preparati b’xi mod ieħor |
|
1505 |
Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluża l-lanolina) |
|
1506 |
Xaħmijiet u żjut tal-annimali oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament |
|
1509 |
Żejt taż-żebbuġ u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |
|
1510 |
Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, miksubin biss miż-żebbuġ, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament, inklużi taħlitiet ta’ dawn iż-żjut jew frazzjonijiet biż-żjut jew frazzjonijiet li jaqgħu taħt l-intestatura 1509 |
|
1511 |
Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |
|
1513 |
Żejt tal-ġewż tal-Indi (kopra), tal-qalba tal-ġewż tal-palm jew żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |
|
1515 30 |
Żejt tar-riġnu u l-frazzjonijiet tiegħu |
|
1515 50 |
Żejt tal-ġulġlien u l-frazzjonijiet tiegħu |
|
1515 60 |
Xaħmijiet u żjut mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom |
|
1515 90 11 |
Żejt taż-żerriegħa tas-siġra tat-tung; żjut tal-jojoba u l-oitiċika; xema’ tar-riħan u xema’ tal-Ġappun; il-frazzjonijiet tagħhom |
|
1515 90 21 |
Żejt grezz taż-żerriegħa tat-tabakk u l-frazzjonijiet tiegħu, għal użi tekniċi jew industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum mill-bniedem |
|
1515 90 29 |
Żejt grezz taż-żerriegħa tat-tabakk u l-frazzjonijiet tiegħu, eskluż għal użi tekniċi jew industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum mill-bniedem |
|
1515 90 31 |
Żejt taż-żerriegħa tat-tabakk u l-frazzjonijiet tiegħu minbarra dak grezz, għal użi tekniċi jew industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum mill-bniedem |
|
1515 90 39 |
Żejt grezz taż-żerriegħa tat-tabakk u l-frazzjonijiet tiegħu għal użi tekniċi jew industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum mill-bniedem |
|
1516 10 |
Xaħmijiet u żjut tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom |
|
1516 20 10 |
Żejt tar-riġnu idroġenizzat, hekk imsejjaħ “xama’ opali” |
|
1516 30 |
Ix-xaħmijiet u ż-żjut mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom |
|
1517 |
Marġerina, it-taħlitiet jew il-preparati kommestibbli tax-xaħmijiet jew taż-żjut tal-annimali, dawk veġetali jew dawk mikrobiċi jew tal-frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti tal-Kapitolu 15, ħlief xaħmijiet jew żjut kommestibbli jew il-frazzjonijiet tagħhom li jaqgħu taħt l-intestatura 1516 |
|
1518 00 10 |
Linossina |
|
1520 |
Gliċerol, grezz; ilmijiet u lissiji tal-gliċerol |
|
1521 |
Xemgħat veġetali (ħlief trigliċeridi), xema’ tan-naħal, xemgħat u spermaċeti ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti kif ukoll jekk le |
|
1522 |
Degras; residwi mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew xemgħat ta’ annimali jew dawk veġetali |
|
1601 |
Zalzett u prodotti simili tal-laħam, tal-ġewwieni tal-laħam, tad-demm jew tal-insetti; il-preparati tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti |
|
1602 |
Laħam, ġewwieni tal-laħam, demm jew insetti ppreparati jew ippreservati oħrajn |
|
17 |
Zokkor u ħelu taz-zokkor |
|
18 |
Kawkaw u preparati tal-kawkaw |
|
19 |
Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; prodotti tal-pastiċċiera |
|
20 |
Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż jew partijiet oħrajn ta’ pjanti |
|
21 |
Preparati diversi kommestibbli |
|
22 |
Xarbiet, spirti u ħall |
|
2301 10 |
Dqiq, grixi u gerbub, tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-laħam, mhux tajbin għal konsum mill-bniedem; qrieqeċ |
|
2302 10 |
Granza, nuħħala u residwi oħrajn tal-qamħirrum (qamħ), fil-forma ta’ gerbub jew le, imnisslin mit-tnaqqih, tħin jew ipproċessar ieħor |
|
2302 40 02 |
Granza, nuħħala u residwi oħra tar-ross, kemm fil-forma ta’ gerbub jew le, imnisslin mit-tnaqqih, tħin jew ipproċessar ieħor, b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx il-35 % |
|
2302 40 08 |
Granza, nuħħala u residwi oħra tar-ross, kemm fil-forma ta’ gerbub jew le, imnisslin mit-tnaqqih, tħin jew ipproċessar ieħor, ħlief dawk b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx il-35 % |
|
2302 50 |
Granza, nuħħala u residwi oħra ta’ veġetali leguminużi, f’forma ta’ gerbub jew le, imnisslin mit-tnaqqih, tħin jew ipproċessar ieħor |
|
2306 90 11 |
Pasta taż-żrieragħ żejtnin u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġ, li fihom 3 % jew anqas mil-lat tal-piż taż-żejt taż-żebbuġ |
|
2306 90 19 |
Pasta taż-żrieragħ żejtnin u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġ, li fihom aktar minn 3 % mil-lat tal-piż taż-żejt taż-żebbuġ |
|
2307 |
Fond tal-inbid; argol |
|
2308 00 11 |
Karfa tal-għeneb magħsur, f’forma ta’ gerbub jew le, ta’ kwalità użata fl-għalf tal-annimali, mhux speċifikata jew inkluża band’oħra, b’qawwa alkoħolika totali mil-lat ta’ massa li ma taqbiżx l-4,3 % mas u kontenut ta’ materjal xott mhux anqas minn 40 % mil-lat tal-piż |
|
2308 00 19 |
Karfa tal-għeneb magħsur, f’forma ta’ gerbub jew le, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, mhux speċifikata jew inkluża band’oħra, minbarra jekk ikollha qawwa alkoħolika totali mil-lat ta’ massa li ma taqbiżx l-4,3 % mas u kontenut ta’ materjal xott mhux anqas minn 40 % mil-lat tal-piż |
|
2308 00 40 |
Ġandar u qastan selvaġġ; residwi jew karfa tal-frott magħsur, ħlief għeneb, f’forma ta’ gerbub jew le, ta’ tip użat għall-għalf tal-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra |
|
2309 10 |
Ikel għal klieb jew għal qtates, magħmul disponibbli għal bejgħ bl-imnut |
|
2309 90 10 |
Materjali li jinħallu ta’ ħut jew ta’ mammiferi tal-baħar, tat-tip użat fl-għalf tal-annimali |
|
2309 90 33 |
Preparazzjonijiet, inklużi taħlitiet lesti minn qabel, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, li fihom glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 iżda li ma fihomx lamtu jew fihom 10 % jew anqas mil-lat tal-piż tal-lamtu u li fihom mhux inqas minn 10 % iżda anqas minn 50 % mil-lat tal-piż ta’ prodotti tal-ħalib |
|
2309 90 35 |
Preparazzjonijiet, inklużi taħlitiet lesti minn qabel, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, li fihom glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 iżda li ma fihomx lamtu jew fihom 10 % jew anqas mil-lat tal-piż tal-lamtu u li fihom mhux anqas minn 50 % iżda anqas minn 75 % mil-lat tal-piż ta’ prodotti tal-ħalib |
|
2309 90 39 |
Preparazzjonijiet, inklużi taħlitiet lesti minn qabel, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, li fihom glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 iżda li ma fihomx lamtu jew fihom 10 % jew anqas mil-lat tal-piż tal-lamtu u li fihom mhux anqas minn 75 % mil-lat tal-piż tal-prodotti tal-ħalib |
|
2309 90 43 |
Preparazzjonijiet, inklużi taħlitiet lesti minn qabel, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, li fihom glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 iżda li fihom aktar minn 10 % iżda mhux aktar minn 30 % mil-lat tal-piż tal-lamtu u li fihom mhux anqas minn 10 % iżda anqas minn 50 % mil-lat tal-piż ta’ prodotti tal-ħalib |
|
2309 90 49 |
Preparazzjonijiet, inklużi taħlitiet lesti minn qabel, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, li fihom glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 u li fihom iktar minn 10 % imma mhux aktar minn 30 % mil-lat tal-piż tal-lamtu u li fihom mhux anqas minn 50 % mil-lat tal-piż ta’ prodotti tal-ħalib |
|
2309 90 53 |
Preparazzjonijiet, inklużi taħlitiet lesti minn qabel, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, li fihom glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 u li fihom iktar minn 30 % mil-lat tal-piż tal-lamtu u li fihom mhux anqas minn 10 % imma anqas minn 50 % mil-lat tal-piż ta’ prodotti tal-ħalib |
|
2309 90 59 |
Preparazzjonijiet, inklużi taħlitiet lesti minn qabel, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, li fihom glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 u li fihom aktar minn 30 % mil-lat tal-piż tal-lamtu u li fihom mhux anqas minn 50 % mil-lat tal-piż tal-prodotti tal-ħalib |
|
2309 90 70 |
Preparazzjonijiet, inklużi taħlitiet lesti minn qabel, ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, li ma fihomx lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina iżda li fihom prodotti tal-ħalib |
|
24 |
Tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk; prodotti, kemm jekk ikun fihom in-nikotina u kemm jekk le, maħsuba għall-inalazzjoni mingħajr kombustjoni; prodotti oħra li fihom in-nikotina maħsuba għat-teħid tan-nikotina għal ġol-ġisem tal-bniedem |
|
2905 43 |
Mannite |
|
2905 44 |
D-gluċitol (sorbitol) |
|
3301 |
Żjut essenzjali (bla terpeni jew le), inklużi essenzi konkreti u essenzi assoluti; reżinojdi; oleorażi estratti; konċentrati taż-żjut essenzjali fix-xaħmijiet, fiż-żjut fissi, fix-xemgħa jew bħalhom, magħmulin permezz tal-enfleurage jew tal-inqigħ; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni taż-żjut essenzjali; distillati milwiema u soluzzjonijiet milwiema taż-żjut essenzjali |
|
3501 |
Kaseina, kaseinati u derivati oħra tal-kaseina; kolol tal-kaseina |
|
3502 |
Albumini (inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, li fihom mil-lat tal-piż aktar minn 80 % proteini tax-xorrox, kalkulati fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħrajn ta’ albumina |
|
3503 |
Ġelatina (inkluża l-ġelatina f’folji rettangolari (inklużi l-kwadri), bil-wiċċ maħdum jew ikkulurit jew le) u derivattivi tal-ġelatina; ġeli ċar (isinglass); kolol oħrajn li ġejjin mill-annimali, esklużi kolol mill-kaseina tal-intestatura 3501 |
|
3504 |
Peptoni u d-derivativi tagħhom; sustanzi oħrajn ta’ proteini u derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għal ġilda (hide powder), kromat jew le |
|
3505 |
Destrini u lamti oħra mmodifikati (eż. lamti ġelatinizzati minn qabel jew esterifikati); kolla bbażata fuq lamti, destrini jew lamti oħra modifikati |
|
3809 10 |
Aġenti għall-finitura, vetturi tal-kuluranti biex jaċċelleraw iż-żbigħ jew l-iffissar tal-kuluranti u prodotti u preparati oħrajn (eż. dressings u sustanzi aderenti tal-kuluranti), ta’ tip użat fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew industriji simili, mhux speċifikati jew inklużi banda’oħra, b’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi |
|
3824 60 |
Sorbitol ħlief dak tas-subintestatura 2905 44 |
|
4101 |
Ġlud mhux ikkunzati u ġlud tal-annimali bovini (inkluż tal-buflu) jew ekwini (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, piklati jew preservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, parċminati jew preparati b’mod ulterjuri), kemm jekk imxerrħa jew bix-xagħar imneħħi kemm jekk le |
|
4102 |
Ġlud mhux ikkunzati ta’ nagħaġ jew ħrief (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, piklati jew preservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, parċminati jew preparati b’mod ulterjuri), kemm jekk bis-suf imneħħi jew maqsum jew le, ħlief dawk esklużi bin-nota 1(c) tal-Kapitolu 41 |
|
4103 |
Ġlud mhux ikkunzati u ġlud oħrajn (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, piklati jew preparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, parċminati jew preparati b’mod ulterjuri), kemm jekk imxerrħa jew bix-xagħar imneħħi kemm jekk le, ħlief dawk esklużi bin-nota 1(b) jew bin-nota 1(c) tal-Kapitolu 41 |
|
4301 |
Ġlud grezzi tal-pil (inklużi l-irjus, id-dnieb, is-saqajn u l-bċejjeċ jew il-qatgħat oħrajn, tajbin għal użu tal-pelliċċiera), ħlief ġlud mhux ikkunzati u ġlud tal-intestaturi 4101 , 4102 jew 4103 |
|
5001 |
Fosdqa tad-dud tal-ħarir tajbin għat-tkebbib |
|
5002 |
Ħarir mhux maħdum (mhux mibrum) |
|
5003 |
Skart tal-ħarir (inklużi l-fosdqi li mhumiex tajba għat-tkebbib, l-iskart tal-ħajt u l-ħażniet mhux maħduma) |
|
5101 |
Suf, mhux imqardax jew mimxut |
|
5102 |
Xagħar fin jew aħrax tal-annimali, mhux imqardax jew mimxut |
|
5103 |
Skart tal-ħarir jew ta’ pil fin jew oħxon tal-annimali, inkluż l-iskart tal-ħajt iżda eskluż l-istokk imrixtel |
|
5201 |
Qoton, mhux mimxut jew imqardex |
|
5202 |
Skart tal-qoton (inklużi l-iskart tal-qoton u l-istokk imrixtel) |
|
5203 |
Qoton, mimxut jew imqardex |
|
5301 |
Għażel, mhux maħdum jew ipproċessat iżda mhux mibrum; frak u rmixk ta’ għażel (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-materjal imrixtel) |
|
5302 |
Qanneb veru (Cannabis sativa L.); grezz jew ipproċessat, iżda mhux mibrum; stoppa u skart ta’ qanneb veru (inkluż l-iskart tal-ħajt u l-istokk imrixtel) |
ANNESS II
LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
|
3102 |
Fertilizzanti minerali jew kimiċi, nitroġeniċi |
|
Ex31 05 |
Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħrajn; prodotti tal-Kapitolu 31 f’forma ta’ pilloli jew forom simili jew f’pakketti b’piż gross ta’ mhux aktar minn 10 kg, ħlief: 3105 10 00 - Prodotti tal-Kapitolu 31 f’forma ta’ pilloli jew forom simili jew f’pakketti ta’ piż gross li ma jaqbiżx l-10 kg 3105 60 00 - Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosforu u potassju |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1227/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)