|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1220 |
19.6.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1220
tas-16 ta’ Ġunju 2025
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ 3 xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||
|
Il-prodott huwa taħlita fil-forma ta’ trab li, skont il-piż, tikkonsisti minn dawn li ġejjin:
Is-sukrożju jistandardizza l-proprjetajiet li jħaxxnu u li jistabbilizzaw tal-gomma gellan. Madankollu, jaġixxi wkoll bħala aġent antiagglomerant u jipprevjeni t-tagħqid matul l-applikazzjoni. Il-prodott huwa maħsub li jintuża f’madwar 0,1 % skont il-piż bħala stabbilizzatur u sustanza li tħaxxen fix-xarbiet ibbażati fuq is-sojja. |
2106 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 38 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 . Iż-żieda sinifikanti tas-sukrożju tmur lil hinn mis-sempliċi standardizzazzjoni tal-proprjetajiet tal-gomma gellan u sservi biex tiffaċilita l-użu tal-prodott fix-xarbiet ibbażati fuq is-sojja. Konsegwentement, il-prodott huwa partikolarment adattat għall-użu speċifiku fil-prodotti tal-ikel aktar milli għal użu ġenerali. Għalhekk, il-klassifikazzjoni tal-prodott fl-intestatura 3913 hija eskluża (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 3913 , l-entrata (1), il-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar). Il-prodott huwa bbażat b’mod predominanti fuq is-sukrożju, sustanza b’valur nutrittiv, u huwa tat-tip użat fil-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel għall-bniedem. Għalhekk, il-prodott huwa eskluż mill-Kapitolu 38 bl-applikazzjoni tan-Nota 1(b) ta’ dak il-Kapitolu. Konsegwentement, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2106 90 98 bħala preparat tal-ikel ieħor, mhux speċifikat jew inkluż banda oħra. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1220/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)