European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1207

18.6.2025

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

Skont l-Artikolu 4(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, (1) konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/326/KE tas-27 ta’ April 2006 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ tali miżuri ta’ implimentazzjoni kull meta jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolament dwar in-notifika ta’ dokumenti.

Bl-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2020 id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimentat l-kontenut tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni) (2). Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2020/1784 jikkostitwixxi emenda tal-Ftehim u huwa meqjus bħala anness tiegħu. (3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/423 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u rekwiżiti oħrajn għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie adottat fl-14 ta’ Marzu 2022.

F’konformità mal-Artikolu 4(2) tal-Ftehim, permezz tal-ittra tal-24 ta’ Awwissu 2022, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/423. F’konformità mal-Artikolu 4(4) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/423 jifforma parti mill-Ftehim.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1570 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/423 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u rekwiżiti oħrajn għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ġie adottat fl-4 ta’ Ġunju 2024.

F’konformità mal-Artikolu 4(2) tal-Ftehim, permezz tal-ittra tad-9 ta’ Jannar 2025 id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1570. F’konformità mal-Artikolu 4(4) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1570 jifforma parti mill-Ftehim.

F’konformità mal-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, il-miżuri amministrattivi neċessarji jidħlu fis-seħħ dakinhar tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/423 u (UE) 2024/1570, jiġifieri fl-1 ta’ Mejju 2025.


(1)   ĠU L 120, 5.5.2006, p. 23; ĠU L 300, 17.11.2005 p. 57.

(2)   ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(3)   ĠU L 19, 21.1.2021, p. 1.

(4)   ĠU L 87, 15.3.2022, p. 9.

(5)   Is-serje ĠU L, 5.6.2024, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2025/1207/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)